14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/30


DEĊIŻJONITAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EU BAM RAFAH/1/2012

tat-3 ta’ Lulju 2012

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

(2012/382/UE)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tat-12 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni EU BAM Rafah, inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Davide PALMIGIANI bħala Kap tal-missjoni EU BAM Rafah, ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Lulju 2012.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Davide PALMIGIANI huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Lulju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.

Magħmul fi Brussel, it-3 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.