13.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Lulju 2012

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/378/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjur Francisco DE LA TORRE PRADO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Fernando MARTÍNEZ MAILLO, Presidente de la Diputación de Zamora.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-addozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.