|
13.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Lulju 2012
li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2012/377/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
|
(2) |
Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Nicola BEER, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
— |
Dr Zsuzsa BREIER, Staatssekretärin für Europaangelegenheiten. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
V. SHIARLY