|
11.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/15 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL, TAL-KUMMISSJONI, TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA, TAL-QORTI TAL-AWDITURI, TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
tad-29 ta’ Ġunju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
(2012/368/UE, Euratom)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
IL-KUNSILL,
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,
IL-QORTI TAL-AWDITURI,
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW,
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Billi:
|
(1) |
Huwa meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (1) sabiex tiġi adattata għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati kif emendati mit-Trattat ta’ Lisbona u, b’mod partikolari, biex jiżdied l-Kunsill Ewropew bħala istituzzjoni firmatarja. |
|
(2) |
Il-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet qabel fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2010 li l-Kunsill Ewropew isir istituzzjoni firmatarja u li, fl-14 ta’ April 2011, dik id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom għandha għaldaqstant tiġi emendata, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom hi emendata kif ġej:
|
1. |
It-titolu jinbidel hekk, “Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea”. |
|
2. |
Il-lista ta’ istituzzjonijiet u korpi li jippromulgaw tinbidel b’din li ġejja: “IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMMISSJONI EWROPEA, IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA, IL-QORTI TAL-AWDITURI, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI”. |
|
3. |
Fl-Artikolu 1(1) l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-kompitu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-Uffiċċju), li huwa uffiċċju interistituzzjonali, għandu jkun li jippubblika l-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.”. |
|
4. |
L-Artikolu 4(6) jiġi sostitwit b’dan li ġej: “6. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ servizz mal-Uffiċċju sabiex jiddefinixxu l-metodi ta’ kooperazzjoni tagħhom. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jista’ jikkoopera wkoll mal-Uffiċċju u, għal dan il-għan, jikkonkludi ftehim ta’ servizz.”. |
|
5. |
L-Artikolu 6(1) jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Huwa b’dan stabbilit Kumitat tal-Ġestjoni, li fi ħdanu jkunu rappreżentati l-istituzzjonijiet firmatarji kollha. Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jkun magħmul mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mis-Segretarji Ġenerali tal-istituzzjonijiet l-oħra jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat tal-Ġestjoni bħala osservatur. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun rappreżentat mis-Segretarju tal-Bord Eżekuttiv tiegħu jew minn sostitut maħtur minnhom.”. |
|
(6) |
Il-lista tal-firmatarji tinbidel b’din li ġejja: “Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill Ewropew, Għall-Kunsill, Għall-Kummissjoni, Għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Għall-Qorti tal-Awdituri, Għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Għall-Kumitat tar-Reġjuni”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell u fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Martin SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
Villy SØVNDAL
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
Għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-President
Vassilios SKOURIS
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
Il-President
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO