|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/65 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Lulju 2012
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta' studji ta' sorveljanza volontarji dwar it-telf ta' kolonji tan-naħal tal-għasel
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4396)
(It-testi bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bl-Ispanjol, bl-Isvediż biss huma awtentiċi)
(2012/362/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel (2) tagħti ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni li diġà ttieħdu u li qed jittieħdu fir-rigward tas-saħħa tan-naħal tal-għasel fl-UE. Il-kwistjoni fis-suġġett prinċipali tal-Komunikazzjoni hija l-mortalità li qed tiżdied tan-naħal osservati madwar id-dinja. |
|
(2) |
Fl-2009, il-proġett tal-EFSA “Il-mortalità tan-naħal u s-sorveljanza tan-naħal fl-Ewropa” ikkonkluda li b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ sorveljanza fl-UE huma dgħajfa u hemm nuqqas ta’ dejta fuq livell ta’ Stati Membri u nuqqas ta’ dejta komparabbli fuq livell ta’ UE. |
|
(3) |
Sabiex tittejjeb id-disponibbiltà tad-dejta dwar il-mortalità tan-naħal, huwa xieraq li ċerti studji ta’ sorveljanza fl-Istati Membri dwar it-telf tan-naħal tal-għasel jingħataw assistenza u appoġġ. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni 2011/881/UE tal-21 ta' Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament li tappoġġa studji ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel (3) warrbet EUR 3 750 000 bħala kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta' studji ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel. |
|
(5) |
Il-laboratorju ta' referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal (EURL) ippreżenta id-dokument “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” li jista’ jinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm) li jipprovdi gwida għall-Istati Membri biex jelaboraw l-istudji tagħhom ta’ sorveljanza. |
|
(6) |
L-Istati Membri kienu mistiedna jibagħtu lill-Kummissjoni l-programmi tal-istudji tagħhom ta’ sorveljanza bbażati fuq id-dokument tekniku tal-EURL għas-saħħa tan-naħal. Għoxrin Stat Membru bagħtu l-proposti tagħhom għall-istudji ta’ sorveljanza. Dawn il-proposti ġew evalwati mil-lat tekniku u finanzjarju sabiex tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mad-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses”. |
|
(7) |
Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit ġabru programmi ta' studji ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel b'konformità mad-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” u talbu l-appoġġ finanzjarju tal-UE. |
|
(8) |
Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-1 ta' April 2012 għall-programmi ta' studju ta' sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel implimentati mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, mill-Polonja, mill-Portugall, mis-Slovakkja, mill-Finlandja, mill-Isvezja u mir-Renju Unit. |
|
(9) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4), għandhom jiġu ffinanzjati miżuri veterinarji skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-programmi ta' studju ta' sorveljanza ppjanati fil-fatt ikunu twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni u lil-laboratorju ta’ referenza għas-saħħa tan-naħal tal-UE. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tagħti għajnuna finanzjarja għall-programmi ta’ studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel lill-Belġju, lid-Danimarka, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Ungerija, lill-Polonja, lill-Portugall, lis-Slovakkja, lill-Finlandja, lill-Isvezja u lir-Renju Unit.
2. Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni
|
(a) |
għandha tkun bir-rata ta' 70 % tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-programmi ta’ studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel u speċifikata fl-Anness I għall-perjodu mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013; |
|
(b) |
ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:
|
|
(c) |
ma għandhiex taqbeż EUR 595 għal kull żjara tal-apikultura. |
Artikolu 2
1. Il-massimu tal-kontribuzzjoni globali awtorizzata minn din id-Deċiżjoni għall-ispejjeż imġarrba għall-programmi msemmija fl-Artikolu 1 huwa stabbilit għal EUR 3 307 803 u għandu jiġi ffinanzjat mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-infiq relatat mal-ispejjeż tal-persunal għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, għat-teħid ta' kampjuni, għall-monitoraġġ, għall-oġġetti konsumabbli u għall-ispejjeż ġenerali relatati mal-istudji ta' sorveljanza għandu jkunu eliġibbli skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness III.
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas wara l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti u d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 3(2) u (3).
Artikolu 3
1. Il-programmi għandhom jitwettqu skont id-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” (li jista’ jinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm) u skont il-programmi ta' studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel ippreżentati mill-Istati Membri.
2. Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni:
|
— |
rapport tekniku intermedju mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2013 dwar l-ewwel żjara prevista fil-programm ta' studju ta' sorveljanza, u |
|
— |
rapport tekniku finali mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2013 dwar it-tieni u t-tielet żjara previsti fil-programm ta' studju ta' sorveljanza; |
|
— |
ir-rapport tekniku għandu jkun konformi mal-mudell li jrid jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-laboratorju ta' referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal. |
3. Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni:
|
— |
verżjoni fuq il-karta u verżjoni elettronika tar-rapport finanzjarju miġbur skont l-Anness II mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013. Fuq talba tal-Kummissjoni għandhom jintbagħtu d-dokumenti ta' sostenn, li jixhdu l-infiq kollu imsemmi fl-applikazzjoni għar-rimbors. |
4. Ir-riżultat tal-istudji għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) COM (2010) 714 finali.
ANNESS I
|
MS |
Numru ta' mġiebaħ |
Għadd ta' żjajjar previsti fl-istudju ta' sorveljanza għal kull miġbħa tan-naħal |
Total tal-ispejjeż diretti (Testijiet tal-laboratorju) + żjajjar għat-teħid ta' kampjuni u għall-monitoraġġ |
Spejjeż ġenerali (7 %) |
Spiża totali |
Kontribuzzjoni tal-UE (70 %) |
|
BE |
150 |
3 |
83 946 |
5 876 |
89 822 |
62 876 |
|
DK |
194 |
3 |
257 260 |
18 008 |
275 268 |
192 688 |
|
DE |
220 |
3 |
392 831 |
27 498 |
420 329 |
294 230 |
|
EE |
196 |
3 |
88 968 |
6 228 |
95 196 |
66 637 |
|
EL |
200 |
3 |
146 770 |
10 274 |
157 044 |
109 931 |
|
ES |
200 |
3 |
273 765 |
19 164 |
292 929 |
205 050 |
|
FR |
396 |
3 |
707 096 |
49 497 |
756 593 |
529 615 |
|
IT |
390 |
3 |
696 382 |
48 747 |
745 129 |
521 590 |
|
LV |
193 |
3 |
196 762 |
13 773 |
210 535 |
147 375 |
|
LT |
193 |
3 |
122 994 |
8 610 |
131 604 |
92 123 |
|
HU |
196 |
3 |
132 034 |
9 242 |
141 276 |
98 893 |
|
PL |
190 |
3 |
339 263 |
23 749 |
363 012 |
254 108 |
|
PT |
145 |
3 |
37 410 |
2 619 |
40 029 |
28 020 |
|
SK |
198 |
3 |
244 776 |
17 134 |
261 910 |
183 337 |
|
FI |
160 |
3 |
285 695 |
19 999 |
305 694 |
213 986 |
|
SE |
150 |
3 |
53 220 |
3 725 |
56 945 |
39 862 |
|
UK |
200 |
3 |
357 119 |
24 998 |
382 117 |
267 482 |
|
Total |
|
|
4 416 293 |
309 141 |
4 725 433 |
3 307 803 |
ANNESS II
MUDELL TA' RAPPORT FINANZJARJU DWAR L-ISTUDJI TA' SORVELJANZA VOLONTARJA DWAR IT-TELF TA' KOLONJI TAN-NAĦAL TAL-GĦASEL
|
Nefqa totali għall-proġett (spejjeż reali, mingħajr il-VAT) |
||
|
Stat Membru: |
|
Numru ta' mġiebaħ miżjura: |
|
Spejjeż tal-laboratorju |
|||
|
Kategorija tal-persunal |
Nru ta' ġranet tax-xogħol |
Rata ta' kuljum |
Total |
|
… |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oġġetti konsumabbli (deskrizzjoni) |
Kwantità |
Kost ta' kull unità |
Total |
|
… |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
Teħid ta' kampjuni u l-ispejjeż tal-monitoraġġ (żjajjar tal-imġiebaħ) |
|||
|
Kategorija tal-persunal |
Nru ta' ġranet tax-xogħol |
Rata ta' kuljum |
Total |
|
… |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oġġetti konsumabbli (deskrizzjoni) |
Kwantità |
Kost ta' kull unità |
Total |
|
… |
|
|
|
|
… |
|
|
|
Ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju
Niċċertifikaw li:
|
— |
in-nefqa msemmija hawn fuq kienet magħmula fit-twettiq tax-xogħol deskritt fid-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” (1) u hija direttament relatata mal-implimentazzjoni tal-programm ta' studju ta' sorveljanza li għalih ingħata appoġġ finanzjarju skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE, |
|
— |
in-nefqa saret tassew, ingħata rendikont preċiż għaliha u hija eleġibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE; |
|
— |
id-dokumenti kollha ta’ evidenza marbuta mal-ispiża huma disponibbli għall-finijiet ta’ verifika, |
|
— |
ma ntalbet l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għall-proġetti imsemmija f'din id-Deċiżjoni. |
Data:
Isem u firma tal-uffiċjal finanzjarju responsabbli:
(1) (tista' tinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm)
ANNESS III
IR-REGOLI TA' ELIĠIBBILTÀ
1. Spejjeż tal-laboratorju
|
— |
L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż attwali attribwibbli max-xogħol (ir-rimunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar) akkumulati waqt l-implimentazzjoni tal-istudju u tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju. Għal dan il-għan għandhom jinżammu l-iskedi tal-ħin kull xahar. |
|
— |
Ir-rata ta' kuljum se tiġi kkalkulata fuq ir-rata ta’ 220 jum tax-xogħol fis-sena. |
|
— |
Ir-rimborż ta' konsumibbli għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attwali mġarrba mill-Istati Membri biex iwettqu t-testijiet fil-laboratorju. |
|
— |
Il-kit tat-testijiet, ir-reaġenti u l-oġġetti konsumabbli kollha għandhom jiġu rimborżati biss jekk użati speċifikament fit-twettiq ta’ dawn it-testijiet:
|
2. L-ispejjeż tat-teħid ta' kampjuni u tal-monitoraġġ
|
— |
L-ispejjeż għat-teħid ta' kampjuni u l-monitoraġġ jistgħu jiġi rimborżati biss jekk ikunu direttament marbuta maż-żjarat tal-imġiebaħ. |
|
— |
L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż attwali attribwibbli max-xogħol (ir-rimunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar) akkumulati waqt l-implimentazzjoni tal-istudju. Għal dan il-għan għandhom jinżammu l-iskedi tal-ħin kull xahar. |
|
— |
Ir-rata ta' kuljum se tiġi kkalkulata fuq ir-rata ta’ 220 jum tax-xogħol fis-sena. |
|
— |
Ir-rimborż ta' oġġetti konsumabbli għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attwali magħmula mill-Istati Membri u għandhom jiġu rimborżati biss jekk użati speċifikament matul iż-żjarat fl-imġiebaħ. |
3. Spejjeż ġenerali
Tista' tiġi ikklejmjata kontribuzzjoni b'rata fissa ta' 7 % ikkalkulata fuq il-bażi tal-ispejjeż diretti eliġibbli kollha.
4. In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u t-taxxi l-oħra kollha.