4.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Lulju 2012

li taġġorna l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

(2012/355/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-17 ta’ Diċembru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Monetarju”) jobbliga l-Istat tal-Belt tal-Vatikan biex jimplimentaw l-atti tal-Unjoni dwar ir-regoli dwar karti tal-flus u muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u l-falsifikazzjoni tal-flus u ta’ mezzi ta’ ħlas mhux bi flus; medalji u tokens u rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku. Dawk l-atti huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju.

(2)

L-aġġornament tal-Anness sar skont l-Artikolu 8(3) tal-Ftehim Monetarju li jipprevedi li l-Anness jeħtieġ jiġi emendat mill-Kummissjoni kull sena biex jikkunsidra l-atti u r-regoli legali rilevanti ġodda tal-UE u l-emendi għal dawk eżistenti. F’konformità ma’ din id-dispożizzjoni att wieħed ġie mħassar u żewġ atti ġodda tal-Unjoni, li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim Monetarju ġew adottati u għandhom jiddaħħlu fl-Anness.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999 li testendi l-mandat tal-Europol biex titratta l-iffalsifikar tal-flus u tal-metodi ta’ pagament [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1) hija skaduta u għaldaqstant tneħħiet mill-Anness. Malli l-istrument legali ġdid li jippermetti lill-Europol tiffirma ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jkun daħal fis-seħħ, l-istrument il-ġdid se jiżdied mal-Anness tal-Ftehim Monetarju.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (2) ġie adottat. Għalhekk jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim Monetarju u għandu jiddaħħal ukoll fl-Anness.

(5)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (3) ġiet adottata. Taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim Monetarju u għandha tiddaħħal ukoll fl-Anness.

(6)

L-Anness tal-Ftehim Monetarju għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

L-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU C 149, 28.5.1999, p. 16.

(2)  ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Dispożizzjonijiet Legali li għandhom jiġu implimentati

Limitu ta’ żmien għall-implementazzjoni

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

Emendata bi:

 

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni kkonferiti lill-Kummissjoni ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46.

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29.

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi, ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9.

 

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità, ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1.

31.12.2010

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro, ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6.

Emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro, ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1.

31.12.2010

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro, ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1.

Emendata bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro, ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5.

31.12.2010

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/JHA tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar li tiżdied il-protezzjoni permezz ta’ pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar inkonnessjoni mad-dħul tal-ewro, ĠU L 140, 14.6.2000, p. 1.

Emendata bi:

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/888/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/JHA dwar il-protezzjoni li qed tikber minn penali krimini u sanzjonijiet oħra kontra l-falsifikazzjoni dwar l-introduzzjoni tal-euro, ĠU L 329, 14.12.2001, p. 3.

31.12.2010

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”), ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50.

Emendata bi:

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/75/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles), ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40.

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/849/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles), ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28.

31.12.2010

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1.

31.12.2010

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/413/JHA tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti, ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1.

31.12.2010

Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.

Emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999, ĠU L 52, 27.2.1999, p. 2.

31.12.2010

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro

31.12.2010

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1998 u tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-muniti għall-kollezzjonisti

31.12.2010

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8625 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, ĠU L 9, 14.1.2009 p. 52.

31.12.2010

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2001 dwar il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro (COM(2001) 600 finali), ĠU C 318, 13.11.2001 p. 3.

31.12.2010

Linja gwida ECB/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus ewro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus ewro, ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20.

31.12.2010

Id-Deċiżjoni ECB/2003/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus ewro, ĠU L 78, 25.3.2003, p. 16.

31.12.2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni, ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1.

31.12.2012

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro, ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1.

31.12.2012”