13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Frar 2012

li taħtar u tissostitwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

2012/C 74/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-impjegati,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-impjegati sar vakanti minħabba r-riżenja tas-Sinjura Luz Blanca COSIO ALMEIDA.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura bħala membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI:

SPANJA

Is-Sur Fernando PUIG-SAMPER

Segretarju Konfederali

Responsabbli mit-Taħriġ Vokazzjonali fis-CCOO

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.