10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Marzu 2012

dwar il-ħatra ta' tliet membri ġodda tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd

2012/C 72/06

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/629/KE tas-26 ta' Awwissu 2005 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (traduzzjoni mhux uffiċjali) (1),

Billi:

(1)

It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, maħtura bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni datata s-27 ta’ Ottubru 2010 (2), ser jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2013.

(2)

Il-ħatra ta' żewġ membri tal-Kumitat imsemmi tintemm wara r-riżenja volontarja tagħhom f’Ottubru 2010 u Jannar 2011 rispettivament.

(3)

Id-domanda għall-parir xjentifiku għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd qed tiżdied.

(4)

Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/629/KE, il-membri l-ġodda għandhom jinħatru għall-bqija tat-terminu tal-kariga,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ħatra tal-membri li ġejjin tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd qed tiġi hawnhekk terminata:

 

Antonio DI NATALE

 

Andrés URIARTE

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma hawnhekk maħtura membri tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd:

 

Edmund John SIMMONDS,

 

Guiseppe SCARCELLA,

 

Jenny NORD.

Artikolu 3

It-terminu tal-kariga tagħhom għandu jiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2013.

Artikolu 4

Id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd b'dan qed jintalab jinforma lill-persuni kkonċernati dwar il-ħatra tagħhom.

Artikolu 5

L-ismijiet tal-membri l-ġodda tal-Kumitat għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 225, 31.8.2005, p. 18.

(2)  ĠU C 292, 28.10.2010, p. 3.