|
14.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2012
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik
(2012/306/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Novembru 2007 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1446/2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (1) (“il-Ftehim”). Ġie anness miegħu Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (2). Dak il-Protokoll skada fil-31 ta’ Diċembru 2011. |
|
(2) |
L-Unjoni nnegozjat mal-Możambik Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (“il-Protokoll”) li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Możambik għandu s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd. |
|
(3) |
B’riżultat ta’ dawk in-negozjati, fit-2 ta’ Ġunju 2011 ġie inizjalat il-Protokoll. |
|
(4) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/91/UE (3), dan il-Protokoll ġie ffirmat u qiegħed jiġi applikat b’mod provviżorju. |
|
(5) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (4) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew il-persuni li għandhom is-setgħa jipproċedu, f’isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll, sabiex ikun espress il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Protokoll (5).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. GJERSKOV
(1) ĠU L 331, 17.12.2007, p. 1.
(2) ĠU L 331, 17.12.2007, p. 39.
(4) Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 46, 17.2.2012, p. 4, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.