9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/86 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Mejju 2012
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3262)
(It-testi bl-ilsien Bulgaru, Daniż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Sloven, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)
(2012/294/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Istati Membri ssottomew il-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2012 lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, li jinkludu l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li għandha tiġġarrab fit-twettiq tal-proġetti li jinsabu f’dawn il-programmi. |
(2) |
Applikazzjonijiet li jinvolvu l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-Unjoni. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni ġew ivvalutati għall-konformità tagħhom mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (2). |
(4) |
Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jiġu ffissati fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata din il-kontribuzzjoni. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri intalbu jissottomettu programmi relatati ma’ finanzjament fl-oqsma ta’ prijorità definiti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2011; jiġifieri t-traċċabbiltà, il-validazzjoni u l-kontroverifika tad-dejta, il-kejl tal-qawwa tal-magna, it-tagħmir tal-flotta fuq skala żgħira b’Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u Sistemi Elettroniċi ta’ Reġistrazzjoni u Rappurtar (ERS). |
(6) |
Fuq dik il-bażi u filwaqt li jitqiesu l-limiti baġitarji, it-talbiet fil-programi għal finanzjament tal-Unjoni relatati ma’ azzjonijiet mhux prijoritarji bħall-installazzjoni ta’ Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) abbord bastimenti tas-sajd, it-taħriġ u l-inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni tar-regoli tal-PKS kif ukoll ix-xiri jew il-modernizzazzjoni ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa tas-sajd ġew miċħuda. |
(7) |
Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji definiti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq u miżmuma għal din id-deċiżjoni finanzjarja għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. |
(8) |
Mill-oqsma ta’ prijorità definiti mill-Kummissjoni, deher li l-proġetti dwar it-traċċabbiltà li ġew ippreżentati mill-Istati Membri kienu jeħtieġu li jkun hemm approċċ globali u koordinat fis-seħħ fost l-Istati Membri qabel ma tkun tista’ tingħata kontribuzzjoni tal-Unjoni. Konsegwentement, il-valutazzjoni ta’ dawn il-proġetti dwar it-traċċabbiltà għal kontribuzzjoni tal-Unjoni kienet posposta għal deċiżjoni ta’ finanzjament addizzjonali li se tiġi ppreparata fl-2012. |
(9) |
Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (3). |
(10) |
Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar abbord il-bastimenti tas-sajd għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2012 għan-nefqa li għandha tiġġarrab mill-Istati Membri fl-2012 għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.
Artikolu 2
Għeluq tal-impenji pendenti
Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2016. Il-pagamenti li jsiru minn Stat Membru wara dik id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet baġitarji marbuta ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017.
Artikolu 3
Teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, biex jiġu stabbiliti teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT sabiex ikunu jistgħu jsiru ġbir u ġestjoni effiċjenti u siguri ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd kif ukoll il-verifika tal-qawwa tal-magna, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Kwalunkwe nefqa oħra li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, fuq ix-xiri u t-twaħħil abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jagħmilha possibbli li l-bastimenti jiġu mmonitorjati minn distanza minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 2 500 għal kull bastiment.
3. Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.
Artikolu 5
Sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri, l-installazzjoni u l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS), sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 6
Tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-installazzjoni ta’ tagħmir ERS abbord bastimenti tas-sajd u li jippermetti lill-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw b’mod elettroniku dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.
3. Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, it-tagħmir ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
4. Fil-każ ta’ tagħmir li jgħaqqad funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 4 500 għal kull bastiment.
Artikolu 7
Proġetti pilota
In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness V, fuq proġetti pilota dwar teknoloġiji ġodda ta’ kontroll għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 8
Indirizzi
1. Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
2. In-nefqa ppjanata, is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għal kull Stat Membru huma kif ġej:
(EUR) |
|||
Stat Membru |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
Il-Belġju |
610 000 |
410 000 |
345 000 |
Il-Bulgarija |
25 565 |
25 565 |
23 009 |
Id-Danimarka |
3 462 722 |
2 656 563 |
2 350 599 |
Il-Ġermanja |
5 971 900 |
181 000 |
162 900 |
L-Irlanda |
52 370 000 |
270 000 |
163 000 |
Il-Greċja |
12 110 000 |
6 040 000 |
5 400 000 |
Spanja |
207 080 |
84 200 |
75 780 |
Franza |
3 550 955 |
2 152 500 |
1 937 250 |
L-Italja |
5 877 000 |
4 412 000 |
3 846 000 |
Ċipru |
65 000 |
65 000 |
38 500 |
Il-Latvja |
17 856 |
17 856 |
13 400 |
Il-Litwanja |
284 939 |
284 939 |
256 445 |
Malta |
117 000 |
104 500 |
94 050 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
1 709 400 |
1 580 000 |
1 422 000 |
Il-Polonja |
2 674 000 |
0 |
0 |
Il-Portugall |
3 379 192 |
539 979 |
485 981 |
Ir-Rumanija |
615 000 |
430 000 |
367 000 |
Is-Slovenja |
204 800 |
185 800 |
145 700 |
Il-Finlandja |
2 500 000 |
1 987 500 |
1 584 750 |
L-Isvezja |
11 463 574 |
242 177 |
195 782 |
Ir-Renju Unit |
10 017 803 |
4 424 309 |
3 705 547 |
Total |
117 233 786 |
26 093 889 |
22 612 693 |
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.
(3) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.
ANNESS I
TEKNOLOĠIJI U NETWERKS TAL-IT ĠODDA
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
Il-Belġju |
|||
BE/12/02 |
100 000 |
100 000 |
90 000 |
BE/12/03 |
200 000 |
0 |
0 |
BE/12/04 |
30 000 |
30 000 |
27 000 |
BE/12/06 |
100 000 |
100 000 |
90 000 |
Subtotal |
430 000 |
230 000 |
207 000 |
Il-Bulgarija |
|||
BG/12/01 |
25 565 |
25 565 |
23 009 |
Subtotal |
25 565 |
25 565 |
23 009 |
Id-Danimarka |
|||
DK/12/01 |
335 900 |
335 900 |
302 310 |
DK/12/03 |
335 900 |
335 900 |
302 310 |
DK/12/04 |
470 259 |
470 259 |
423 233 |
DK/12/05 |
214 976 |
214 976 |
193 478 |
DK/12/06 |
268 720 |
268 720 |
241 848 |
DK/12/07 |
268 720 |
0 |
0 |
DK/12/08 |
167 950 |
0 |
0 |
DK/12/09 |
100 770 |
0 |
0 |
DK/12/10 |
8 062 |
8 062 |
7 255 |
DK/12/11 |
15 048 |
15 048 |
13 543 |
DK/12/12 |
134 360 |
0 |
0 |
DK/12/13 |
100 770 |
100 770 |
50 385 |
DK/12/14 |
201 540 |
201 540 |
181 386 |
DK/12/15 |
100 770 |
100 770 |
90 693 |
DK/12/17 |
134 360 |
134 360 |
120 924 |
DK/12/18 |
134 360 |
134 360 |
120 924 |
Subtotal |
2 992 462 |
2 320 663 |
2 048 289 |
Il-Ġermanja |
|||
DE/12/11 |
310 300 |
310 300 |
0 |
DE/12/12 |
100 000 |
100 000 |
0 |
DE/12/13 |
300 000 |
300 000 |
0 |
DE/12/14 |
50 000 |
50 000 |
0 |
DE/12/15 |
290 600 |
290 600 |
0 |
DE/12/16 |
590 000 |
590 000 |
0 |
DE/12/17 |
925 000 |
925 000 |
0 |
DE/12/18 |
400 000 |
400 000 |
0 |
DE/12/21 |
1 875 000 |
1 875 000 |
0 |
Subtotal |
4 840 900 |
4 840 900 |
0 |
L-Irlanda |
|||
IE/12/01 |
70 000 |
70 000 |
63 000 |
IE/12/03 |
200 000 |
200 000 |
100 000 |
IE/12/04 |
1 200 000 |
1 200 000 |
0 |
Subtotal |
1 470 000 |
1 470 000 |
163 000 |
Il-Greċja |
|||
EL/12/03 |
90 000 |
90 000 |
45 000 |
EL/12/05 |
2 400 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
2 490 000 |
90 000 |
45 000 |
Spanja |
|||
ES/12/01 |
207 080 |
84 200 |
75 780 |
Subtotal |
207 080 |
84 200 |
75 780 |
Franza |
|||
FR/12/02 |
725 000 |
570 000 |
513 000 |
FR/12/03 |
293 855 |
185 000 |
166 500 |
FR/12/05 |
150 000 |
150 000 |
135 000 |
FR/12/06 |
42 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
1 210 855 |
905 000 |
814 500 |
L-Italja |
|||
IT/12/01 |
700 000 |
700 000 |
630 000 |
IT/12/02 |
500 000 |
500 000 |
450 000 |
IT/12/03 |
900 000 |
900 000 |
810 000 |
IT/12/04 |
700 000 |
0 |
0 |
IT/12/05 |
900 000 |
900 000 |
810 000 |
IT/12/07 |
500 000 |
0 |
0 |
IT/12/08 |
100 000 |
100 000 |
90 000 |
IT/12/09 |
312 000 |
312 000 |
156 000 |
IT/12/10 |
135 000 |
0 |
0 |
IT/12/11 |
130 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
4 877 000 |
3 412 000 |
2 946 000 |
Ċipru |
|||
CY/12/01 |
15 000 |
15 000 |
13 500 |
CY/12/02 |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
Subtotal |
65 000 |
65 000 |
38 500 |
Il-Latvja |
|||
LV/12/01 |
6 676 |
6 676 |
3 338 |
LV/12/02 |
11 180 |
11 180 |
10 062 |
Subtotal |
17 856 |
17 856 |
13 400 |
Il-Litwanja |
|||
LT/12/01 |
237 488 |
237 488 |
213 740 |
LT/12/02 |
37 651 |
37 651 |
33 885 |
LT/12/03 |
9 800 |
9 800 |
8 820 |
Subtotal |
284 939 |
284 939 |
256 445 |
Malta |
|||
MT/12/01 |
92 000 |
92 000 |
82 800 |
Subtotal |
92 000 |
92 000 |
82 800 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|||
NL/12/01 |
245 000 |
245 000 |
220 500 |
NL/12/02 |
395 000 |
395 000 |
355 500 |
NL/12/04 |
240 000 |
240 000 |
216 000 |
NL/12/05 |
85 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
965 000 |
880 000 |
792 000 |
Il-Polonja |
|||
PL/12/01 |
2 674 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
2 674 000 |
0 |
0 |
Il-Portugall |
|||
PT/12/01 |
90 900 |
90 900 |
81 810 |
PT/12/03 |
314 579 |
314 579 |
283 121 |
PT/12/06 |
60 000 |
60 000 |
54 000 |
Subtotal |
465 479 |
465 479 |
418 931 |
Ir-Rumanija |
|||
RO/12/02 |
30 000 |
30 000 |
27 000 |
RO/12/03 |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
RO/12/04 |
350 000 |
350 000 |
315 000 |
Subtotal |
430 000 |
430 000 |
367 000 |
Is-Slovenja |
|||
SI/12/01 |
20 000 |
20 000 |
18 000 |
SI/12/02 |
20 000 |
20 000 |
18 000 |
SI/12/04 |
40 000 |
40 000 |
36 000 |
SI/12/05 |
12 000 |
12 000 |
10 800 |
SI/12/06 |
3 000 |
0 |
0 |
SI/12/07 |
5 000 |
0 |
0 |
SI/12/08 |
1 800 |
1 800 |
900 |
SI/12/09 |
3 000 |
3 000 |
1 500 |
SI/12/11 |
49 000 |
49 000 |
24 500 |
SI/12/12 |
40 000 |
40 000 |
36 000 |
Subtotal |
193 800 |
185 800 |
145 700 |
Il-Finlandja |
|||
FI/12/01 |
400 000 |
400 000 |
360 000 |
FI/12/03 |
10 000 |
10 000 |
5 000 |
FI/12/05 |
500 000 |
500 000 |
250 000 |
FI/12/06 |
500 000 |
0 |
0 |
FI/12/07 |
400 000 |
400 000 |
360 000 |
FI/12/08 |
400 000 |
400 000 |
360 000 |
Subtotal |
2 210 000 |
1 710 000 |
1 335 000 |
L-Isvezja |
|||
SE/12/01 |
11 177 397 |
11 177 397 |
0 |
SE/12/02 |
55 443 |
55 443 |
27 722 |
SE/12/03 |
110 887 |
110 887 |
99 798 |
SE/12/04 |
20 403 |
20 403 |
18 363 |
Subtotal |
11 364 130 |
11 364 130 |
145 883 |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/12/01 |
1 478 365 |
1 478 365 |
1 330 528 |
UK/12/41 |
14 215 |
0 |
0 |
UK/12/42 |
10 235 |
10 235 |
9 211 |
UK/12/43 |
8 506 |
8 506 |
4 253 |
UK/12/44 |
284 301 |
284 301 |
142 151 |
UK/12/46 |
454 881 |
454 881 |
409 393 |
UK/12/47 |
56 860 |
56 860 |
28 430 |
UK/12/50 |
9 098 |
0 |
0 |
UK/12/38 |
2 019 |
0 |
0 |
UK/12/39 |
1 700 |
0 |
0 |
UK/12/40 |
796 |
0 |
0 |
Subtotal |
2 320 976 |
2 293 148 |
1 923 966 |
Total |
39 627 042 |
13 948 384 |
11 842 203 |
ANNESS II
TAGĦMIR GĦAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
Il-Ġermanja |
|||
DE/12/03 |
16 000 |
0 |
0 |
DE/12/06 |
4 000 |
0 |
0 |
DE/12/08 |
25 000 |
25 000 |
22 500 |
DE/12/09 |
493 500 |
0 |
0 |
Subtotal |
538 500 |
25 000 |
22 500 |
Il-Greċja |
|||
EL/12/08 |
3 250 000 |
3 250 000 |
2 925 000 |
Subtotal |
3 250 000 |
3 250 000 |
2 925 000 |
Franza |
|||
FR/12/07 |
1 085 000 |
1 000 000 |
900 000 |
Subtotal |
1 085 000 |
1 000 000 |
900 000 |
L-Italja |
|||
IT/12/06 |
1 000 000 |
1 000 000 |
900 000 |
Subtotal |
1 000 000 |
1 000 000 |
900 000 |
Malta |
|||
MT/12/03 |
25 000 |
12 500 |
11 250 |
Subtotal |
25 000 |
12 500 |
11 250 |
Il-Portugall |
|||
PT/12/07 |
2 057 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
2 057 000 |
0 |
0 |
Ir-Rumanija |
|||
RO/12/01 |
75 000 |
0 |
0 |
RO/12/05 |
110 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
185 000 |
0 |
0 |
Is-Slovenja |
|||
SI/12/03 |
5 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
5 000 |
0 |
0 |
Il-Finlandja |
|||
FI/12/04 |
15 000 |
12 500 |
11 250 |
Subtotal |
15 000 |
12 500 |
11 250 |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/12/02 |
653 892 |
575 000 |
517 500 |
UK/12/03 |
557 230 |
490 000 |
441 000 |
UK/12/32 |
45 488 |
40 000 |
36 000 |
UK/12/33 |
309 888 |
272 500 |
245 250 |
UK/12/45 |
468 528 |
412 500 |
371 250 |
Subtotal |
2 035 026 |
1 790 000 |
1 611 000 |
Total |
10 195 526 |
7 090 000 |
6 381 000 |
ANNESS III
SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
Il-Belġju |
|||
BE/12/01 |
120 000 |
120 000 |
108 000 |
Subtotal |
120 000 |
120 000 |
108 000 |
Id-Danimarka |
|||
DK/12/02 |
335 900 |
335 900 |
302 310 |
Subtotal |
335 900 |
335 900 |
302 310 |
Il-Ġermanja |
|||
DE/12/19 |
81 000 |
81 000 |
72 900 |
DE/12/20 |
75 000 |
75 000 |
67 500 |
Subtotal |
156 000 |
156 000 |
140 400 |
Franza |
|||
FR/12/04 |
255 100 |
247 500 |
222 750 |
Subtotal |
255 100 |
247 500 |
222 750 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|||
NL/12/03 |
700 000 |
700 000 |
630 000 |
Subtotal |
700 000 |
700 000 |
630 000 |
Il-Portugall |
|||
PT/12/05 |
74 500 |
74 500 |
67 050 |
Subtotal |
74 500 |
74 500 |
67 050 |
Il-Finlandja |
|||
FI/12/02 |
250 000 |
250 000 |
225 000 |
Subtotal |
250 000 |
250 000 |
225 000 |
L-Isvezja |
|||
SE/12/05 |
55 443 |
55 443 |
49 899 |
Subtotal |
55 443 |
55 443 |
49 899 |
Total |
1 946 943 |
1 939 343 |
1 745 409 |
ANNESS IV
TAGĦMIR ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
Il-Greċja |
|||
EL/12/09 |
2 700 000 |
2 700 000 |
2 430 000 |
Subtotal |
2 700 000 |
2 700 000 |
2 430 000 |
Il-Finlandja |
|||
FI/12/09 |
25 000 |
15 000 |
13 500 |
Subtotal |
25 000 |
15 000 |
13 500 |
Total |
2 725 000 |
2 715 000 |
2 443 500 |
ANNESS V
PROĠETTI PILOTA
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
Il-Belġju |
|||
BE/12/05 |
60 000 |
60 000 |
30 000 |
Subtotal |
60 000 |
60 000 |
30 000 |
Id-Danimarka |
|||
DK/12/16 |
134 360 |
0 |
0 |
Subtotal |
134 360 |
0 |
0 |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/12/49 |
341 161 |
341 161 |
170 581 |
Subtotal |
341 161 |
341 161 |
170 581 |
Total |
535 521 |
401 161 |
200 581 |
ANNESS VI
AMMONTI RELATATI MAT-TAĦRIĠ, INIZJATTIVI GĦAS-SENSIBILIZZAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-PKS U L-AKKWIST JEW IL-MODERNIZZAZZJONI TA’ BASTIMENTI U INĠENJI TAL-GĦASSA LI ĠEW MIĊĦUDA
(EUR) |
|||
Tip ta’ nefqa |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
Programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju: |
|
|
|
Subtotal |
825 931 |
0 |
0 |
Inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli tal-PKS: |
|
|
|
Subtotal |
849 713 |
0 |
0 |
Bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa |
|
|
|
Subtotal |
60 528 109 |
0 |
0 |
Total |
62 203 753 |
0 |
0 |