|
7.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-31 ta' Mejju 2012
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2012/292/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (il-“Ftehim”). |
|
(2) |
Il-Ftehim se jippermetti l-protezzjoni reċiproka tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni u tar-Repubblika tal-Moldova, kif ukoll jikkontribwixxi għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni fost il-pajjiżi fil-viċinat tal-Unjoni. |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
P. OLSEN DYHR
(1) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.