24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Mejju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3179)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/277/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 1999/2/KE, oġġett tal-ikel ittrattat b’radjazzjoni li tijonizza ma jistax jiġi importat minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx ġie ttrattat f’faċilità tal-irradjazzjoni approvata mill-Unjoni Ewropea.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE (2) ġiet stabbilita lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi.

(3)

L-awtoritajiet Tajlandiżi infurmaw lill-Kummissjoni li l-isem ta’ waħda mill-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati li jinsabu fit-Tajlandja inbidel.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/840/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/840/KE huwa emendat skont it-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(2)  ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40.


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2002/840/KE,

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 08-2006

ISOTRON (THAILAND) LTD

Bangpakong Industrial Park (Amata Nakorn)

700/465 Moo 7, Tambon Donhuaroh,

Amphur Muang,

Chonburi 20000

It-Tajlandja

Tel. (66) (0) 38 458431 sa 4:

Faks (66) (0) 38 458435”

jinbidel b’li ġej:

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 08-2006

Synergy Health (Thailand) Ltd.

700/465 Amata Nakorn Industrial

Moo 7, Tambon Donhuaroh,

Amphur Muang,

Chonburi 20000

It-Tajlandja

Tel. (66) (0) 38 458431 sa 3 u (66) (0) 38 450092 sa 3

Faks (66) (0) 38 458435 u (66) (0) 38 717146”