17.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Mejju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku
(2012/262/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/589/KE (2) stabbilixxiet programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni applikabbli għal perjodu ta’ erba’ snin sabiex tiżgura l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (3) għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. |
(2) |
Parir xjentifiku riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jissuġġerixxi li kien hemm rapportar skorrett dwar parti sinifikanti tas-sajd għas-salamun tal-Baltiku, liema fatt jista’ jkollu impatt negattiv serju fuq l-istatus ta’ dak l-istokk. |
(3) |
Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni huwa meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri kkonċernati u biex jippermetti lill-Aġenżija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex torganizza pjanijiet tat-tħaddim konġunt skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (4). |
(4) |
Biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan ta’ rkupru multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiġi estiż għal perjodu ta’ sena. |
(5) |
Il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (5). Sakemm jidħol fis-seħħ dak ir-regolament jixraq li tiġi indirizzata l-possibbiltà ta’ rapportar skorett li ġie rrapportat mill-ICES. |
(6) |
Sabiex tiġi indirizzata l-possibbiltà ta’ rapportar skorett fis-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tas-salamun tal-Baħar Baltiku, jixraq li dawk l-istokkijiet jiġu inklużi f’dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2008/589/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri kkonċernati. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/589/KE hija emendata kif ġej:
1. |
It-titlu jiġi sostitwit b’dan i ġej: “Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/589/KE tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku”. |
2. |
L-Artikolu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni biex tiżgura:
|
3. |
L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni 1. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkopri l-kontroll u spezzjoni ta’:
2. Il-programm speċifiku tal-kontroll u spezzjoni għandu japplika għal ħames snin.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiħdol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 190, 18.7.2008, p. 11.
(3) ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.
(4) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(5) COM(2011) 470 finali — 2011/0206 (COD).