|
8.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta' Mejju 2012
li ġġib fi tmiemu l-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, esklużi l-pajpijiet u t-tubi, mingħajr saldaturi, ta’ azzar li ma jissaddadx, u li joriġinaw mill-Belarus
(2012/247/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-16 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) waslilha ilment dwar id-dumping, allegatament ta’ ħsara, ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, esklużi l-pajpijiet u t-tubi, mingħajr saldaturi, ta’ azzar li ma jissaddadx, u li joriġinaw mill-Belarus (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
|
(2) |
L-ilment tressaq mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi. |
|
(3) |
L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment ta’ antidumping. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) bdiet proċediment ta’ antidumping dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar u li joriġinaw mill-Belarus. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni, lill-produttur esportatur fil-Belarus, lill-importaturi, u lill-awtoritajiet tal-Belarus. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jistqarru fehmiethom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu. |
|
(6) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li ppreżentaw raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ. |
B. L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TMIEM TAL-PROĊEDIMENT
|
(7) |
Il-kwerelant irtira formalment l-ilment tiegħu permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ Jannar 2012 u indirizzata lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, meta ilment jiġi rtirat, il-proċediment jista’ jinġieb fi tmiemu, u dan kemm-il darba t-tali tmiem ta’ proċediment ikun imur kontra l-interessi tal-Unjoni. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jinġieb fi tmiemu peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda konsiderazzjonijiet li juru li dan it-tmiem imur kontra l-interessi tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem imur kontra l-interessi tal-Unjoni. |
|
(10) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar u li joriġinaw mill-Belarus, għandu jintemm, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, esklużi l-pajpijiet u t-tubi, mingħajr saldaturi, ta’ azzar li ma jissaddadx, bi profil trasversali ċirkulari, ta’ dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b’Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (CEV) li ma jaqbiżx iż-0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW) (3), li joriġinaw mill-Belarus, u li bħalissa huma kklassifikati mal-kodiċi tan-NM ex 7304 19 10 , ex 7304 19 30 , ex 7304 23 00 , ex 7304 29 10 , ex 7304 29 30 , ex 7304 31 80 , ex 7304 39 58 , ex 7304 39 92 , ex 7304 39 93 , ex 7304 51 89 , ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 , huwa b’dan miġjub fi tmiemu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 187, 28.6.2011, p. 22.
(3) Is-CEV għandu jiġi determinat b’konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-535-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).