|
8.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/25 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Mejju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/207/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2800)
(2012/246/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli ta’ Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 adottat pjan multiannwali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. L-ICCAT emendat il-pjan multiannwali ta’ rkupru matul il-Laqgħa Annwali tal-2008. Il-pjan emendat kien traspost fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (2). Il-pjan kien emendat aktar u approvat uffiċjalment fil-Laqgħa Annwali tal-ICCAT tal-2010 permezz tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT (3). |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan multiannwali ta’ rkupru emendat, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/296/KE (4) stabbiliet programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni li jkopri perjodu ta’ sentejn, mill-15 ta’ Marzu 2009 sal-15 ta’ Marzu 2011. |
|
(3) |
Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni relatat mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran, kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/207/UE (5), kien adottat bil-ħsieb li tkun żgurata l-kontinwità tal-programm stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/296/KE u li jiġu implimentati b’mod immedjat ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT, b’mod partikolari dawk dwar il-preżentazzjoni bikrija ta’ pjanijiet meħtieġa ta’ sajd u spezzjoni. Id-Deċiżjoni 2011/207/UE tkopri l-perjodu mill-15 ta’ Marzu 2011 sal-15 ta’ Marzu 2014. |
|
(4) |
Fid-dawl tad-diskussjonijiet fl-ICCAT fil-Laqgħa Annwali tal-2011 u bil-ħsieb li jiġu implimentati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa mill-ICCAT, huwa xieraq li jiġu implimentati r-rekwiżiti dwar it-teħid ta’ kampjuni u l-operazzjonijiet pilota stipulati fil-paragrafu 87 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT li jistabblixxu pjan multiannwali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran. |
|
(5) |
Huwa xieraq ukoll li ċerti referenzi li kienu jeżistu fid-Deċiżjoni 2011/207/UE li ma għadhomx jgħoddu jew li mhumiex korretti jiġu aġġornati u korretti. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2011/207/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/207/UE hija emendata kif ġej:
|
1. |
It-Titolu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2011 li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran” |
|
2. |
Fl-Artikolu 3, il-punt 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
|
3. |
Fl-Artikolu 4, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 9 u 10 li ġejjin:
|
|
4. |
Fl-Artikolu 9 il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Stat Membru li jkun beħsiebu jwettaq sorveljanza u jispezzjona bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor fil-qafas ta’ Pjan ta’ Użu Konġunt, għandu jinnotifika l-intenzjonijiet tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Istat Membru kostali kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 80, il-punt 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2009 u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).” |
|
5. |
L-Artikolu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 10 Informazzjoni dwar ksur L-Istati Membri li l-uffiċjali tagħhom jindividwaw kwalunkwe ksur waqt spezzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 3, għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bid-data tal-ispezzjoni u d-dettalji tal-ksur.” |
|
6. |
Fl-Artikolu 14, il-kliem “Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA)” għandu jinbidel bil-kliem “l-ECFA”. |
|
7. |
L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
8. |
L-Annessi I u II għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT biex tistabbilixxi pjan multiannwali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran.
ANNESS
“ANNESS I
PUNTI TA’ REFERENZA
Il-punti ta’ referenza stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu implimentati sabiex b’mod partikolari jkun żgurat:
|
(a) |
il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ li jsir fl-ilmijiet tal-Unjoni; |
|
(b) |
il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet ta’ trasferiment; |
|
(c) |
il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet konġunti tas-sajd; |
|
(d) |
il-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tonn, b’mod partikolari li tkun ivverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata; |
|
Post tal-ispezzjoni |
Punt ta’ referenza |
|
L-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ |
Kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ġewwa razzett għandha tkun awtorizzata mill-Istat(i) Membru/i tal-bandiera tal-bastiment(i) tal-qbid u/jew tan-nases għat-tonn fejn hu xieraq fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ; It-tqegħid kollu fil-gaġeġ għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata kif meħtieġ mill-ICCAT (inkluż kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandha tiġi spezzjonata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-razzett. L-ispezzjoni għandha tkopri l-operazzjoni sħiħa tat-tqegħid fil-gaġeġ; Il-programmi tat-teħid tal-kampjuni dwar kif jista’ jkun hemm stima aħjar tal-għadd u l-piż tat-tonn għandhom jiġu implimentati fil-mument tat-tqegħid fil-gaġeġ. L-operazzjonijiet kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ għandhom jiġu mmonitorjati b’vidjokamera fl-ilma (kif previst fil-paragrafu 86 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel il-31 ta’ Lulju sakemm l-Istat Membru tar-razzett ma jipprovdix raġunijiet validi inkluża dik ta’ force majeure, li għandhom jakkumpanjaw ir-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ meta dan jiġi ppreżentat. |
|
L-operazzjonijiet tal-ħsad |
L-operazzjonijiet tal-ħsad kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata (inkluż kif previst fid-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Matul kull operazzjoni tal-ħsad minn gaġġa, għandu jkun preżenti osservatur reġjonali tal-ICCAT. |
|
L-ispezzjoni fuq il-baħar |
Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona; Il-punti ta’ referenza fuq il-baħar għandhom jirreferu għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa fuq il-baħar kif ukoll għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa b’indikazzjoni tal-istaġun tas-sajd u t-tip ta’ attività tas-sajd fil-mira. |
|
L-operazzjonijiet ta’ trasferiment |
Kull operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istati tal-bandiera abbażi ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment (kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Kull operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun assenjata numru ta’ awtorizzazzjoni (kif previst fil-paragrafu 76 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Trasferiment għandu jkun awtorizzat fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment (kif previst fil-paragrafu 76 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); Dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera fit-tmiem tal-operazzjoni ta’ trasferiment (kif previst fil-paragrafu 77 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT); L-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment għandhom jiġu rreġistrati fuq vidjokamera fl-ilma (kif previst fil-paragrafu 79 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT). L-istudji pilota dwar kif tista’ ssir stima aħjar kemm tal-għadd kif ukoll tal-piż tat-tonn għandhom jiġu implimentati fil-mument tal-qabda inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi sterjoskopiċi. |
|
It-trażbordi |
Il-bastimenti kollha għandhom ikunu spezzjonati mal-wasla qabel jibdew l-operazzjonijiet ta’ trażbord, kif ukoll qabel it-tluq wara l-operazzjonijiet ta’ trażbord. Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux magħżula; Dikjarazzjoni ta’ trażbord għandha tintbagħat lill-Istati tal-bandiera mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trażbord fil-port (kif previst fil-paragrafu 69 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT). |
|
L-operazzjonijiet konġunti tas-sajd |
L-operazzjonijiet konġunti tas-sajd (JFO) kollha jridu jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri tal-bandiera u mill-Kummissjoni li għandhom jibagħtu l-JFOs awtorizzati lill-ICCAT. Lista tal-JFOs awtorizzati se tiġi pubblikata fil-websajt tal-ICCAT. |
|
Is-sorveljanza mill-ajru |
Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona, filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-użu mill-Istati Membri. |
|
Il-ħatt l-art |
Il-bastimenti kollha li jidħlu f’port magħżul bil-għan li jħottu t-tonn l-art għandhom jiġu spezzjonati; għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux magħżula; L-awtorità kompetenti għandha tibgħat reġistrazzjoni tal-attivitajiet tal-ħatt l-art lill-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt l-art (kif previst fil-paragrafu 68 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT). |
|
Il-kummerċjalizzazzjoni |
Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività ta’ kummerċjalizzazzjoni li twettqet. |
|
Is-sajd sportiv u rikreattiv |
Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd sportiv u rikreattiv li twettqu. |
|
In-nases |
L-operazzjonijiet kollha bin-nases, inklużi t-trasferimenti u l-ħsad, għandhom ikunu spezzjonati u koperti minn osservaturi nazzjonali. |
“ANNESS II
PROĊEDURI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI MILL-UFFIĊJALI
1. Kompiti ta’ spezzjoni
1.1. Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni
Għandu jitħejja rapport ta’ spezzjoni għal kull kontroll u spezzjoni, fil-format stabbilit fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-uffiċjali għandhom, fi kwalunkwe każ, jivverifikaw u jniżżlu l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tagħhom:
|
(1) |
id-dettalji tal-identità tal-persuni responsabbli, kif ukoll dawk tal-bastiment, tal-persunal tar-razzett, eċċ. involuti fl-attivitajiet spezzjonati; |
|
(2) |
l-awtorizzazzjonijiet, il-liċenzji u l-awtorizzazzjoni tas-sajd; |
|
(3) |
id-dokumentazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti, bħall-ġurnali ta’ abbord, id-dikjarazzjonijiet ta’ trasferiment u ta’ trażbord, id-dokumenti dwar il-qbid tat-tonn tal-ICCAT, iċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni u dokumentazzjoni oħra eżaminati għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT; |
|
(4) |
osservazzjoni dettaljata tad-daqsijiet ta’ tonn maqbud, magħluq b’nases, ittrasferit, ittrażbordat, li jinħatt l-art, ittrasportat, imqiegħed f’gaġeġ, imrobbi, ipproċessat jew ikkummerċjalizzat fil-kuntest tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan ta’ rkupru. Fil-każ tat-tqegħid fil-gaġeġ, dan jinkludi l-kontroverifika bejn id-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo u r-riżultati tal-programmi tat-teħid tal-kampjuni u tal-istudji pilota. |
|
(5) |
il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali tat-tonn li jinżammu abbord il-bastimenti li ma jkunux qegħdin jistadu b’mod attiv għat-tonn. |
L-informazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti kollha mill-ispezzjoni fuq il-baħar, mis-sorveljanza mill-ajru, f’portijiet, nases, irziezet jew fi kwalunkwe impriza oħra kkonċernata għandha titniżżel fir-rapporti tal-ispezzjoni. Fil-każ ta’ spezzjoni fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjal għandu jirreġistra l-ispezzjonijiet imwettqa u kwalunkwe ksur li jinduna bih fuq il-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment.
Dawk is-sejbiet għandhom jitqabblu mal-informazzjoni li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali minn awtoritajiet kompetenti oħra, inkluża informazzjoni mis-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS), il-listi tal-bastimenti awtorizzati, ir-rapporti tal-osservaturi, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo u d-dokumenti kollha relatati mal-attivitajiet tas-sajd.
1.2. Kompiti ta’ spezzjoni għas-sorveljanza mill-ajru
L-uffiċjali għandhom jirrappurtaw dwar id-dejta ta’ sorveljanza għal finijiet ta’ kontroverifika, u b’mod partikolari għandhom jivverifikaw ilmiħ ta’ bastimenti tas-sajd mal-VMS u l-listi tal-bastimenti awtorizzati.
L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar l-attivitajiet ta’ sajd Illegali, mhux Rapportati u mhux Regolati (IUU) u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters tat-tiftix.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal żoni magħluqa, għall-perjodi tal-istaġuni tas-sajd u għall-attivitajiet tal-flotot li għalihom japplikaw xi derogi.
1.3. Kompiti ta’ spezzjoni fuq il-baħar
1.3.1.
Meta jittella’ ħut mejjet abbord il-bastiment tal-qbid, inkella jkun preżenti fuq bastiment tal-ipproċessar jew tat-trasport, l-uffiċjali għandhom dejjem jivverifikaw il-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord u jqabbluhom mal-kwantitajiet irreġistrati fid-dokumentazzjoni rilevanti.
Meta jkun qed jiġi ttrasferit ħut ħaj, l-uffiċjali għandhom jaraw li jidentifikaw il-mezzi użati mill-partijiet involuti biex jistmaw il-kwantitajiet ta’ tonn ħaj ittrasferit fir-rigward tar-riżultati ta’ studji pilota. L-uffiċjali għandhom jingħataw aċċess għall-kwantitajiet ittrasferiti u jivverifikawhom, kif osservat fir-reġistrazzjoni bil-vidjo.
Se jsiru għadd ta’ spezzjonijiet ‘fuq il-post’ ġewwa l-gaġeġ tal-irmunkar minn spetturi bugħaddasa ta’ Stati Membru li se jivverifikaw li l-għadd u l-piż stmat maqbud u ttrasferiet jikkorrispondi ma’ dawk fid-dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT abbord il-bastimenti tal-irmonk. L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
|
(1) |
li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (l-immarkar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT), |
|
(2) |
il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment, |
|
(3) |
li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) li tkun operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni VMS, |
|
(4) |
li l-bastimenti tas-sajd mhumiex joperaw f’żoni magħluqa u qed jirrispettaw l-għeluq tal-istaġun tas-sajd, |
|
(5) |
il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-qbid, |
|
(6) |
ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-kwoti u/jew tal-qabdiet inċidentali, |
|
(7) |
Id-daqs tal-kompożizzjoni tal-qabdiet abbord li għalihom huwa applikat id-daqs minimu, |
|
(8) |
il-kwantitajiet fiżiċi tal-ispeċijiet kollha abbord u l-preżentazzjoni tagħhom, |
|
(9) |
l-irkaptu tas-sajd abbord, |
|
(10) |
il-preżenza ta’ osservatur fejn rilevanti. |
L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar attivitajiet ta’ sajd IUU, u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters ta’ tiftix.
1.3.2.
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
|
(1) |
il-konformità mar-rekwiżiti tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment; |
|
(2) |
li l-Istat tal-bandiera jkun assenja u kkomunika lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd, jew nassa jew razzett kif xieraq, numru ta’ awtorizzazzjoni għal kull operazzjoni ta’ trasferiment fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment; |
|
(3) |
il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT; |
|
(4) |
li d-dikjarazzjoni ta’ trasferiment ġiet iffirmata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord u trażmessa lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk; |
|
(5) |
il-konformità mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni bil-vidjo; |
|
(6) |
kif saret l-istima tal-għadd u l-piż tat-tonn fil-waqt tal-qabda permezz ta’ studji pilota inkluż permezz tal-użu ta’ kameras sterjoskopiċi. |
1.3.3.
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
|
(1) |
il-konformità mar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet konġunti tas-sajd rigward l-informazzjoni li għandha tkun irrappurtata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd; |
|
(2) |
li l-awtorizzazzjoni għal operazzjoni konġunta tas-sajd tkun twasslet lill-bastimenti tas-sajd mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 302/2009; |
|
(3) |
il-preżenza ta’ osservatur matul l-operazzjoni konġunta tas-sajd. |
1.4. Il-kompiti ta’ spezzjoni waqt il-ħatt l-art
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
|
(1) |
li l-bastimenti tas-sajd ikunu awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT, jekk rilevanti); |
|
(2) |
li n-notifika minn qabel tal-wasla għall-ħatt l-art tkun intbagħtet mill-awtoritajiet kompetenti; |
|
(3) |
li l-awtorità kompetenti tkun bagħtet reġistrazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt l-art; |
|
(4) |
li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni VMS; |
|
(5) |
il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment; |
|
(6) |
il-kwantitajiet fiżiċi ta’ ħut maqbud, u l-preżentazzjoni tiegħu; |
|
(7) |
il-kompożizzjoni totali tal-qabdiet abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar il-qbid inċidentali; |
|
(8) |
il-kompożizzjoni tad-daqs abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar id-daqs minimu; |
|
(9) |
l-irkaptu tas-sajd abbord; |
|
(10) |
fil-każ ta’ ħatt l-art ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat; |
|
(11) |
li t-tonn li jinħatt l-art mid-dgħajjes tas-sajd tal-lixka, bastimenti li jistadu bil-konz, dgħajjes bil-qasba jew għat-trejjix fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran jkun immarkat b’mod korrett minn denbu. |
1.5. Il-kompiti ta’ spezzjoni waqt it-trażbord
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
|
(1) |
li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT); |
|
(2) |
li n-notifika minn qabel tal-wasla fil-port tkun intbagħtet u kien fiha l-informazzjoni korretta dwar it-trażbord; |
|
(3) |
li l-bastimenti tas-sajd tat-trażbord li jixtiequ jittrażbordaw ikunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat tal-bandiera tagħhom; |
|
(4) |
li l-kwantitajiet notifikati minn qabel għat-trażbord huma vverifikati; |
|
(5) |
li ntbagħtet dikjarazzjoni tat-trażbord lill-Istati tal-bandiera sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trażbord fil-port; |
|
(6) |
li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun abbord u mimlija kif suppost, fosthom id-dikjarazzjoni tat-trażbord, id-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn tal-ICCAT u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni; |
|
(7) |
fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat. |
1.6. Kompiti ta’ spezzjoni fuq stallazzjonijiet tal-irziezet
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
|
(1) |
li d-dokumentazzjoni rilevanti hija preżenti u mimlija u rrappurtata kif suppost (id-dokumenti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni, id-dikjarazzjoni ta’ trasferiment, id-dikjarazzjoni ta’ trażbord); |
|
(2) |
li l-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ġiet awtorizzata mill-bastimenti tal-qbid u/jew tan-nassa u mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-razzett; |
|
(3) |
li osservatur reġjonali tal-ICCAT kien preżenti matul it-tqegħid fil-gaġeġ u l-attivitajiet ta’ ħsad tat-tonn kollha, u vvalida d-dikjarazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ; |
|
(4) |
li l-attivitajiet kollha tat-trasferimenti mill-gaġeġ għar-razzett ġew immonitorati minn vidjokamera fl-ilma; |
|
(5) |
li l-Istat Membru tar-razzett mhux se jaċċetta t-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fejn il-kwantità bil-għadd u/jew piż hija aktar minn dik awtoritzzata biex titqiegħed fil-gaġġa mill-Istat Membru tal-bandiera; |
|
(6) |
li ttieħed kampjun minn kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ inkluż meta l-ħut huwa ttrasferit minn kamra ta’ nassa għat-tonn għal gaġġa tat-tismin. |
Se jsiru għadd ta’ spezzjonijiet ‘fuq il-post’ minn spetturi bugħaddasa ta’ Stati Membri fil-gaġeġ tar-razzett biex jikkonfermaw il-kwantitajiet ta’ ħut fil-gaġeġ. Dan għandu jsir minn bugħaddasa li fi Stat Membru wieħed ikunu qed jagħmlu użu wkoll minn kamera sterjoskopika.
1.7. Kompiti ta’ spezzjoni marbuta mat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:
|
(1) |
fir-rigward tat-trasport, b’mod partikolari d-dokumenti ta’ akkumpanjament rilevanti u jivverifikawhom mal-kwantitajiet fiżiċi ttrasportati; |
|
(2) |
fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun preżenti u mimlija kif suppost, inklużi d-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni. |
2. Rapport tal-ispezzjoni
|
(1) |
Għall-ispezzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. |
|
(2) |
Għall-ispezzjonijiet l-oħra, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell tar-rapporti nazzjonali tagħhom mimlija skont l-Artikolu 100 u l-Anness XXVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1). |
“Appendiċi 1
RAPPORT TA’ SPEZZJONI TAL-ICCAT Nru …
INFRAZZJONI SERJA OSSERVATA