|
28.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ April 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE
(2012/228/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 338(1) u 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), ("il-Ftehim taż-ŻEE") fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-istatistika. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-Islanda, l-Annessi I, II u III għar-Regolament (UE) Nru 691/2011 għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mill-ewwel skadenza għat-trażmissjoni sabiex jitqies l-iżvilupp ulterjuri tal-kontijiet ambjentali nazzjonali tal-Islanda. |
|
(4) |
Peress li l-Liechtenstein hu diġà eżentat mis-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (4), huwa għandu wkoll ikun eżentat mill-obbligi li jikkonċernaw il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. |
|
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Luxembourg, l-24 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
ta’
li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal fl-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE:
|
"27c. |
32011 R 0691: Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-…, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(2) ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1.
(*1) [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.] [Hemm rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]