|
28.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ April 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għal-Ftehim taż-ŻEE
(2012/227/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114 u 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”), fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward ta’ regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/133/UE tat-2 ta’ Marzu 2010 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kontaminazzjoni bl-ethyl carbamate fl-ispirti tal-frott tal-għadma u l-ispirti tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur u l-monitoraġġ tal-livelli ta’ ethyl carbamate f’dawn ix-xarbiet (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 ħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż (5), li hu inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1014/90 tal-24 ta’ April 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati r-regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż (6) li hu inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE ma għadux applikabbli (7) u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(6) |
Sabiex jitnaqqsu l-problemi li jistgħu jkunu kkawżati mill-konsum tal-alkoħol, l-Istati tal-EFTA jistgħu jipprojbixxu, fuq bażi mhux diskriminatorja, it-tqegħid fis-suq nazzjonali ta’ spirti għal konsum dirett mill-bniedem b’kontenut ta’ alkoħol ta’ iktar minn 60 %. |
|
(7) |
Minħabba l-karatteristiċi speċjali tas-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal xorb spirituż u l-fatt li numru żgħir ħafna ta’ reġistrazzjonijiet huwa mistenni mill-Istati tal-EFTA, il-paragrafu 4d) tal-Protokoll 1 għall-Ftehim taż-ŻEE m’għandux jiġi applikat għal dawn il-kwistjonijiet. Bħala konsegwenza, il-proċeduri għall-applikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi se jitwettqu mill-Kummissjoni ukoll b’relazzjoni ma’ applikazzjonijiet mill-Istati tal-EFTA li huma partijiet għall-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(5) ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
ta’
temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/133/UE tat-2 ta’ Marzu 2010 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kontaminazzjoni bl-ethyl carbamate fl-ispirti tal-frott tal-għadma u l-ispirti tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur u l-monitoraġġ tal-livelli ta’ ethyl carbamate f’dawn ix-xarbiet (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż (4), li hu inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE u konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1014/90 (5) li hu inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE ma għadux applikabbli (6) u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(5) |
Minħabba l-karatteristiċi speċjali tas-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal xorb spirituż u l-fatt li numru żgħir ħafna ta’ reġistrazzjonijiet huwa mistenni mill-Istati tal-EFTA, jidher raġonevoli li l-paragrafu 4(d) tal-Protokoll 1 għall-Ftehim taż-ŻEE ma jibqax japplika għal dawn il-kwistjonijiet. Dan se jsir mingħajr preġudizzju għal Deċiżjonijiet oħrajn tal-Kumitat Konġunt. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar xorb spirituż. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna x-xorb spirituż ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (7) hija estiża għal-Liechtenstein, kif inhu ddikjarat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE. Għalhekk din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(7) |
L-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XXVII tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 1 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89) u l-punt 2 (ir-Regolament tal-Kummissjonil (KEE) Nru 1014/90) jitħassar. |
|
2. |
Jiddaħħal il-punt:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u tar-Rakkomandazzjoni 2010/133/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-[…], sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(2) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(4) ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1.
(5) ĠU L 105, 25.4.1990, p. 9.
(7) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(*1) [L-ebda rekwiżiti konstituzzjonali mhuma indikati.] [Huma indikati rekwiżiti konstituzzjonali huma indikati.]