27.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/225/PESK

tas-26 ta’ April 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/232/PESK (1).

(2)

L-Unjoni segwiet b’rispett u apprezzament il-bidliet storiċi fil-Burma/il-Mjanmar matul l-aħħar sena u ħeġġet ir-riformi estensivi biex tkompli fi sħubija li qed tiżviluppa ma’ atturi politiċi u tas-soċjetà ċivili. L-Unjoni laqgħet il-passi konkreti li ttieħdu lejn dawn l-għanijiet.

(3)

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi u bħala mezz biex tilqa’ u tinkoraġġixxi l-proċess ta’ riforma, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu sospiżi bl-eċċezzjoni tal-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna li għandhom jinżammu.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/232/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ April 2013.

3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 3 sa 13a għandhom jiġu sospiżi sat-30 ta’ April 2013.”.

Artikolu 2

Il-persuni elenkati fl-Anness għandhom jitneħħew mil-lista tal-persuni fil-parti J tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/232/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BØDSKOV


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 22.


ANNESS

Persuni li jirreferi għalihom l-Anness 2

1.

Thidar Zaw

2.

Pye Phyo Tay Za

3.

Ohn

4.

Shwe Shwe Lin

5.

Nan Than Htwe a.k.a Nan Than Htay

6.

Nang Lang Kham a.k.a. Nan Lan Khan

7.

Lo Hsing-han

8.

San San Kywe

9.

Nandar Hlaing

10.

Aye Aye Maw

11.

Nan Mauk Loung Sai a.k.a. Nang Mauk Lao Hsai

12.

Than Than Nwe

13.

Nay Soe

14.

Theint Theint Soe

15.

Sabai Myaing

16.

Htin Htut

17.

Htay Htay Khine (Khaing)

18.

Sandar Tun

19.

Aung Zaw Naing

20.

Mi Mi Khaing

21.

Moe Mya Mya

22.

Thurane Aung a.k.a. Christopher Aung, Thurein Aung

23.

Khin Phyone

24.

Nyunt Nyunt Oo

25.

Myint Myint Aye

26.

Min Thein a.k.a. Ko Pauk

27.

Tin Tin Latt

28.

Wut Yi Oo

29.

Capitain Htun Zaw Win

30.

Yin Thu Aye

31.

Yi Phone Zaw