21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ April 2012

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Latvja bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi u ta’ ċerti reġjuni tal-Italja, il-Polonja u l-Portugall bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, ħielsa mill-bruċellożi u ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2451)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/204/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4), l-Anness A(II)(7) u l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi, uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi u uffiċjalment ħieles mill-lewkożi enżootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(2)

L-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2), jelenkaw l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati, rispettivament, bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, u uffiċjalment ħielsa mill-lewkożi enżootika bovina.

(3)

L-Italja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-provinċji ta’ Asti u Biella fir-reġjun tal-Piemonte fl-Italja mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi.

(4)

Barra minn hekk, il-provinċja ta’ Ascoli Piceno hija diġà elenkata fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun fl-Italja li huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi. Madankollu, id-diviżjoni amministrattiva tal-Italja taqsam il-provinċja ta’ Ascoli Piceno fir-reġjun ta’ Marche f’żewġ provinċji distinti: il-provinċja ta’ Ascoli Piceno u l-provinċja ta’ Fermo. L-intestaturi għall-Italja fil-lista stipulata fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-Portugall ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tar-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) tal-Algarve fil-Portugall mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi.

(6)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja u mill-Portugall, il-provinċji ta’ Asti u Biella fir-reġjun tal-Piemonte fl-Italja u r-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) tal-Algarve fil-Portugall għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni fl-Italja u fil-Portugall, rispettivament, li huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi.

(7)

L-Italja ressqet ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-provinċji kollha fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fl-Italja mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(8)

Il-Latvja ressqet ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tat-territorju kollu tagħha mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(9)

Il-Portugall ressaq ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tar-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) tal-Algarve fil-Portugall mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(10)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, mil-Latvja u mill-Portugall, il-Latvja għandha tiġi ddikjarata bħala Stat Membru li huwa uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi, il-provinċji kollha fir-Reġjun tal-Valle d’Aosta fl-Italja u r-reġjuni amministrattivi kollha fl-unità amministrattiva superjuri (região) tal-Algarve għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni fl-Italja u l-Portugall, rispettivament, li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(11)

L-Italja, il-Polonja u l-Portugall ressqu dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-provinċji ta’ Catania, Enna, Palermo u Ragusa fir-reġjun ta’ Sqallija fl-Italja, ta’ dsatax-il reġjun amministrattiv (powiaty) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodships) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Pomorskie, Warmińsko-Mazurskie u Wielkopolskie fil-Polonja u tar-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (regiões) ta’ Centro u Lisboa e Vale do Tejo u erba’ reġjuni amministrattivi (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) ta’ Norte fil-Portugall mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina.

(12)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, il-Polonja u l-Portugall, il-provinċji ta’ Catania, Enna, Palermo u Ragusa fir-reġjun ta’ Sqallija fl-Italja, id-dsatax-il reġjun amministrattiv (powiaty) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodships) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Pomorskie, Warmińsko-Mazurskie u Wielkopolskie fil-Polonja u r-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (regiões) ta’ Centro u Lisboa e Vale do Tejo u erba’ reġjuni amministrattivi (distritos) fl-unità amministrattiva superjuri (região) ta’ Norte għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni fl-Italja, il-Polonja u l-Portugall, rispettivament, li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina.

(13)

L-Annessi mad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.


ANNESS

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

KAPITOLU 2

Reġjuni ta’ Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi

 

Fl-Italja:

ir-Reġjun tal-Abruzzo: il-Provinċja ta’ Pescara,

il-Provinċja ta’ Bolzano,

ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

ir-Reġjun tal-Lazio: il-Provinċji ta’ Rieti, Viterbo,

ir-Reġjun tal-Lombardia,

ir-Reġjun tal-Marche: il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno, Fermo,

ir-Reġjun tal-Piemonte: il-Provinċji ta’ Asti, Biella, Novara, Verbania, Vercelli,

ir-Reġjun ta’ Sardinja: il-Provinċji ta’ Cagliari, Medio-Campidano, Ogliastra, Olbia-Tempio, Oristano,

ir-Reġjun tat-Toscana,

il-Provinċja ta’ Trento,

ir-Reġjun tal-Veneto.

 

Fil-Portugall:

Região Algarve: id-distritos kollha.

 

Fir-Renju Unit:

il-Gran Brittanja: l-Iskozja.”;

(2)

l-Anness II jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS II

KAPITOLU 1

L-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

FR

Franza

LV

Il-Latvja

LU

Il-Lussemburgu

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja

KAPITOLU 2

Ir-reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi

Fl-Italja:

ir-Reġjun tal-Abruzzo: il-Provinċja ta’ Pescara,

il-Provinċja ta’ Bolzano,

ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

ir-Reġjun tal-Lazio: il-Provinċja ta’ Frosinone, Latina, Rieti, Viterbo,

ir-Reġjun tal-Liguria: il-Provinċji ta’ Imperia, Savona,

ir-Reġjun tal-Lombardia,

ir-Reġjun tal-Marche,

ir-Reġjun tal-Molise: il-Provinċja ta’ Campobasso,

ir-Reġjun tal-Piemonte,

ir-Regjun tal-Puglia: il-Provinċja ta’ Brindisi,

ir-Reġjun ta’ Sardinja,

ir-Reġjun tat-Toscana,

il-Provinċja ta’ Trento,

ir-Reġjun tal-Umbria,

ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

ir-Reġjun tal-Veneto.

Fil-Portugall:

Região Algarve: id-distritos kollha,

Região Autónoma dos Açores: Ilhas de Corvo, Faial, Flores, Graciosa, Pico, Santa Maria.

Fi Spanja:

il-Provinċja ta’ Santa Cruz de Tenerife,

il-Provinċja ta’ Las Palmas.

Fir-Renju Unit:

il-Gran Brittanja: l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales,

l-Isle of Man.”

;

(3)

fl-Anness III, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

KAPITOLU 2

Reġjuni ta’ Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika

 

Fl-Italja:

ir-Reġjun tal-Abruzzo: il-Provinċja ta’ Pescara,

il-Provinċja ta’ Bolzano,

ir-Reġjun tal-Campania: il-Provinċja ta’ Napli,

ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

ir-Reġjun tal-Lazio: il-Provinċji ta’ Frosinone, Rieti, Viterbo,

ir-Reġjun tal-Liguria: il-Provinċji ta’ Imperia, Savona,

ir-Reġjun tal-Lombardia,

ir-Reġjun tal-Marche,

ir-Reġjun tal-Molise,

ir-Reġjun tal-Piemonte,

ir-Regjun tal-Puglia: il-Provinċja ta’ Brindisi,

ir-Reġjun ta’ Sardinja,

ir-Reġjun ta’ Sqallija: il-Provinċji ta’ Agrigento, Caltanissetta, Catania, Enna, Palermo, Ragusa, Siracuża, Trapani,

ir-Reġjun tat-Toscana,

il-Provinċja ta’ Trento,

ir-Reġjun tal-Umbria,

ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

ir-Reġjun tal-Veneto.

 

Fil-Polonja:

Voivodship dolnośląskie

Powiaty:

bolesławiecki, dzierżoniowski, głogowski, górowski, jaworski, jeleniogórski, Jelenia Góra, kamiennogórski, kłodzki, legnicki, Legnica, lubański, lubiński, lwówecki, milicki, oleśnicki, oławski, polkowicki, strzeliński, średzki, świdnicki, trzebnicki, wałbrzyski, Wałbrzych, wołowski, wrocławski, Wrocław, ząbkowicki, zgorzelecki, złotoryjski.

Voivodship lubelskie

Powiaty:

bialski, Biała Podlaska, biłgorajski, chełmski, Chełm, hrubieszowski, janowski, krasnostawski, kraśnicki, lubartowski, lubelski, Lublin, łęczyński, łukowski, opolski, parczewski, puławski, radzyński, rycki, świdnicki, tomaszowski, włodawski, zamojski, Zamość.

Voivodship lubuskie

Powiaty:

gorzowski, Gorzów Wielkopolski, krośnieńsko-odrzański, międzyrzecki, nowosolski, słubicki, strzelecko–drezdenecki, sulęciński, świebodziński, Zielona Góra, zielonogórski, żagański, żarski, wschowski.

Voivodship kujawsko-pomorskie

Powiaty:

aleksandrowski, brodnicki, bydgoski, Bydgoszcz, chełmiński, golubsko-dobrzyński, grudziądzki, inowrocławski, lipnowski, Grudziądz, mogileński, nakielski, radziejowski, rypiński, sępoleński, świecki, toruński, Toruń, tucholski, wąbrzeski, Włocławek, włocławski, żniński.

Voivodship łódzkie

Powiaty:

bełchatowski, brzeziński, kutnowski, łaski, łęczycki, łowicki, łódzki, Łódź, opoczyński, pabianicki, pajęczański, piotrkowski, Piotrków Trybunalski, poddębicki, radomszczański, rawski, sieradzki, skierniewicki, Skierniewice, tomaszowski, wieluński, wieruszowski, zduńskowolski, zgierski.

Voivodship małopolskie

Powiaty:

brzeski, bocheński, chrzanowski, dąbrowski, gorlicki, krakowski, Kraków, limanowski, miechowski, myślenicki, nowosądecki, nowotarski, Nowy Sącz, oświęcimski, olkuski, proszowicki, suski, tarnowski, Tarnów, tatrzański, wadowicki, wielicki.

Voivodship mazowieckie

Powiaty:

białobrzeski, ciechanowski, garwoliński, grójecki, gostyniński, grodziski, kozienicki, legionowski, lipski, łosicki, makowski, miński, mławski, nowodworski, ostrołęcki, Ostrołęka, ostrowski, otwocki, piaseczyński, Płock, płocki, płoński, pruszkowski, przasnyski, przysuski, pułtuski, Radom, radomski, Siedlce, siedlecki, sierpecki, sochaczewski, sokołowski, szydłowiecki, Warszawa, warszawski zachodni, węgrowski, wołomiński, wyszkowski, zwoleński, żuromiński, żyrardowski.

Voivodship opolskie

Powiaty:

brzeski, głubczycki, kędzierzyńsko-kozielski, kluczborski, krapkowicki, namysłowski, nyski, oleski, opolski, Opole, prudnicki, strzelecki.

Voivodship podkarpackie

Powiaty:

bieszczadzki, brzozowski, dębicki, jarosławski, jasielski, kolbuszowski, krośnieński, Krosno, leski, leżajski, lubaczowski, łańcucki, mielecki, niżański, przemyski, Przemyśl, przeworski, ropczycko-sędziszowski, rzeszowski, Rzeszów, sanocki, stalowowolski, strzyżowski, Tarnobrzeg, tarnobrzeski.

Voivodship podlaskie

Powiaty:

augustowski, białostocki, Białystok, bielski, grajewski, hajnowski, kolneński, łomżyński, Łomża, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki, wysokomazowiecki, zambrowski.

Voivodship pomorskie

Powiaty:

Gdańsk, gdański, Gdynia, lęborski, pucki, nowodworski, Sopot, wejherowski.

Voivodship śląskie

Powiaty:

będziński, bielski, Bielsko-Biała, bieruńsko-lędziński, Bytom, Chorzów, cieszyński, częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa Górnicza, gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, kłobucki, lubliniecki, mikołowski, Mysłowice, myszkowski, Piekary Śląskie, pszczyński, raciborski, Ruda Śląska, rybnicki, Rybnik, Siemianowice Śląskie, Sosnowiec, Świętochłowice, tarnogórski, Tychy, wodzisławski, Zabrze, zawierciański, Żory, żywiecki.

Voivodship świętokrzyskie

Powiaty:

buski, jędrzejowski, kazimierski, kielecki, Kielce, konecki, opatowski, ostrowiecki, pińczowski, sandomierski, skarżyski, starachowicki, staszowski, włoszczowski.

Voivodship warmińsko-mazurskie

Powiaty:

bartoszycki, braniewski, działdowski Elbląg, elbląski, ełcki, giżycki, gołdapski, iławski, kętrzyński, lidzbarski, mrągowski, nidzicki, nowomiejski, olecki, olsztyński, ostródzki, Olsztyn, piski, szczycieński, węgorzewski.

Voivodship wielkopolskie

Powiaty:

gostyński, jarociński, kaliski, Kalisz, kępiński, kolski, koniński, Konin, krotoszyński, międzychodzki, nowotomyski, ostrowski, ostrzeszowski, pleszewski, rawicki, słupecki, szamotulski, średzki, śremski, turecki, wolsztyński, wrzesiński, złotowski.

 

Fil-Portugall:

Região Algarve: id-distritos kollha;

Região Alentejo: id-distritos kollha;

Região Centro: id-distritos kollha;

Região Lisboa e Vale do Tejo: id-distritos kollha;

Região Norte: districtos: Braga, Bragança, Viana do Castelo, Vila Real;

Região Autónoma dos Açores.

 

Fir-Renju Unit:

l-Isle of Man.”.