21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 98/213/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kittijiet ta’ diviżjoni interna

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1866)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/201/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/213/KE (2) ssemmi biss prodotti kif definiti fl-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, filwaqt li xi wħud minn dawk il-prodotti jafu jkunu koperti wkoll mill-istandards armonizzati Ewropej.

(2)

Billi l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) qiegħed jiżviluppa bħalissal-istandards armonizzati Ewropej għal xi wħud mill-prodotti msemmija fid-Deċiżjoni 98/213/KE.

(3)

id-Deċiżjoni 98/213/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 98/213/KE hija emendata kif ġej:

1.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità kif stabbilita fl-Anness IV għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati Ewropej.”

2.

Ġie miżjud Anness IV ġdid, it-test ta’ liema Anness huwa stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU L 80, 18.3.1998, p. 41.


ANNESS

“ANNESS IV

FAMILJA TAL-PRODOTT

KITTIJIET TAD-DIVIŻJONI TAL-BORD TAL-ĠIBSUM (1/2)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) hija mitluba li tispeċifika s-sistema ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja fl-istandards armonizzati relevanti Ewropej:

Prodott(i)

Użu/i intenzjonat(i)

Livell(i) jew klassi(jiet)

Attestazzjoni tas-sistema/i ta’ konformità

Kittijiet/sistemi ta’ diviżjoni interna

Għall-użi kollha mhux suġġetti għar-reazzjoni għar-rekwiżiti dwar in-nar

kwalunkwe

3

Sistema 3:

Ara Anness III.2.(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma jkollhiex għalfejn tkun determinata għal ċerta karatteristika, għaliex tal-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal din it-tip ta’ karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ karatteristika bħal din ma għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TAL-PRODOTT

KITTIJIET TAD-DIVIŻJONI TAL-BORD TAL-ĠIBSUM (2/2)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, is-CEN hija mitluba li tispeċifika s-sistema/sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fl-istandards armonizzati relevanti:

Prodott(i)

Użu/i intenzjonat(i)

Livell(i) jew klassi(jiet)

(reazzjoni għan-nar)

Attestazzjoni tas-sistema/i ta’ konformità

Kittijiet/sistemi ta’ diviżjoni interna

użi suġġetti għar-reazzjonji għar-rekwiżiti dwar in-nar

A1 (*), A2 (*), B (*), C (*)

1

A1 (**), A2 (**), B (**), C (**), D, E

3

(A1 sa E) (***), F

4

Sistema 1:

Ara l-Anness III.2.(i) tad-Direttiva 89/106/KEE mingħajr l-ittestjar permezz tal-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3:

Ara l-Anness III.2.(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, It-tieni possibbiltà.

Sistema 4:

Ara l-Anness III.(2).(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE It-tielet possibbiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma jkollhiex għalfejn tkun determinata għal ċerta karatteristika, għaliex tal-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal din it-tip ta’ karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ din it-tip ta’ karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.”


(*)  Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa identifikabbli biċ-ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti ta’ trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku).

(**)  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota f’qiegħ il-paġna (*).

(***)  Prodotti/materjali li mhux neċessarju li jsirilhom test għar-reazzjoni għan-nar (eż. prodotti/materjali tal-klassijiet A1 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE (ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23)).