|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/169/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1). |
|
(2) |
Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (2). |
|
(3) |
Il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK jirriflettu t-tħassib tal-Kunsill dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran, filwaqt li l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK jirriflettu t-tħassib tal-Kunsill rigward id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
|
(4) |
B'konsiderazzjoni tal-objettivi tagħha, il-projbizzjoni dwar il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna ser tkun inkluża fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK. Dik id-Deċiżjoni, għalhekk, ser tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(5) |
Fl-istess ħin, id-Deċiżjoni 2011/235/PESK ma għandhiex tkompli tinkludi l-projbizzjoni dwar il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna u għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(6) |
Barra minn hekk, għandu jiġi speċifikat li r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi japplikaw għal persuni li jaġixxu f'iseml-IRGC jew l-IRSL, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċizjoni 2010/413/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 19(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 20(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON