16.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/152/PESK
tal-15 ta' Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1). |
(2) |
Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (2), b'reazzjoni għat-tħassib serju u dejjem aktar fil-fond tiegħu dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran. |
(3) |
F'dan il-kuntest, l-applikazzjoni ta' miżuri finanzjarji mmirati mill-fornituri ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati għandhom jiġu żviluppati iktar, b’konsistenza mad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:
“12. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu, huwa pprojbit li jiġu fornuti servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li huma użati għall-iskambju ta' data finanzjarja, lill-persuni u l-entitajiet indikati fil-paragrafu 1.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(2) ĠU L 19, 24.1.2012, p. 22.