16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tal-1 ta’ Marzu 2012

li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

(2012/151/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2009, b’Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/879/UE (1), is-Sur Herman VAN ROMPUY ġie elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Mejju 2012.

(2)

B’konformità mat-Trattat, id-detentur tal-mandat ta’ President tal-Kunsill Ewropew jista’ jerġa jiġi ri elett darba,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Herman VAN ROMPUY qiegħed b’dan jerġa’ jiġi ri elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2012 sat-30 ta’ Novembru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Herman VAN ROMPUY mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)   ĠU L 315, 2.12.2009, p. 48.