14.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/150/PESK

tat-13 ta' Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/872/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fit-22 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/872/PESK li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikolu 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(4)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/872/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 54.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

1.

ABOU, Rabah Naami (lista numru 2)

2.

ABOUD, Maisi (lista numru 3)

3.

ARIOUA, Kamel (lista numru 7)

4.

ASLI, Mohamed (lista numru 8)

5.

ASLI, Rabah (lista numru 9)

6.

DARIB, Noureddine (lista numru 11)

7.

DJABALI, Abderrahmane (lista numru 12)

8.

MOKTARI, Fateh (lista numru 16)

9.

NOUARA, Farid (lista numru 17)

10.

RESSOUS, Hoari (lista numru 18)

11.

SEDKAOUI, Noureddine (lista numru 19)

12.

SELMANI, Abdelghani (lista numru 20)

13.

SENOUCI, Sofiane (lista numru 21)

14.

TINGUALI, Mohammed (lista numru 25)