|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/149/PESK
tat-13 ta' Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1). |
|
(2) |
Fis-27 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/706/PESK (2), li estendiet il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK sas-27 ta' Ottubru 2012. |
|
(3) |
Jeħtieġ li l-miżuri dwar tagħmir militari previsti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK jiġu emendati. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK għandha b'dan tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2(1) tad-Deċizjoni 2010/638/PESK, il-punti (d) u (e) huma sostitwiti u jiżdied punt ġdid skont dan li ġej:
|
“(d) |
ritornar ta’ ħelikopteri tat-trasport mhux tal-ġlied, imneżża minn apparat militari, għall-użu tal-awtoritajiet tal-Ginea biss, sakemm il-gvern tar-Repubblika tal-Ginea jkun ta impenn bil-miktub minn qabel li l-użu tagħhom ser jibqa' taħt il-kontroll ċivili u li huma mhux ser ikunu mgħammra b'tagħmir militari; |
|
(e) |
il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti msemmija minn (a) sa (d) jew ma' programmi u operazzjonijiet imsemmija f'(a); |
|
(f) |
il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija minn (a) sa (d) jew ma’ programmi u operazzjonijiet imsemmija f'(a);”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. VESTAGER