8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Frar 2012

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħġieġ

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 865)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/134/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jesiġi li l-Kummissjoni torganizza skambju ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet industrijali bejnha u l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali sabiex jiġi ffaċilitat it-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) kif iddefiniti fl-Artikolu 3(11) ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-iskambju tal-informazzjoni għandu jindirizza l-prestazzjoni tal-installazzjonijiet u t-tekniki f’termini ta’ emissjonijiet, espressi bħala medja fuq perjodi ta’ żmien qosra u twal, fejn xieraq, u l-kundizzjonijiet ta’ referenza assoċjati, il-konsum u n-natura tal-materja prima, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart u t-tekniki użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi tagħhom u l-aqwa tekniki disponibbli u t-tekniki emerġenti identifikati wara li jitqiesu l-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva.

(3)

“Il-konklużjonijiet tal-BAT” kif iddefiniti fl-Artikolu 3(12) tad-Direttiva 2010/75/UE huma l-element ewlieni tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u jistipulaw il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni biex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta’ konsum assoċjati u, fejn xieraq, il-miżuri rilevanti ta’ rimedju tas-sit.

(4)

Skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom ikunu r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti bil-Kapitolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

(5)

L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2010/75/UE jesiġi li l-awtorità kompetenti għandha tiffissa valuri tal-limiti tal-emissjonijiet li jiżguraw li, taħt kundizzjonijiet ta’ operat normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stipulat fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/75/UE.

(6)

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprovdi għal derogi mir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 15(3) biss meta l-ispejjeż assoċjati mal-ilħiq tal-livelli tal-emissjonijiet ikunu ogħla mill-benefiċċji ambjentali b’mod sproporzjonat minħabba l-post ġeografiku, il-kundizzjonijiet ambjentali lokali jew il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata.

(7)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprovdi li r-rekwiżiti tal-monitoraġġ fil-permess imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva għandhom ikunu bbażati fuq il-konklużjonijiet dwar il-monitoraġġ kif deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT.

(8)

Skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, fi żmien erba’ snin mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT, l-awtorità kompetenti għandha terġa’ tikkunsidra u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-kundizzjonijiet kollha tal-permessi u għandha tiżgura li l-installazzjoni tkun konformi ma’ dawk il-kundizzjonijiet tal-permessi.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (2) stabbilixxiet forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni kisbet l-opinjoni (3) ta’ dak il-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ fit-13 ta’ Settembru 2011 u għamlitu disponibbli pubblikament.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)   ĠU L 146, 17.5.2011, p. 3.

(3)  http://circa.europa.eu/Public/irc/env/ied/library?l=/ied_art_13_forum/opinions_article


ANNESS

KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-MANIFATTURA TAL-ĦĠIEĠ

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI 6
DEFINIZZJONIJIET 6
KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI 6
Il-perjodi tal-kalkolu tal-medja u l-kundizzjonijiet ta’ referenza għall-emissjonijiet fl-arja 6
Konverżjoni għall-konċentrazzjoni ta’ ossiġenu ta’ referenza 7
Konverżjoni minn konċentrazzjonijiet għal emissjonijiet ta’ massa speċifika 8
Definizzjonijiet għal ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja 9
Il-perjodi tal-kalkolu tal-medja għar-rimi tad-drenaġġ 9

1.1.

Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ 9

1.1.1.

Sistemi ta’ mmaniġġjar ambjentali 9

1.1.2.

Effiċjenza enerġetika 10

1.1.3.

Ħżin u mmaniġġjar tal-materjali 11

1.1.4.

Tekniki primarji ġenerali 12

1.1.5.

Emissjonijiet tal-ilma minn proċessi ta’ manifattura tal-ħġieġ 14

1.1.6.

Skart mill-proċessi ta’ manifattura tal-ħġieġ 16

1.1.7.

Storbju mill-proċessi tal-manifattura tal-ħġieġ 17

1.2.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ tal-kontenituri 17

1.2.1.

Emissjonijiet ta’ trab mill-fran tat-tidwib 17

1.2.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib 17

1.2.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib 20

1.2.4.

Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib 20

1.2.5.

Metalli mill-fran tat-tidwib 21

1.2.6.

Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant 21

1.3.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ ċatt 23

1.3.1.

Emissjonijiet ta’ trab mill-fran tat-tidwib 23

1.3.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib 23

1.3.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib 25

1.3.4.

Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib 26

1.3.5.

Metalli mill-fran tat-tidwib 26

1.3.6.

Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant 27

1.4.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura ta’ fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu 28

1.4.1.

Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib 28

1.4.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib 29

1.4.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib 29

1.4.4.

Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib 30

1.4.5.

Metalli mill-fran tat-tidwib 31

1.4.6.

Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant 31

1.5.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ domestiku 32

1.5.1.

Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib 32

1.5.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib 33

1.5.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib 35

1.5.4.

Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib 35

1.5.5.

Metalli mill-fran tat-tidwib 36

1.5.6.

Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant 38

1.6.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura ta’ ħġieġ speċjali 39

1.6.1.

Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib 39

1.6.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib 39

1.6.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib 42

1.6.4.

Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib 42

1.6.5.

Metalli mill-fran tat-tidwib 43

1.6.6.

Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant 43

1.7.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tas-suf minerali 44

1.7.1.

Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib 44

1.7.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib 45

1.7.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib 46

1.7.4.

Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib 47

1.7.5.

Sulfid tal-idroġenu (H2S) mill-fran tat-tidwib tas-suf tal-ħġieġ 48

1.7.6.

Metalli mill-fran tat-tidwib 48

1.7.7.

Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant 49

1.8.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura ta’ suf ta’ iżolament ta’ temperatura għolja (HTIW) 50

1.8.1.

Emissjonijiet ta’ trab minn proċessi ta’ tidwib u lil hinn mill-impjant 50

1.8.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) minn proċessi ta’ tidwib u lil hinn mill-impjant 51

1.8.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) minn proċessi tat-tidwib u downstream 52

1.8.4.

Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib 52

1.8.5.

Metalli mill-fran tat-tidwib u proċessi lil hinn mill-impjant 53

1.8.6.

Komposti organiċi volatili minn proċessi lil hinn mill-impjant 53

1.9.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-frits 54

1.9.1.

Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib 54

1.9.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib 54

1.9.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib 55

1.9.4.

Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib 56

1.9.5.

Metalli mill-fran tat-tidwib 56

1.9.6.

Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant 57
Glossarju: 58

1.10.

Deskrizzjoni tat-tekniki 58

1.10.1.

Emissjonijiet tat-trab 58

1.10.2.

Emissjonijiet ta’ NOX 58

1.10.3.

Emissjonijiet ta’ SOX 60

1.10.4.

Emissjonijiet ta’ HCl, HF 60

1.10.5.

Emissjonijiet ta’ metalli 60

1.10.6.

Emissjonijiet gassużi kkombinati (eż. SOX, HCl, HF, komposti tal-boron) 61

1.10.7.

Emissjonijiet ikkombinati (solidi + gassużi) 61

1.10.8.

Emissjonijiet minn operazzjonijiet ta’ qtugħ, tħin u llostrar 61

1.10.9.

Emissjonijiet ta’ H2S, VOC 62

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirrigwardaw l-attivitajiet industrijali speċifikati fl-Anness I għad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri:

3.3.

Manifattura tal-ħġieg inkluża fibra tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ tidwib li taqbeż l-20 tunnellata metrika kuljum;

3.4.

Tidwib ta’ sustanzi minerali inkluża l-produzzjoni ta’ fibra minerali b’kapaċità ta’ tidwib li taqbeż l-20 tunnellata metrika kuljum.

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx l-attivitajiet li ġejjin:

Il-produzzjoni tal-ħġieġ solubbli (water glass), koperta bid-dokument ta’ referenza Sustanzi Kimiċi Inorganiċi Prodotti fi Kwantitajiet Kbar – Industrija ta’ Sustanzi solidi u oħrajn (LVIC-S)

Il-produzzjoni ta’ suf polikristallin

Il-produzzjoni tal-mirja, koperta bid-dokument ta’ referenza Trattament ta’ Superfiċje bl-Użu ta’ Solventi Organiċi (STS)

Dokumenti ta’ referenza oħra li huma ta’ rilevanza għall-attivitajiet koperti b’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

Dokumenti ta’ referenza

Attività

Emissjonijiet mill-Ħżin (EFS)

Ħżin u mmaniġġjar ta’ materja prima

Effiċjenza Enerġetika (ENE)

Effiċjenza enerġetika ġenerali

Effetti Ekonomiċi u Transmedjali (ECM)

Effetti ekonomiċi u transmedjali tat-tekniki

Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ (MON)

Monitoraġġ tal-emissjonijiet u tal-konsum

It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw tal-anqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ambjentali.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Terminu użat

Definizzjoni

Impjant ġdid

Impjant introdott fis-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta’ impjant fuq is-sisien eżistenti tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT

Impjant eżistenti

Impjant li ma jkunx impjant ġdid

Forn ġdid

Forn introdott fis-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew il-bini ta’ forn kompletament mill-ġdid wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT

Bini mill-ġdid normali ta’ forn

Bini mill-ġdid bejn kampanja u oħra mingħajr tibdil sinifikanti fir-rekwiżiti jew it-teknoloġija tal-forn u li fih il-qafas tal-forn ma jiġix aġġustat b’mod sinifikanti u l-qisien tal-forn jibqgħu bażikament l-istess. Ir-refrattorju tal-forn u, fejn ikun xieraq, ir-riġeneraturi jiġu msewwija bis-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali tal-materjal.

Bini ta’ forn kompletament mill-ġdid

Bini mill-ġdid li jinvolvi bidla maġġuri fir-rekwiżiti jew fit-teknoloġija tal-forn u b’aġġustament jew sostituzzjoni maġġuri tal-forn u t-tagħmir assoċjat.

KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

Il-perjodi tal-kalkolu tal-medja u l-kundizzjonijiet ta’ referenza għall-emissjonijiet fl-arja

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw fil-kundizzjonijiet ta’ referenza murija fit-Tabella 1. Il-valuri kollha għall-konċentrazzjonijiet fil-gassijiet ta’ skart jirreferu għal kundizzjonijiet standard: gass niexef, temperatura 273,15 K, pressjoni 101,3 kPa.

Għal kejl mhux kontinwu

Il-BAT-AELs jirreferu għall-valur medju ta’ tliet kampjuni fil-post ta’ mill-anqas 30 minuta l-wieħed; għall-fran riġenerattivi, il-perjodu ta’ kejl għandu jkopri minimu ta’ żewġ ċikli ta’ inverżjoni tal-kompartimenti tar-riġenerazzjoni

Għal kejl kontinwu

Il-BAT-AELs jirreferu għall-valuri medji ta’ kuljum


Tabella 1

Kundizzjonijiet ta’ referenza għall-BAT-AELs fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja

Attivitajiet

Unità

Kundizzjonijiet ta’ referenza

Attivitajiet ta’ tidwib

Forn tat-tidwib konvenzjonali f’kompartimenti ta’ fużjoni kontinwa

mg/Nm3

8 % ossiġenu skont il-volum

Forn tat-tidwib konvenzjonali f’kompartimenti ta’ fużjoni mhux kontinwa

mg/Nm3

13 % ossiġenu skont il-volum

Fran li jaħdmu bl-ossiġenu u l-karburanti

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb

L-espressjoni tal-livelli ta’ emissjonijiet imkejla bħala mg/Nm3 għal konċentrazzjoni ta’ ossiġenu ta’ referenza mhijiex applikabbli

Fran elettriċi

mg/Nm3

jew

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb

L-espressjoni tal-livelli ta’ emissjonijiet imkejla bħala mg/Nm3 għal konċentrazzjoni ta’ ossiġenu ta’ referenza mhijiex applikabbli

Fran li jdewbu l-frit

mg/Nm3

jew

kg/tunnellata ta’ frit

Il-konċentrazzjonijiet jirreferu għal 15 % ossiġenu bil-volum.

Meta tintuża kombustjoni bl-arja u l-gass, japplikaw BAT AELs espressi bħala konċentrazzjoni ta’ emissjonijiet (mg/Nm3).

Meta tintuża biss kombustjoni permezz ta’ ossiġenu u karburant, japplikaw BAT AELs espressi bħala emissjonijiet ta’ massa speċifika (kg/tunnellata ta’ frit).

Meta tintuża kombustjoni b’arja u karburant arrikkiti bl-ossiġenu, japplikaw BAT AELs espressi jew bħala konċentrazzjoni ta’ emissjonijiet (mg/Nm3) jew bħala emissjonijiet ta’ massa speċifika (kg/tunnellata ta’ frit)

It-tipi kollha ta’ fran

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb

L-emissjonijiet ta’ massa speċifika jirreferu għal tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb

Attivitajiet li ma jinvolvux tidwib inklużi proċessi lil hinn mill-impjant

Il-proċessi kollha

mg/Nm3

L-ebda korrezzjoni għall-ossiġenu

Il-proċessi kollha

kg/tunnellata ta’ ħġieġ

L-emissjonijiet ta’ massa speċifika jirreferu għal tunnellata ta’ ħġieġ prodott

Konverżjoni għall-konċentrazzjoni ta’ ossiġenu ta’ referenza

Il-formula sabiex tiġi kkalkulata l-konċentrazzjoni ta’ emissjonijiet fil-livell ta’ ossiġenu ta’ referenza (ara t-Tabella 1) hija murija hawn taħt.

Formula

Fejn:

ER (mg/Nm3)

:

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet korretta għal-livell ta’ ossiġenu ta’ referenza OR

OR (vol %)

:

il-livell ta’ ossiġenu ta’ referenza

EM (mg/Nm3)

:

il-konċentrazzjoni ta’ emissjonijiet riferuta għal-livell imkejjel ta’ ossiġenu OM

OM (vol %)

:

livell imkejjel ta’ ossiġenu.

Konverżjoni minn konċentrazzjonijiet għal emissjonijiet ta’ massa speċifika

Il-BAT-AELs mogħtija fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.9 bħala emissjonijiet ta’ massa speċifika (kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb) huma bbażati fuq il-kalkolu rrappurtat hawn isfel ħlief għall-fran li jaħdmu bl-ossiġenu u l-karburant u, f’għadd limitat ta’ każijiet, għat-tidwib bl-elettriku fejn il-BAT-AELs mogħtija f’kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb kienu dderivati minn dejta speċifika rrappurtata.

Il-proċedura ta’ kalkolu użata għall-konverżjoni minn konċentrazzjonijiet għal emissjonijiet ta’ massa speċifika hija murija hawn taħt.

Emissjoni ta’ massa speċifika (kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb) = fattur ta’ konverżjoni × konċentrazzjoni ta’ emissjonijiet (mg/Nm3)

fejn: fattur ta’ konverżjoni = (Q/P) × 10–6

bi

Q

=

il-volum tal-gass ta’ skart f’Nm3/siegħa

P

=

ir-rata ta’ ġbid f’tunnellati ta’ ħġieġ imdewweb/siegħa.

Il-volum tal-gass ta’ skart (Q) huwa ddeterminat mill-konsum speċifiku tal-enerġija, it-tip ta’ karburant, u l-ossidant (arja, arja arrikkita bl-ossiġenu u ossiġenu b’purità skont il-proċess tal-produzzjoni). Il-konsum tal-enerġija huwa funzjoni kumplessa (primarjament) tat-tip ta’ forn, tat-tip ta’ ħġieġ u tal-perċentwal ta’ ħġieġ miksur (cullet).

Madankollu, firxa ta’ fatturi jistgħu jinfluwenzaw ir-relazzjoni bejn il-konċentrazzjoni u l-fluss ta’ massa speċifika, fosthom:

it-tip ta’ forn (temperatura tat-tisħin minn qabel tal-arja, teknika tat-tidwib)

it-tip ta’ ħġieġ prodott (ħtieġa tal-enerġija għat-tidwib)

it-taħlita tal-enerġija (karburant fossili/tisħiħ elettriku)

it-tip ta’ karburant fossili (żejt, gass)

it-tip ta’ ossidant (ossiġenu, arja, arja arrikkita bl-ossiġenu)

il-perċentwal ta’ ħġieġ miksur

il-kompożizzjoni tal-lott

l-età tal-forn

id-daqs tal-forn.

Il-fatturi ta’ konverżjoni mogħtija fit-Tabella 2 intużaw għall-konverżjoni tal-BAT-AELs minn konċentrazzjonijiet għal emissjonijiet ta’ massa speċifika.

Il-fatturi ta’ konverżjoni ġew iddeterminati abbażi ta’ fran enerġetikament effiċjenti u jirrigwardaw biss fran li jaħdmu bl-arja/karburant.

Tabella 2

Fatturi indikattivi użati għall-konverżjoni ta’ mg/Nm3 f’kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb ibbażati fuq fran li jaħdmu b’karburant u arja enerġetikament effiċjenti

Setturi

Fatturi għall-konverżjoni ta’ mg/Nm3 f’kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb

Ħġieġ ċatt

2,5 × 10–3

Ħġieġ tal-kontenituri

Każ ġenerali

1,5 × 10–3

Każijiet speċifiċi (1)

Studju każ b’każ

(ħafna drabi 3,0 × 10–3)

Fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

4,5 × 10–3

Ħġieġ domestiku

Ġir tas-soda

2,5 × 10–3

Każijiet speċifiċi (2)

Studju każ b’każ

(bejn 2,5 u > 10 × 10–3; (ħafna drabi 3,0 × 10–3)

Suf minerali

Glass wool

2 × 10–3

Cupola għall-fużjoni tas-suf tal-ġebel

2,5 × 10–3

Ħġieġ speċjali

Ħġieġ tat-TV (panels)

3 × 10–3

Ħġieġ tat-TV (funnel)

2,5 × 10–3

Borosilikat (tubu)

4 × 10–3

Ċeramika tal-ħġieġ

6,5 × 10–3

Ħġieġ tal-illuminazzjoni (ġir tas-soda)

2,5 × 10–3

Frits

Studju każ b’każ

(bejn 5 – 7,5 × 10–3)

DEFINIZZJONIJIET GĦAL ĊERTI SUSTANZI LI JNIĠĠSU L-ARJA

Għall-fini ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT u għall-BAT-AELs irrappurtati fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.9, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

NOX espressi bħala NO2

Is-somma tal-ossidu tan-nitroġenu (NO) u tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) espressa bħala NO2

SOX espress bħala SO2

Is-somma tad-diossidu tal-kubrit (SO2) u tat-triossidu tal-kubrit (SO3) espressa bħala SO2

Klorur tal-idroġenu espress bħala HCl

Il-kloruri gassużi kollha espressi bħala HCl

Fluworur tal-idroġenu espress bħala HF

Il-fluworuri gassużi kollha espressi bħala HF

IL-PERJODI TAL-KALKOLU TAL-MEDJA GĦAR-RIMI TAD-DRENAĠĠ

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta’ drenaġġ mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-valur medju ta’ kampjun kompost meħud fuq perjodu ta’ sagħtejn jew 24 siegħa.

1.1.   Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha.

Il-BAT speċifika għall-proċess inkluża fit-Taqsimiet 1.2 – 1.9 tapplika flimkien mal-BAT ġenerali msemmija f’din it-taqsima.

1.1.1.   Sistemi ta’ mmaniġġjar ambjentali

1.   L-aqwa teknika disponibbli (BAT) hija l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin u l-adeżjoni ma’ din is-sistema:

i.

l-impenn tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri;

ii.

id-definizzjoni ta’ politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-installazzjoni mill-maniġment;

iii.

l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-għanijiet u l-miri neċessarji, flimkien ma’ ppjanar u investiment finanzjarju;

iv.

l-implimentazzjoni tal-proċeduri billi tingħata attenzjoni partikolari lil:

(a)

l-istruttura u r-responsabbiltà

(b)

it-taħriġ, l-għarfien u l-kompetenza

(ċ)

il-komunikazzjoni

(d)

l-involviment tal-impjegati

(e)

id-dokumentazzjoni

(f)

il-kontroll effiċjenti tal-proċessi

(g)

il-programmi ta’ manutenzjoni

(h)

l-istat ta’ preparazzjoni u r-rispons għall-emerġenzi

(i)

is-salvagwardja tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali.

v.

l-iċċekkjar tal-prestazzjoni u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva, billi tingħata attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll id-dokument ta’ referenza dwar il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ)

(b)

l-azzjoni korrettiva u preventiva

(ċ)

iż-żamma tar-reġistri

(d)

awditjar indipendenti (fejn prattikabbli) intern jew estern sabiex jiġi ddeterminat jekk l-EMS tikkonformax mal-arranġamenti ppjanati u ġietx implimentata u miżmuma sewwa;

vi.

analiżi tal-EMS u l-adattabilità, l-adegwatezza u l-effikaċja kontinwa tagħha mill-maniġment superjuri;

vii.

jiġi segwit l-iżvilupp ta’ teknoloġiji aktar nodfa;

viii.

konsiderazzjoni għall-impatti ambjentali mid-dekummissjonar eventwali tal-installazzjoni fl-istadju tat-tfassil ta’ impjant ġdid, u matul il-ħajja operattiva kollha tiegħu;

ix.

l-applikazzjoni ta’ parametri referenzjarji settorjali fuq bażi regolari.

Applikabilità

L-ambitu (eż. il-livell ta’ dettalji) u n-natura tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista’ jkollha.

1.1.2.   Effiċjenza enerġetika

2.   L-aqwa teknika disponibbli (BAT) hija li l-konsum speċifiku tal-enerġija jitnaqqas billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika

Applikabilità

i.

Ottimizzazzjoni tal-proċess, permezz tal-kontroll tal-parametri tat-tħaddim

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Manutenzjoni regolari tal-forn tat-tidwib

iii.

Ottimizzazzjoni tad-disinn tal-forn u l-għażla tat-teknika tat-tidwib

Applikabbli għal impjanti ġodda.

Għal impjanti eżistenti, l-implimentazzjoni teħtieġ bini tal-forn kompletament mill-ġdid

iv.

Applikazzjoni ta’ tekniki għall-kontroll tal-kombustjoni

Applikabbli għal fran li jaħdmu b’karburant/arja u fran li jaħdmu b’ossiġenu u karburant

v.

Użu ta’ livelli akbar ta’ ħġieġ miksur, fejn disponibbli u ekonomikament u teknikament vijabbli

Mhux applikabbli għas-setturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, tas-suf ta’ iżolament ta’ temperatura għolja u tal-frits

vi.

Użu ta’ bojler tas-sħana ta’ skart għall-irkupru tal-enerġija, fejn teknikament u ekonomikament vijabbli

Applikabbli għal fran li jaħdmu b’karburant/arja u fran li jaħdmu b’ossiġenu u karburant.

L-applikabilità u l-vijabilità ekonomika tat-teknika hija ddettata mill-effiċjenza globali li tista’ tinkiseb, inkluż l-użu effettiv tal-fwar iġġenerat

vii.

Użu tat-tisħin minn qabel tal-lott u tal-iskart tal-ħġieġ miksur, fejn teknikament u ekonomikament vijabbli

Applikabbli għal fran li jaħdmu b’karburant/arja u fran li jaħdmu b’ossiġenu u karburant.

L-applikabilità normalment hija ristretta għal kompożizzjonijiet ta’ lottijiet b’iżjed minn 50 % ħġieġ miksur

1.1.3.   Ħżin u mmaniġġjar tal-materjali

3.   L-aqwa teknika disponibbli (BAT) hija li l-emissjonijiet diffużi tat-trab mill-ħżin u l-immaniġġjar ta’ materjali solidi jiġu pprevenuti, jew fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

Ħżin tal-materja prima

i.

Materjali tat-trab jinħażnu ġo silos magħluqa li jkunu mgħammra b’sistema li tnaqqas it-trab eż. filtru tat-tessuti)

ii.

Materjali fini jinħażnu f’kontenituri magħluqa jew boroż issiġillati

iii.

Stokkijiet ta’ materjali f’forma ta’ granuli jinħażnu taħt għatu

iv.

Użu ta’ vetturi għat-tindif tat-toroq u tekniki ta’ tniddija bl-ilma

II.

Immaniġġjar tal-materja prima

Teknika

Applikabilità

i.

Għal materjali li jinġarru ‘l fuq mill-art, għandhom jintużaw trasportaturi magħluqa sabiex jiġi evitat it-telf ta’ materjal

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Fejn jintuża trasport pnewmatiku, għandha tiġi applikata sistema ssiġillata mgħammra b’filtru sabiex titnaddaf l-arja tat-trasport qabel ir-rilaxx

iii.

Tniddija tal-lott

L-użu ta’ din it-teknika huwa limitat mill-konsegwenzi negattivi fuq l-effiċjenza enerġetika tal-forn. Jistgħu japplikaw restrizzjonijiet għal xi formulazzjonijiet tal-lott, b’mod partikolari għall-produzzjoni ta’ ħġieġ tal-borosilikat

iv.

Applikazzjoni ta’ pressjoni daqsxejn negattiva fil-forn

Applikabbli biss bħala aspett inerenti tal-operazzjoni (jiġifieri fran tat-tidwib għall-produzzjoni ta’ frits) minħabba impatt detrimentali fuq l-effiċjenza enerġetika tal-forn

v.

Użu ta’ materja prima li ma tikkawżax fenomeni ta’ tfaqqigħ (prinċipalment id-dolomit u l-ġebla tal-ġir). Dawn il-fenomeni jikkonsistu minn minerali li “jfaqqgħu” meta jkunu esposti għas-sħana, b’żieda konsegwenti potenzjali fl-emissjonijiet tat-trab

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà tal-materja prima

vi.

Użu ta’ estrazzjoni li tivventja f’sistema ta’ filtri fi proċessi fejn ikun probabbli li jiġi ġġenerat it-trab (eż. ftuħ ta’ boroż, taħlit ta’ lottijiet ta’ frits, rimi ta’ filtru tat-trab tat-tessut, apparat li jdewweb bil-wiċċ kiesaħ)

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

vii.

Użu ta’ screw feeders magħluqa

viii.

Għeluq tat-toqob tal-alimentazzjoni

Applikabbli b’mod ġenerali. Jista’ jkun meħtieġ tkessiħ sabiex tiġi evitata ħsara fit-tagħmir

4.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet diffużi ta’ gass mill-ħżin u l-immaniġġjar ta’ materja prima volatili jiġu pprevenuti, jew fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

i.

Użu ta’ żebgħa tat-tankijiet b’assorbenza solari baxxa għall-ħżin ta’ massa soġġetta għal tibdil fit-temperatura minħabba t-tisħin solari.

ii.

Kontroll tat-temperatura fil-ħżin ta’ materja prima volatili.

iii.

Iżolament tat-tank fil-ħżin ta’ materja prima volatili.

iv.

Ġestjoni tal-inventarju.

v.

Użu ta’ tankijiet ta’ fuq il-bejt mhux fissi fil-ħżin ta’ kwantitajiet kbar ta’ prodotti volatili tal-petroleum.

vi.

Użu ta’ sistemi ta’ trasferiment tar-ritorn tal-fwar fit-trasferiment ta’ likwidi volatili (eż. mit-trakkijiet bit-tankijiet għat-tankijiet tal-ħżin).

vii.

Użu ta’ tankijiet ta’ fuq il-bejt tat-tip bi bladder fil-ħżin ta’ materja prima likwida.

viii.

Użu ta’ valvi tal-pressjoni/vakwu f’tankijiet imfassla biex jifilħu għal varjazzjonijiet fil-pressjoni.

ix.

Applikazzjoni ta’ trattament ta’ rilaxx (eż. adsorbiment, assorbiment, kondensazzjoni) fil-ħżin ta’ materjali perikolużi.

x.

Applikazzjoni ta’ mili tas-sottosuperfiċje fil-ħżin ta’ likwidi li għandhom tendenza li jagħmlu r-ragħwa.

1.1.4.   Tekniki primarji ġenerali

5.   Il-BAT hija li l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet fl-arja jitnaqqsu billi jitwettaq monitoraġġ kostanti tal-parametri operattivi u manutenzjoni programmata tal-forn tat-tidwib.

Teknika

Applikabilità

It-teknika tikkonsisti minn sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ monitoraġġ u manutenzjoni li jistgħu jintużaw individwalment jew f’kombinazzjoni xierqa għat-tip ta’ forn, bil-għan li jitnaqqsu l-effetti tat-tixjiħ fuq il-forn, bħall-issiġillar tal-forn u l-blokok tal-berners, tinżamm l-insulazzjoni massima, jiġu kkontrollati l-kundizzjonijiet ta’ fjamma stabbilizzata, jiġi kkontrollat il-proporzjon ta’ karburant/arja, eċċ.

Applikabbli għal fran riġenerattivi, rekuperattivi, u li jaħdmu b’ossiġenu u karburant.

L-applikabilità għal tipi oħra ta’ fran teħtieġ valutazzjoni speċifika għall-installazzjoni

6.   Il-BAT hija li titwettaq għażla u kontroll bir-reqqa tas-sustanzi u l-materja prima kollha li jidħlu fil-forn tat-tidwib sabiex jitnaqqsu jew jiġu prevenuti l-emissjonijiet fl-arja billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin.

Teknika

Applikabilità

(a)

Użu ta’ materja prima u ħġieġ miksur estern b’livelli baxxi ta’ impuritajiet (eż. metalli, kloruri, fluworuri)

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet tat-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima u l-karburanti

(b)

Użu ta’ materja prima alternattiva (eż. inqas volatili)

(ċ)

Użu ta’ karburanti b’livelli baxxi ta’ impuritajiet tal-metall

7.   Il-BAT hija li jitwettaq monitoraġġ tal-emissjonijiet u/jew tal-parametri ta’ proċessi oħra rilevanti fuq bażi regolari, inklużi dawn li ġejjin:

Teknika

Applikabilità

i.

Monitoraġġ kontinwu tal-parametri ta’ proċessi kritiċi sabiex tiġi żgurata l-istabilità tal-proċessi, eż. it-temperatura, il-forniment tal-karburant u l-fluss tal-arja

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Monitoraġġ regolari tal-parametri tal-proċessi biex jiġi evitat/jitnaqqas it-tniġġis, eż. il-kontenut ta’ O2 tal-gassijiet ta’ kombustjoni biex jiġi kkontrollat il-proporzjon tal-karburant/arja

iii.

Kejl kontinwu tal-emissjonijiet tat-trab, ta’ NOX u ta’ SO2 jew kejl mhux kontinwu mill-anqas darbtejn fis-sena, assoċjat mal-kontroll tal-parametri sabiex jiġi żgurat li s-sistema tat-trattament tkun qiegħda taħdem sewwa bejn kejl u ieħor

iv.

Kejl kontinwu jew kejl perjodiku regolari tal-emissjonijiet ta’ NH3, meta jiġu applikati tekniki ta’ riduzzjoni katalitika selettiva (RKS) jew ta’ riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

v.

Kejl kontinwu jew kejl perjodiku regolari tal-emissjonijiet ta’ CO meta jiġu applikati tekniki primarji jew tekniki ta’ riduzzjoni kimika skont il-karburant għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ NOX jew meta tista’ sseħħ kombustjoni parzjali.

vi.

Kejl perjodiku regolari tal-emissjonijiet tal-HCl, HF, CO u metalli, b’mod partikolari meta tintuża materja prima li jkun fiha dawn is-sustanzi jew meta tista’ sseħħ kombustjoni parzjali

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

vii.

Monitoraġġ kontinwu ta’ parametri sostituti sabiex jiġi żgurat li s-sistema għat-trattament tal-gass ta’ skart tkun qiegħda taħdem sewwa u li l-livelli tal-emissjonijiet jinżammu bejn kejl mhux kontinwu u ieħor. Il-monitoraġġ tal-parametri sostituti jinkludi: l-alimentazzjoni tar-reaġent, it-temperatura, l-alimentazzjoni tal-ilma, il-vultaġġ, it-tneħħija tat-trab, il-veloċità tal-fann, eċċ.

8.   Il-BAT hija li s-sistemi tat-trattament tal-gass ta’ skart waqt kundizzjonijiet ta’ ħidma normali f’kapaċità u disponibbiltà ottimali jitħaddmu bil-għan li l-emissjonijiet jiġu pprevenuti jew imnaqqsa

Applikabilità

Jistgħu jiġu ddefiniti proċeduri speċjali għal kundizzjonijiet ta’ ħidma speċifiċi, b’mod partikolari:

i.

waqt operazzjonijiet ta’ xegħil u tifi

ii.

waqt operazzjonijiet speċjali oħra li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tas-sistemi (eż. xogħol ta’ manutenzjoni regolari u straordinarju u operazzjonijiet ta’ tindif tal-forn u/jew tas-sistema ta’ trattament tal-gass ta’ skart, jew bidla sinifikanti fil-produzzjoni)

iii.

fil-każ ta’ fluss insuffiċjenti ta’ gass ta’ skart jew temperatura li tipprevjeni l-użu tas-sistema b’kapaċità sħiħa.

9.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) mill-forn tat-tidwib jiġu llimitati, meta jiġu applikati tekniki primarji jew riduzzjoni kimika bil-karburant, għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ NOX

Teknika

Applikabilità

It-tekniki primarji għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ NOX huma bbażati fuq modifiki fil-kombustjoni (eż. tnaqqis tal-proporzjon ta’ arja/karburant, berners b’kombustjoni kkontrollata b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ NOX, eċċ.). Ir-riduzzjoni kimika bil-karburant tikkonsisti miż-żieda ta’ karburant tal-idrokarburi mal-fluss tal-gass ta’ skart sabiex jitnaqqas in-NOX iffurmat fil-forn.

Iż-żieda fl-emissjonijiet ta’ CO minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn it-tekniki tista’ tiġi limitata b’kontroll bir-reqqa tal-parametri operattivi

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.


Tabella 3

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju mill-fran tat-tidwib

Parametru

BAT-AEL

Monossidu tal-karbonju, espress bħala CO

< 100 mg/Nm3

10.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-ammonja (NH3) jiġu llimitati, meta jiġu applikati tekniki ta’ riduzzjoni katalitika selettiva (RKS) jew tekniki ta’ riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS) għal tnaqqis b’effiċjenza għolja fl-emissjonijiet ta’ NOX

Teknika

Applikabilità

It-teknika tikkonsisti fl-adozzjoni u ż-żamma ta’ kundizzjonijiet operattivi xierqa tas-sistemi ta’ trattament tal-gass ta’ skart RKS jew RMKS, bil-għan li jiġu limitati l-emissjonijiet ta’ ammonja li ma jkunx irreaġixxa

Applikabbli għal fran tat-tidwib mgħammra b’RKS jew RMKS


Tabella 4

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-ammonja, meta jiġu applikati tekniki ta’ RKS jew RMKS

Parametru

BAT-AELs (3)

Ammonja, espressa bħala NH3

< 5 – 30 mg/Nm3

11.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-boron mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu, meta jintużaw komposti tal-boron fil-formulazzjoni tal-lott, billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (4)

Applikabilità

i.

Tħaddim ta’ sistema ta’ filtrazzjoni f’temperatura xierqa sabiex tiżdied is-separazzjoni tal-komposti tal-boron fl-istat solidu, filwaqt li jitqies li xi speċijiet tal-aċidu boriku jistgħu jkunu preżenti fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija bħala komposti gassużi f’temperaturi taħt 200 °C, iżda anki f’temperaturi baxxi ta’ 60 °C

L-applikabilità għall-impjanti eżistenti tista’ tkun limitata minn restrizzjonijiet tekniċi assoċjati mal-pożizzjoni u l-karatteristiċi tas-sistema tal-filtri eżistenti

ii.

Użu ta’ tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

L-applikabilità tista’ tkun limitata minn tnaqqis fl-effiċjenza tat-tneħħija ta’ sustanzi li jniġġsu gassużi oħra (SOX, HCl, HF) ikkawżat mid-depożitu ta’ komposti tal-boron fuq il-wiċċ tar-reaġent alkalin niexef

iii.

Użu ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

L-applikabilità għall-impjanti eżistenti tista’ tkun limitata mill-ħtieġa ta’ trattament speċifiku tad-drenaġġ

Monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-boron għandu jitwettaq skont metodoloġija speċifika li tippermetti kejl kemm tal-forom solidi kif ukoll tal-forom gassużi u li tiddetermina t-tneħħija effettiva ta’ dawn l-ispeċijiet mill-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

1.1.5.   Emissjonijiet tal-ilma minn proċessi ta’ manifattura tal-ħġieġ

12.   Il-BAT hija li l-konsum tal-ilma jitnaqqas billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika

Applikabilità

i.

Tnaqqis tat-tixrid u t-tnixxijiet

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Użu mill-ġdid tal-ilma tat-tkessiħ u tat-tindif wara li jitneħħa

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Iċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma tat-tisfija mill-impuritajiet hija applikabbli għall-biċċa l-kbira tas-sistemi tat-tisfija mill-impuritajiet; madankollu, jista’ jkun meħtieġ rimi perjodiku u bdil tal-mezz tat-tisfija mill-impuritajiet

iii.

Tħaddim ta’ sistema tal-ilma b’ċirkwit kważi magħluq safejn teknikament u ekonomikament fattibbli

L-applikabilità ta’ din it-teknika tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mal-ġestjoni tas-sikurezza tal-proċess tal-produzzjoni. B’mod partikolari:

jista’ jintuża tkessiħ b’ċirkwit miftuħ meta kwistjonijiet tas-sikurezza jesiġu dan (eż. inċidenti meta jkunu meħtieġa li jitkessħu kwantitajiet kbar ta’ ħġieġ)

l-ilma użat f’xi proċess speċifiku (eż. attivitajiet lil hinn mis-sistema fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, illustrar bl-aċidu fis-setturi tal-ħġieġ domestiku u speċjali, eċċ.) jista’ jkun meħtieġ li jintrema kollu jew parti minnu fis-sistema tat-trattament tad-drenaġġ

13.   Il-BAT hija li l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fir-rimi tad-drenaġġ jitnaqqsu billi tintuża sistema waħda jew kombinazzjoni ta’ sistemi tat-trattament tad-drenaġġ li ġejjin:

Teknika

Applikabilità

i.

Tekniki standard għall-kontroll tat-tniġġis, bħad-depożitu, it-tgħarbil, it-tneħħija tar-ragħwa, in-newtralizzazzjoni, il-filtrazzjoni, l-arjazzjoni, il-preċipitazzjoni, il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni, eċċ.

Tekniki standard ta’ prattika tajba sabiex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet mill-ħżin ta’ materja prima likwida u sustanzi intermedji, bħal trażżin, spezzjoni/ittestjar tat-tankijiet, protezzjoni kontra l-mili żejjed, eċċ.

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Sistemi ta’ trattament bijoloġiku, bħal ħama attivata, bijofiltrazzjoni sabiex jitneħħew/jiġu ddegradati l-komposti organiċi

L-applikabilità hija limitata għas-setturi li jużaw sustanzi organiċi fil-proċess tal-produzzjoni (eż. setturi tal-ħġieġ bil-filament kontinwu u tas-suf minerali)

iii.

Rimi fl-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ muniċipali

Impjanti

Applikabbli għal installazzjonijiet fejn ikun meħtieġ aktar tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu

iv.

Użu mill-ġdid estern tal-ilma tad-drenaġġ

L-applikabilità hija ġeneralment limitata għas-settur tal-frits (użu mill-ġdid possibbli fl-industrija taċ-ċeramika)


Tabella 5

BAT-AELs għar-rimi tad-drenaġġ fl-ilmijiet tal-wiċċ mill-manifattura tal-ħġieġ

Parametru (5)

Unità

BAT-AEL (6)

(kampjun kompost)

pH

6,5 – 9

Solidi sospiżi totali

mg/l

< 30

Domanda kimika ta’ ossiġenu (COD)

mg/l

< 5 – 130 (7)

Sulfati, espressi bħala SO4 2–

mg/l

< 1 000

Fluworuri, espressi bħala F

mg/l

< 6 (8)

Idrokarburi totali

mg/l

< 15 (9)

Ċomb, espress bħala Pb

mg/l

< 0,05 – 0,3 (10)

Antimonju, espress bħala Sb

mg/l

< 0,5

Arseniku, espress bħala As

mg/l

< 0,3

Barju, espress bħala Ba

mg/l

< 3,0

Żingu, espress bħala Zn

mg/l

< 0,5

Ram, espress bħala Cu

mg/l

< 0,3

Kromu, espress bħala Cr

mg/l

< 0,3

Kadmju, espress bħala Cd

mg/l

< 0,05

Landa, espressa bħala Sn

mg/l

< 0,5

Nikil, espress bħala Ni

mg/l

< 0,5

Ammonja, espressa bħala NH4

mg/l

< 10

Boron, espress bħala B

mg/l

< 1 – 3

Fenol

mg/l

< 1

1.1.6.   Skart mill-proċessi ta’ manifattura tal-ħġieġ

14.   Il-BAT hija li titnaqqas il-produzzjoni tal-iskart solidu li għandu jintrema, billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika

Applikabilità

i.

Riċiklaġġ ta’ skart tal-materjal tal-lott, fejn ir-rekwiżiti tal-kwalità jippermettu dan

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mal-kwalità tal-prodott tal-ħġieġ finali.

ii.

Tnaqqis fit-telf ta’ materjal waqt il-ħżin u l-immaniġġjar tal-materja prima

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

iii.

Riċiklaġġ tal-ħġieġ miksur intern minn produzzjoni rrifjutata

Ġeneralment, mhux applikabbli għas-setturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, tas-suf ta’ iżolament ta’ temperatura għolja u tal-frits

iv.

Riċiklaġġ tat-trab fil-formulazzjoni tal-lott fejn ir-rekwiżiti tal-kwalità jippermettu dan

L-applikabilità tista’ tkun limitata minn fatturi differenti:

ir-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott tal-ħġieġ finali

il-perċentwal ta’ ħġieġ miksur użat fil-formulazzjoni tal-lott

fenomeni potenzjali ta’ fdal u korrużjoni tal-materjali refrattorji

restrizzjonijiet fuq il-bilanċ tal-kubrit

v.

Valorizzar tal-iskart solidu u/jew tal-ħama permezz ta’ użu xieraq fil-post (eż. ħama mit-trattament tal-ilma) jew f’industriji oħra

Ġeneralment applikabbli għas-settur tal-ħġieġ domestiku (għall-ħama mill-qtugħ tal-kristall taċ-ċomb) u għas-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri (partikuli fini ta’ ħġieġ imħallat maż-żejt).

Applikabilità limitata għal setturi oħra tal-manifattura tal-ħġieġ minħabba kompożizzjoni kontaminata, mhux prevedibbli, volumi baxxi u l-vijabilità ekonomika

vi.

Valorizzar ta’ materjali refrattorji fi tmiem il-ħajja għal użu possibbli f’industriji oħra

L-applikabilità hija limitata mir-restrizzjonijiet imposti mill-manifatturi tar-refrattorji u l-utenti finali potenzjali

vii.

Applikazzjoni ta’ briquetting tal-iskart magħqud bis-siment għal riċiklaġġ f’hot blast cupola furnaces fejn ir-rekwiżiti tal-kwalità jippermettu dan

L-applikabilità tal-briquetting tal-iskart magħqud bis-siment hija limitata għas-settur tas-suf tal-ġebel.

Għandu jiġi adottat approċċ ta’ kompromess bejn l-emissjonijiet fl-arja u l-ġenerazzjoni ta’ fluss ta’ skart solidu

1.1.7.   Storbju mill-proċessi tal-manifattura tal-ħġieġ

15.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-istorbju jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

i.

Issir valutazzjoni tal-istorbju ambjentali u jiġi fformulat pjan għall-immaniġġjar tal-istorbju kif ikun xieraq għall-ambjent lokali

ii.

Tagħmir/operazzjonijiet storbjużi jiġu magħluqa fi struttura/unità separata

iii.

Jintużaw ilqugħ biex jgħattu s-sors tal-istorbju

iv.

Attivitajiet storbjużi li jseħħu fuq barra jitwettqu matul il-ġurnata

v.

Jintużaw ħitan ta’ protezzjoni mill-istorbju jew barrieri naturali (siġar, buxxijiet) bejn l-installazzjoni u ż-żona protetta, fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet lokali.

1.2.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ tal-kontenituri

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha li jimmanifatturaw ħġieġ tal-kontenituri.

1.2.1.   Emissjonijiet ta’ trab mill-fran tat-tidwib

16.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab mill-gassijiet ta’ skart tal-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tiġi applikata sistema li tnaddaf il-gass mit-tromba taċ-ċumnija bħal pereżempju preċipitatur elettrostatiku jew filtru b’borża.

Teknika (11)

Applikabilità

Is-sistemi li jnaddfu l-gass mit-tromba taċ-ċumnija jikkonsistu minn tekniki fil-punt tar-rimi bbażati fuq il-filtrazzjoni tal-materjali kollha li jkunu solidi fil-punt tal-kejl

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 6

BAT-AELs għall-emissjonijiet tat-trab mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (12)

Trab

< 10 – 20

< 0,015 – 0,06

1.2.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib

17.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

tekniki primarji, bħal:

Teknika (13)

Applikabilità

i.   

Modifiki fil-kombustjoni

(a)

Tnaqqis fil-proporzjon ta’ arja/karburant

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(b)

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

Applikabbli biss f’ċirkustanzi speċifiċi għall-installazzjoni minħabba effiċjenza anqas tal-forn u domanda akbar għall-karburant (jiġifieri użu ta’ fran rekuperattivi minflok fran riġenerattivi)

(ċ)

Kombustjoni fi stadji:

Introduzzjoni tal-arja fi stadji

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji

L-introduzzjoni tal-karburant fi stadji hija applikabbli għall-biċċa l-kbira tal-fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

L-introduzzjoni tal-arja fi stadji għandha applikabilità limitata ħafna minħabba l-kumplessità teknika tagħha

(d)

Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

L-applikabilità ta’ din it-teknika hija limitata għall-użu ta’ berners speċjali b’ċirkolazzjoni mill-ġdid awtomatika tal-gass ta’ skart

(e)

Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Il-benefiċċji ambjentali miksuba huma ġeneralment aktar baxxi għall-applikazzjonijiet għal fran cross-fired, li jaħdmu bil-gass, minħabba restrizzjonijiet tekniċi u grad aktar baxx ta’ flessibbiltà tal-forn.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(f)

Għażla tal-karburant

L-applikabilità hija limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ tipi differenti ta’ karburant, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

ii.

Disinn speċjali tal-forn

L-applikabilità hija limitata għal formulazzjonijiet tal-lott li fihom livelli għoljin ta’ ħġieġ miksur estern (> 70 %).

L-applikazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn tat-tidwib.

L-għamla tal-forn (twil u dejjaq) tista’ toħloq restrizzjonijiet ta’ spazju

iii.

Tidwib elettriku

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet ta’ ħġieġ f’volumi kbar (> 300 tunnellata/ġurnata.)

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet li jeħtieġu varjazzjonijiet tal-ġbid kbar.

L-implimentazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn

iv.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet fil-ħin ta’ bini mill-ġdid komplet tal-forn

II.

tekniki sekondarji, bħal:

Teknika (14)

Applikabilità

i.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

L-applikazzjoni tista’ teħtieġ titjib tas-sistema ta’ tnaqqis tat-trab sabiex tiggarantixxi konċentrazzjoni ta’ trab ta’ inqas minn 10 – 15 mg/Nm3 u sistema ta’ desulfurizzazzjoni għat-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ SOX.

Minħabba t-tieqa tat-temperatura operattiva ottimali, l-applikabilità hija limitata għall-użu ta’ preċipitaturi elettrostatiċi. B’mod ġenerali, it-teknika ma tintużax ma’ sistema ta’ filtru b’borża minħabba li t-temperatura operattiva baxxa, fil-firxa ta’ 180 – 200 °C, tkun teħtieġ tisħin mill-ġdid tal-gassijiet ta’ skart.

L-implimentazzjoni tat-teknika tista’ teħtieġ disponibbiltà sinifikanti ta’ spazju

ii.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

It-teknika hija applikabbli għal fran rekuperattivi.

Applikabilità limitata ħafna għal fran riġenerattivi konvenzjonali, fejn it-tieqa tat-temperatura korretta hija diffiċli biex tiġi aċċessata jew ma tippermettix taħlit tajjeb tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija mar-reaġent.

Tista’ tkun applikabbli għal fran riġenerattivi ġodda mgħammra b’riġeneraturi maqsuma; madankollu, it-tieqa tat-temperatura hija diffiċli li tinżamm minħabba t-treġġigħ lura tan-nar bejn il-kompartimenti li jikkawża bidla ċiklika fit-temperatura

Tabella 7

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (15)

NOX espress bħala NO2

Modifiki fil-kombustjoni, disinji speċjali tal-fran (16)  (17)

500 – 800

0,75 – 1,2

Tidwib elettriku

< 100

< 0,3

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant (18)

Mhux applikabbli

< 0,5 – 0,8

Tekniki sekondarji

< 500

< 0,75

18.   Meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott u/jew ikunu meħtieġa kundizzjonijiet speċjali ta’ kombustjoni ossidanti fil-forn tat-tidwib biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott finali, il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX jitnaqqsu billi jitnaqqas l-użu ta’ din il-materja prima, flimkien ma’ tekniki primarji jew sekondarji

Il-BAT-AELs huma ppreżentati fit-Tabella 7.

Jekk jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott għal kampanji qosra jew għal fran tat-tidwib b’kapaċità ta’ < 100 t/ġurnata, il-BAT-AEL huwa ppreżentat fit-Tabella 8.

Teknika (19)

Applikabilità

Tekniki primarji:

Tnaqqis fl-użu tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

L-użu tan-nitrati huwa applikat għal prodotti ta’ kwalità għolja ħafna (jiġifieri flacconage, fliexken tal-fwieħa u kontenituri tal-kożmetiċi).

Materjali alternattivi effettivi huma s-sulfati, l-ossidi tal-arseniku, l-ossidu taċ-ċerju.

L-applikazzjoni ta’ modifiki fil-proċessi (eż. kundizzjonijiet speċjali ta’ kombustjoni ossidanti) tirrappreżenta alternattiva għall-użu tan-nitrati

Is-sostituzzjoni tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott tista’ tkun limitata mill-ispejjeż għoljin u/jew l-impatt ambjentali akbar tal-materjali alternattivi


Tabella 8

BAT-AEL għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri, meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott u/jew kundizzjonijiet speċjali ta’ kombustjoni ossidanti f’każijiet ta’ kampanji qosra jew għal fran tat-tidwib b’kapaċità ta’ < 100 t/ġurnata

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (20)

NOX espress bħala NO2

Tekniki primarji

< 1 000

< 3

1.2.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib

19.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (21)

Applikabilità

i.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-seminiexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit

It-tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott huwa applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott tal-ħġieġ finali.

L-applikazzjoni tal-ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit tesiġi approċċ ta’ kompromess bejn it-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ SOX u l-ġestjoni tal-iskart solidu (trab tal-filtri).

It-tnaqqis effettiv fl-emissjonijiet ta’ SOX jiddependi mir-ritenzjoni ta’ komposti tal-kubrit fil-ħġieġ li jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti skont it-tip ta’ ħġieġ

iii.

Użu ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 9

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri

Parametru

Karburant

BAT-AEL (22)  (23)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (24)

SOX espress bħala SO2

Gass naturali

< 200 – 500

< 0,3 – 0,75

Żejt tal-karburant (25)

< 500 – 1 200

< 0,75 – 1,8

1.2.4.   Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib

20.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib (possibbilment ikkombinati ma’ gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija minn attivitajiet ta’ kisi hot-end) jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (26)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet tat-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 10

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (27)

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl (28)

< 10 – 20

< 0,02 – 0,03

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

< 1 – 5

< 0,001 – 0,008

1.2.5.   Metalli mill-fran tat-tidwib

21.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (29)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet imposti mit-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tnaqqis fl-użu ta’ komposti tal-metalli fil-formulazzjoni tal-lott, meta jkun meħtieġ l-għoti tal-kulur jew it-tneħħija tal-kulur tal-ħġieġ, soġġett għar-rekwiżiti tal-konsumaturi rigward il-kwalità tal-ħġieġ

iii.

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni (filtru b’borża jew preċipitatur elettrostatiku)

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

iv.

Applikazzjoni ta’ tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni


Tabella 11

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri

Parametru

BAT-AEL (30)  (31)  (32)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (33)

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 0,2 – 1 (34)

< 0,3 – 1,5 × 10–3

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 1 – 5

< 1,5 – 7,5 × 10–3

1.2.6.   Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant

22.   Meta jintużaw il-komposti tal-landa, tal-organotin jew tat-titanju għal operazzjonijiet ta’ kisi hot-end, il-BAT hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika

Applikabilità

i.

Tnaqqis fit-telf tal-prodott tal-kisi billi jiġi żgurat issiġillar tajjeb tas-sistema ta’ applikazzjoni u l-użu ta’ hood effettiv għall-estrazzjoni.

Il-kostruzzjoni u l-issiġillar tajba tas-sistema ta’ applikazzjoni huma essenzjali sabiex jitnaqqas it-telf fl-arja tal-prodott li ma jkunx irreaġixxa

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Il-kombinazzjoni tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija mal-gass ta’ skart mill-forn tat-tidwib jew mal-arja ta’ kombustjoni tal-forn, meta tiġi applikata sistema ta’ trattament sekondarju (filtru u tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet niexef jew semi niexef).

Fuq il-bażi tal-kompatibilità kimika, il-gassijiet ta’ skart mill-operazzjonijiet ta’ kisi jistgħu jiġu kkombinati ma’ gassijiet oħra mit-tromba taċ-ċumnija qabel it-trattament. Jistgħu jiġu applikati dawn iż-żewġ opzjonijiet:

kombinazzjoni mal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija mill-forn tat-tidwib, fi ħdan sistema sekondarja ta’ tnaqqis (tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew semi niexef u sistema ta’ filtrazzjoni)

kombinazzjoni mal-arja ta’ kombustjoni qabel tidħol fir-riġeneratur, segwita minn trattament ta’ tnaqqis sekondarju tal-gassijiet ta’ skart iġġenerati waqt il-proċess tat-tidwib (tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew semi niexef + sistema ta’ filtrazzjoni)

Il-kombinazzjoni mal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija mill-forn tat-tidwib huma applikabbli b’mod ġenerali.

Il-kombinazzjoni mal-arja ta’ kombustjoni tista’ tkun affettwata minn restrizzjonijiet tekniċi minħabba xi effetti potenzjali fuq il-kimika tal-ħġieġ u fuq il-materjali tar-riġeneratur

iii.

Applikazzjoni ta’ teknika sekondarja, eż. tisfija mill-impuritajiet fl-umdu, tisfija mill-impuritajiet fin-niexef flimkien ma’ filtrazzjoni (35)

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 12

BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja minn attivitajiet ta’ kisi hot-end fis-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri meta l-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija minn operazzjonijiet lil hinn mill-impjant jiġu ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Trab

< 10

Komposti tat-titanju espressi bħala Ti

< 5

Komposti tal-landa, inkluż l-organotin, espressi bħala Sn

< 5

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl

< 30

23.   Meta SO3 jintuża għal operazzjonijiet ta’ trattament tal-wiċċ, il-BAT għandha tnaqqas l-emissjonijiet ta’ SOX billi tuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (36)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fit-telf tal-prodott billi jiġi żgurat issiġillar tajjeb tas-sistema ta’ applikazzjoni.

Kostruzzjoni u manutenzjoni tajba tas-sistema ta’ applikazzjoni huma essenzjali sabiex jitnaqqas it-telf fl-arja tal-prodott li ma jkunx irreaġixxa

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Applikazzjoni ta’ teknika sekondarja, eż. tisfija mill-impuritajiet fl-umdu


Tabella 13

BAT-AEL għall-emissjonijiet ta’ SOX minn attivitajiet lil hinn mill-impjant meta SO3 jintuża għal operazzjonijiet ta’ trattament tas-superfiċje fis-settur tal-ħġieġ tal-kontenituri, meta jiġu ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

SOx, espressi bħala SO2

< 100 – 200

1.3.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ ċatt

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha li jimmanifatturaw ħġieġ ċatt.

1.3.1.   Emissjonijiet ta’ trab mill-fran tat-tidwib

24.   Il-BAT għandha tnaqqas l-emissjonijiet tat-trab mill-gassijiet ta’ skart tal-forn tat-tidwib billi tapplika preċipitatur elettrostatiku jew sistema ta’ filtru b’borża

Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.1.

Tabella 14

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ trab mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ ċatt

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (37)

Trab

< 10 – 20

< 0,025 – 0,05

1.3.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib

25.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

tekniki primarji, bħal:

Teknika (38)

Applikabilità

i.   

Modifiki fil-kombustjoni

(a)

Tnaqqis fil-proporzjon ta’ arja/karburant

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(b)

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

L-applikabilità hija ristretta għal fran b’kapaċità żgħira għall-produzzjoni ta’ ħġieġ ċatt speċjali u f’ċirkustanzi speċifiċi għall-installazzjoni, minħabba effiċjenza anqas tal-forn u domanda akbar għall-karburant (jiġifieri l-użu ta’ fran rekuperattivi minflok fran riġenerattivi)

(ċ)

Kombustjoni fi stadji:

Introduzzjoni tal-arja fi stadji (air staging)

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji (fuel staging)

L-introduzzjoni tal-karburant fi stadji hija applikabbli għall-biċċa l-kbira tal-fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

L-introduzzjoni tal-arja fi stadji għandha applikabilità limitata ħafna minħabba l-kumplessità teknika tagħha

(d)

Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

L-applikabilità ta’ din it-teknika hija limitata għall-użu ta’ berners speċjali b’ċirkolazzjoni mill-ġdid awtomatika tal-gass ta’ skart

(e)

Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Il-benefiċċji ambjentali miksuba huma ġeneralment aktar baxxi għall-applikazzjonijiet għal fran cross-fired, li jaħdmu bil-gass, minħabba restrizzjonijiet tekniċi u grad aktar baxx ta’ flessibbiltà tal-forn.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(f)

Għażla tal-karburant

L-applikabilità hija limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ tipi differenti ta’ karburant, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

ii.

Proċess fenix

Ibbażat fuq il-kombinazzjoni ta’ għadd ta’ tekniki primarji għall-ottimizzazzjoni tal-kombustjoni ta’ float furnaces riġenerattivi cross-fired. Il-karatteristiċi prinċipali huma:

tnaqqis tal-arja żejda

soppressjoni tal-irqajja’ sħan u omoġenizzazzjoni tat-temperaturi tal-fjammi

taħlit ikkontrollat tal-karburant u tal-arja ta’ kombustjoni

L-applikabilità hija limitata għal fran riġenerattivi cross-fired.

Applikabbli għal fran ġodda.

Għall-fran eżistenti, it-teknika teħtieġ li tiġi direttament integrata waqt id-disinn u l-kostruzzjoni tal-forn, f’bini mill-ġdid komplet ta’ forn

iii.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet waqt il-bini mill-ġdid komplet tal-forn

II.

tekniki sekondarji, bħal:

Teknika (39)

Applikabilità

i.

Riduzzjoni kimika bil-karburant

Applikabbli għal fran riġenerattivi.

L-applikabilità hija limitata minn żieda fil-konsum tal-karburant u l-impatt ambjentali u ekonomiku konsegwenti

ii.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

L-applikazzjoni tista’ tesiġi titjib tas-sistema ta’ tnaqqis tat-trab sabiex tiġi ggarantita konċentrazzjoni ta’ trab ta’ inqas minn 10 – 15 mg/Nm3 u sistema ta’ desulfurizzazzjoni għat-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ SOX

Minħabba t-tieqa tat-temperatura operattiva ottimali, l-applikabilità hija limitata għall-użu ta’ preċipitaturi elettrostatiċi. B’mod ġenerali, it-teknika ma tintużax ma’ sistema ta’ filtru b’borża minħabba li t-temperatura operattiva baxxa, fil-firxa ta’ 180 – 200 °C, tkun teħtieġ tisħin mill-ġdid tal-gassijiet ta’ skart.

L-implimentazzjoni tat-teknika tista’ tesiġi disponibbiltà sinifikanti ta’ spazju

Tabella 15

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ ċatt

Parametru

BAT

BAT-AEL (40)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (41)

NOX espress bħala NO2

Modifiki fil-kombustjoni,

Proċess Fenix (42)

700 – 800

1,75 – 2,0

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant (43)

Mhux applikabbli

< 1,25 – 2,0

Tekniki sekondarji (44)

400 – 700

1,0 – 1,75

26.   Meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott, il-BAT għandha tnaqqas l-emissjonijiet ta’ NOX billi tnaqqas l-użu ta’ din il-materja prima, flimkien ma’ tekniki primarji jew sekondarji. Jekk jiġu applikati tekniki sekondarji, japplikaw il-BAT-AELs irrappurtati fit-Tabella 15.

Jekk jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott għall-produzzjoni ta’ ħġieġ speċjali f’għadd limitat ta’ kampanji qosra, il-BAT-AELs huma ppreżentati fit-Tabella 16.

Teknika (45)

Applikabilità

Tekniki primarji:

 

tnaqqis fl-użu tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

 

L-użu tan-nitrati huwa applikat għal produzzjonijiet speċjali (jiġifieri ħġieġ ikkulurit).

 

Materjali alternattivi effettivi huma s-sulfati, l-ossidi tal-arseniku, l-ossidu taċ-ċerju

Is-sostituzzjoni tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott tista’ tkun limitata mill-ispejjeż għoljin u/jew l-impatt ambjentali akbar tal-materjali alternattivi


Tabella 16

BAT-AEL għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ ċatt, meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott għall-produzzjoni ta’ ħġieġ speċjali f’għadd limitat ta’ kampanji qosra

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (46)

NOX espress bħala NO2

Tekniki primarji

< 1 200

< 3

1.3.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib

27.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (47)

Applikabilità

i.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit

It-tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott huwa applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott tal-ħġieġ finali.

L-applikazzjoni tal-ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit tesiġi approċċ ta’ kompromess bejn it-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ SOX u l-ġestjoni tal-iskart solidu (trab tal-filtri)

iii.

Użu ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 17

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ ċatt

Parametru

Karburant

BAT-AEL (48)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (49)

SOx espress bħala SO2

Gass naturali

< 300 – 500

< 0,75 – 1,25

Żejt tal-karburant (50)  (51)

500 – 1 300

1,25 – 3,25

1.3.4.   Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib

28.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (52)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet tat-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 18

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ ċatt

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (53)

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl (54)

< 10 – 25

< 0,025 – 0,0625

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

< 1 – 4

< 0,0025 – 0,010

1.3.5.   Metalli mill-fran tat-tidwib

29.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (55)

Applikabilità

vi.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet imposti mit-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima.

vii.

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

viii.

Applikazzjoni ta’ tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni


Tabella 19

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ ċatt, bl-eċċezzjoni tal-ħġieġ ikkulurit bis-selenju

Parametru

BAT-AEL (56)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (57)

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 0,2 – 1

< 0,5 – 2,5 × 10–3

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 1 – 5

< 2,5 – 12,5 × 10–3

30.   Meta jintużaw komposti tas-selenju biex jingħata l-kulur lill-ħġieġ, il-BAT għandha tnaqqas l-emissjonijiet tas-selenju mill-forn tat-tidwib billi tuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (58)

Applikabilità

i.

Tnaqqis tal-evaporazzjoni tas-selenju mill-kompożizzjoni tal-lott billi jintgħażlu materja prima b’effiċjenza ogħla ta’ ritenzjoni fil-ħġieġ u volatilizzazzjoni mnaqqsa

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet imposti mit-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

iii.

Applikazzjoni ta’ tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni


Tabella 20

BAT-AELs għall-emissjonijiet tas-selenju mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ ċatt għall-produzzjoni ta’ ħġieġ ikkulurit

Parametru

BAT-AEL (59)  (60)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (61)

Komposti tas-selenju, espressi bħala Se

1 – 3

2,5 – 7,5 × 10–3

1.3.6.   Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant

31.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet fl-arja mill-proċessi lil hinn mill-impjant jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (62)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fit-telf tal-prodotti tal-kisi applikati fuq il-ħġieġ ċatt billi jiġi żgurat issiġillar tajjeb tas-sistema ta’ applikazzjoni

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Tnaqqis fit-telf ta’ SO2 mill-forn li jittempra (annealing lehr), billi s-sistema ta’ kontroll titħaddem b’mod ottimali

iii.

L-emissjonijiet ta’ SO2 mill-forn li jittempra jiġu kkombinati mal-gass ta’ skart mill-forn tat-tidwib, meta dan ikun teknikament fattibbli, u meta tintuża sistema ta’ trattament sekondarju (filtru u tagħmir ta’ purifikazzjoni mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef)

iv.

Applikazzjoni ta’ teknika sekondarja, eż. tisfija mill-impuritajiet fl-umdu, jew tisfija mill-impuritajiet fin-niexef u filtrazzjoni

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali.

L-għażla tat-teknika u l-prestazzjoni tagħha se jiddependu fuq il-kompożizzjoni tal-gass ta’ skart fid-daħla


Tabella 21

BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja mill-proċessi lil hinn mill-impjant fis-settur tal-ħġieġ ċatt, meta jiġu ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Trab

< 15 – 20

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl

< 10

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

< 1 – 5

SOX, espress bħala SO2

< 200

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 1

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 5

1.4.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura ta’ fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha li jimmanifatturaw fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu.

1.4.1.   Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib

Il-BAT-AELs irrappurtati f’din it-taqsima għat-trab jirreferu għall-materjali kollha li huma solidi fil-punt tal-kejl, inklużi l-komposti solidi tal-boron. Il-komposti gassużi tal-boron fil-punt tal-kejl mhumiex inklużi.

32.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab mill-gassijiet ta’ skart tal-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (63)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fil-komponenti volatili b’modifiki fil-materja prima

Il-formulazzjoni ta’ kompożizzjonijiet tal-lott mingħajr komposti tal-boron jew b’livelli baxxi ta’ boron hija miżura primarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab li huma ġġenerati prinċipalment minn fenomeni ta’ volatilizzazzjoni. Il-boron huwa l-kostitwent prinċipali tal-materja partikulata emessa mill-forn tat-tidwib

L-applikazzjoni tat-teknika hija limitata minn kwistjonijiet proprjetarji, billi l-formulazzjonijiet ħielsa mill-boron jew b’kontenut baxx ta’ boron huma koperti bi privattiva

ii.

Sistema ta’ filtrazzjoni: preċipitatur elettrostatiku jew filtru b’borża

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet fuq impjanti ġodda fejn il-pożizzjonament u l-karatteristiċi tal-filtru jistgħu jiġu deċiżi mingħajr restrizzjonijiet

iii.

Sistema ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

L-applikazzjoni f’impjanti eżistenti tista’ tkun limitata minħabba restrizzjonijiet tekniċi; jiġifieri l-ħtieġa għal impjant speċifiku għat-trattament tad-drenaġġ


Tabella 22

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ trab mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

Parametru

BAT-AEL (64)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (65)

Trab

< 10 – 20

< 0,045 – 0,09

1.4.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib

33.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (66)

Applikabilità

i.   

Modifiki fil-kombustjoni

(a)

Tnaqqis fil-proporzjon ta’ arja/karburant

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(b)

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant fi ħdan ir-restrizzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-forn u d-domanda akbar għall-karburant. Ħafna mill-fran diġà huma tat-tip rekuperattiv.

(ċ)

Kombustjoni fi stadji:

i.

Introduzzjoni tal-arja fi stadji (air staging)

ii.

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji (fuel staging)

L-introduzzjoni tal-karburant fi stadji hija applikabbli għall-biċċa l-kbira tal-fran li jaħdmu bl-arja/karburant, u b’ossiġenu u karburant.

L-introduzzjoni tal-arja fi stadji għandha applikabilità limitata ħafna minħabba l-kumplessità teknika tagħha

(d)

Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

L-applikabilità ta’ din it-teknika hija limitata għall-użu ta’ berners speċjali b’riċirkolazzjoni awtomatika tal-gass ta’ skart

(e)

Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(f)

Għażla tal-karburant

L-applikabilità hija limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ tipi differenti ta’ karburant, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

ii.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet waqt il-bini mill-ġdid komplet tal-forn


Tabella 23

BAT-AEL għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

Parametru

BAT

BAT-AEL

 

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb

NOX espress bħala NO2

Modifiki fil-kombustjoni

< 600 – 1 000

< 2,7 – 4,5 (67)

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant (68)

Mhux applikabbli

< 0,5 – 1,5

1.4.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib

34.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (69)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott tal-ħġieġ finali.

L-applikazzjoni tal-ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit teħtieġ approċċ ta’ kompromess bejn it-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ SOX u l-ġestjoni tal-iskart solidu (trab tal-filtri), li jrid jitneħħa

ii.

Użu ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Il-preżenza ta’ konċentrazzjonijiet għoljin ta’ komposti tal-boron fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija tista’ tillimita l-effiċjenza tat-tnaqqis tar-reaġent użat fis-sistemi tat-tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew semi niexef

iv.

Użu ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tekniċi; jiġifieri l-ħtieġa għal impjant speċifiku għat-trattament tad-drenaġġ


Tabella 24

BAT-AEL għall-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

Parametru

Karburant

BAT-AEL (70)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (71)

SOx espress bħala SO2

Gass naturali (72)

< 200 – 800

< 0,9 – 3,6

Żejt tal-karburant (73)  (74)

< 500 – 1 000

< 2,25 – 4,5

1.4.4.   Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib

35.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (75)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tal-formulazzjoni tal-lott u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tnaqqis fil-kontenut ta’ fluworu fil-formulazzjoni tal-lott

It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-fluworu mill-proċess tat-tidwib jista’ jinkiseb kif ġej:

tnaqqis fil-kwantità ta’ komposti tal-fluworu (eż. fluorspar) użati fil-formulazzjoni tal-lott għall-minimu proporzjonali mal-kwalità tal-prodott finali. Il-komposti tal-fluworu jintużaw sabiex jiġi ottimizzat il-proċess tat-tidwib, biex jgħinu l-fibratura u jnaqqsu l-ksur tal-filamenti

sostituzzjoni tal-komposti tal-fluworu b’materjali alternattivi (eż. sulfati)

Is-sostituzzjoni tal-komposti tal-fluworu b’materjali alternattivi hija limitata mir-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott

iii.

tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

iv.

tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tekniċi; jiġifieri l-ħtieġa ta’ impjant speċifiku tat-trattament tad-drenaġġ.


Tabella 25

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (76)

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl

< 10

< 0,05

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF (77)

< 5 – 15

< 0,02 – 0,07

1.4.5.   Metalli mill-fran tat-tidwib

36.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (78)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Applikazzjoni ta’ tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

iii.

Applikazzjoni ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tekniċi; jiġifieri l-ħtieġa ta’ impjant speċifiku tat-trattament tad-drenaġġ.


Tabella 26

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

Parametru

BAT-AEL (79)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (80)

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 0,2 – 1

< 0,9 – 4,5 × 10–3

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 1 – 3

< 4,5 – 13,5 × 10–3

1.4.6.   Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant

37.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet mill-proċessi lil hinn mill-impjant jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (81)

Applikabilità

i.

Sistemi ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali għat-trattament tal-gassijiet ta’ skart mill-proċess tal-iffurmar (applikazzjoni tal-kisi lill-fibri) jew proċessi sekondarji li jinvolvu l-użu ta’ aġent li jgħaqqad li jrid jiġi mwebbes jew imnixxef.

ii.

Preċipitatur elettrostatiku umdu

iii.

Sistema ta’ filtrazzjoni (filtru b’borża)

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali għat-trattament tal-gassijiet ta’ skart minn operazzjonijiet ta’ qtugħ u tħin tal-prodotti


Tabella 27

BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja minn proċessi lil hinn mill-impjant fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, meta jiġu ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Emissjonijiet mill-iffurmar u l-kisi

Trab

< 5 – 20

Formaldeid

< 10

Ammonja

< 30

Komposti organiċi volatili totali, espressi bħala C

< 20

Emissjonijiet mill-qtugħ u t-tħin

Trab

< 5 – 20

1.5.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħġieġ domestiku

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha li jimmanifatturaw ħġieġ domestiku.

1.5.1.   Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib

38.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab mill-gassijiet ta’ skart tal-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (82)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fil-komponenti volatili b’modifiki fil-materja prima

Il-formulazzjoni tal-kompożizzjoni tal-lott jista’ jkun fiha komponenti volatili ħafna (eż. boron, fluworuri) li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-formazzjoni ta’ emissjonijiet tat-trab mill-forn tat-tidwib

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tat-tip ta’ ħġieġ prodott u d-disponibbiltà ta’ materja prima ta’ sostitutuzzjoni

ii.

Tidwib elettriku

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet ta’ ħġieġ f’volumi kbar (> 300 tunnellata/ġurnata).

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet li jeħtieġu varjazzjonijiet kbar fil-ġibda

L-implimentazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn

iii.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet magħmula waqt il-bini mill-ġdid komplet tal-forn

iv.

Sistema ta’ filtrazzjoni: preċipitatur elettrostatiku jew filtru b’borża

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

v.

Sistema ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

L-applikabilità hija limitata għal każijiet speċifiċi, b’mod partikolari għall-fran tat-tidwib bl-elettriku, fejn il-volumi tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija u l-emissjonijiet tat-trab huma ġeneralment baxxi u relatati mal-fdal tal-formulazzjoni tal-lott


Tabella 28

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ trab mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ domestiku

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (83)

Trab

< 10 – 20 (84)

< 0,03 – 0,06

< 1 – 10 (85)

< 0,003 – 0,03

1.5.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib

39.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (86)

Applikabilità

i.   

Modifiki fil-kombustjoni

(a)

Tnaqqis fil-proporzjon ta’ arja/karburant

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(b)

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

Applikabbli biss f’ċirkustanzi speċifiċi għall-installazzjoni minħabba effiċjenza anqas tal-forn u domanda akbar għall-karburant (jiġifieri użu ta’ fran rekuperattivi minflok fran riġenerattivi)

(ċ)

Kombustjoni fi stadji:

(f)

Introduzzjoni tal-arja fi stadji (air staging)

(g)

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji (fuel staging)

L-introduzzjoni tal-karburant fi stadji hija applikabbli għall-biċċa l-kbira tal-fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

L-introduzzjoni tal-arja fi stadji għandha applikabilità limitata ħafna minħabba l-kumplessità teknika tagħha

(d)

Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

L-applikabilità ta’ din it-teknika hija limitata għall-użu ta’ berners speċjali b’riċirkolazzjoni awtomatika tal-gass ta’ skart

(e)

Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Il-benefiċċji ambjentali miksuba huma ġeneralment aktar baxxi għall-applikazzjonijiet għal fran cross-fired, li jaħdmu bil-gass, minħabba restrizzjonijiet tekniċi u grad aktar baxx ta’ flessibbiltà tal-forn.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(f)

Għażla tal-karburant

L-applikabilità hija limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ tipi differenti ta’ karburant, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

ii.

Disinn speċjali tal-forn

L-applikabilità hija limitata għal formulazzjonijiet tal-lott li fihom livelli għoljin ta’ ħġieġ miksur estern (> 70 %).

L-applikazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn tat-tidwib.

L-għamla tal-forn (twil u dejjaq) tista’ toħloq restrizzjonijiet ta’ spazju

iii.

Tidwib elettriku

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet ta’ ħġieġ f’volumi kbar (> 300 tunnellata/ġurnata.

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet li jeħtieġu varjazzjonijiet tal-ġbid kbar.

L-implimentazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn

iv.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet waqt il-bini mill-ġdid komplet tal-forn


Tabella 29

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ domestiku

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (87)

NOx espress bħala NO2

Modifiki fil-kombustjoni,

disinji speċjali tal-forn

< 500 – 1 000

< 1,25 – 2,5

Tidwib elettriku

< 100

< 0,3

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant (88)

Mhux applikabbli

< 0,5 – 1,5

40.   Meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott, il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX jitnaqqsu billi jitnaqqas l-użu ta’ din il-materja prima, flimkien ma’ tekniki primarji jew sekondarji.

Il-BAT-AELs huma ppreżentati fit-Tabella 29.

Jekk jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott għal għadd limitat ta’ kampanji qosra jew għal fran tat-tidwib b’kapaċità ta’ < 100 t/ġurnata li jipproduċu tipi speċjali ta’ ħġieġ tal-ġir tas-soda (ħġieġ ċar/ċar ħafna jew ħġieġ ikkulurit bl-użu tas-selenju) u ħġieġ speċjali ieħor (jiġifieri borosilikat, ċeramika tal-ħġieġ, ħġieġ opali, kristall u kristall taċ-ċomb), il-BAT-AELs huma speċifikati fit-Tabella 30.

Teknika (89)

Applikabilità

Tekniki primarji:

Tnaqqis fl-użu tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

L-użu tan-nitrati huwa applikat għal prodotti ta’ kwalità għolja ħafna, fejn ikun meħtieġ ħġieġ mingħajr kulur (ċar) ħafna jew jiġi prodott ħġieġ speċjali. Materjali alternattivi effettivi huma s-sulfati, l-ossidi tal-arseniku, l-ossidu taċ-ċerju

Is-sostituzzjoni tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott tista’ tkun limitata mill-ispejjeż għoljin u/jew l-impatt ambjentali akbar tal-materjali alternattivi


Tabella 30

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ domestiku, meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott għal għadd limitat ta’ kampanji qosra jew għal fran tat-tidwib b’kapaċità ta’ < 100 t/ġurnata li jipproduċu tipi speċjali ta’ ħġieġ tal-ġir tas-soda (ħġieġ ċar/ċar ħafna jew ħġieġ ikkulurit bl-użu tas-selenju) u ħġieġ speċjali ieħor (jiġifieri borosilikat, ċeramika tal-ħġieġ, ħġieġ opali, kristall u kristall taċ-ċomb)

Parametru

Tip ta’ forn

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb

NOX espress bħala NO2

Fran konvenzjonali li jaħdmu b’karburant/arja

< 500 – 1 500

< 1,25 – 3,75 (90)

Tidwib elettriku

< 300 – 500

< 8 – 10

1.5.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib

41.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (91)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit

It-tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott huwa applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott tal-ħġieġ finali.

L-applikazzjoni tal-ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit tesiġi approċċ ta’ kompromess bejn it-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ SOX u l-ġestjoni tal-iskart solidu (trab tal-filtri)

ii.

Użu ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 31

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ domestiku

Parametru

Karburant/Teknika tat-tidwib

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (92)

SOx espress bħala SO2

Gass naturali

< 200 – 300

< 0,5 – 0,75

Żejt tal-karburant (93)

< 1 000

< 2,5

Tidwib elettriku

< 100

< 0,25

1.5.4.   Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib

42.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (94)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet tal-formulazzjoni tal-lott għat-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tnaqqis tal-kontenut ta’ fluworu fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-massa tal-fluworu

It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-fluworu mill-proċess tat-tidwib jista’ jinkiseb bit-tnaqqis fil-kwantità tal-komposti tal-fluworu (eż. fluorspar) użati fil-formulazzjoni tal-lott għall-minimu proporzjonali mal-kwalità tal-prodott finali. Il-komposti tal-fluworu jiġu miżjuda mal-formulazzjoni tal-lott sabiex jagħtu dehra opaka jew imdaħħna lill-ħġieġ

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott finali

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

iv.

Tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tekniċi; jiġifieri l-ħtieġa ta’ impjant speċifiku tat-trattament tad-drenaġġ.

L-ispejjeż għoljin, aspetti tat-trattament tad-drenaġġ, inklużi restrizzjonijiet fir-riċiklaġġ ta’ ħama jew residwi solidi mit-trattament tal-ilma, jistgħu jillimitaw l-applikabilità ta’ din it-teknika


Tabella 32

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ domestiku

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (95)

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl (96)  (97)

< 10 – 20

< 0,03 – 0,06

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF (98)

< 1 – 5

< 0,003 – 0,015

1.5.5.   Metalli mill-fran tat-tidwib

43.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (99)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet imposti mit-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tnaqqis fl-użu ta’ komposti tal-metall fil-formulazzjoni tal-lott, permezz ta’ għażla xierqa tal-materja prima meta jkun meħtieġ l-għoti tal-kulur u t-tneħħija tal-kulur tal-ħġieġ jew meta jingħataw karatteristiċi speċifiċi lill-ħġieġ

Għall-produzzjoni tal-kristall u tal-ħġieġ tal-kristall taċ-ċomb, it-tnaqqis fil-komposti tal-metall fil-formulazzjoni tal-lott huwa ristrett mil-limiti ddefiniti fid-Direttiva 69/493/KEE li tikklassifika l-kompożizzjoni kimika tal-prodotti tal-ħġieġ finali.

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 33

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ domestiku bl-eċċezzjoni ta’ ħġieġ fejn jintuża s-selenju għat-tneħħija tal-kulur

Parametru

BAT-AEL (100)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (101)

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 0,2 – 1

< 0,6 – 3 × 10–3

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 1 – 5

< 3 – 15 × 10–3

44.   Meta jintużaw komposti tas-selenju sabiex jitneħħa l-kulur tal-ħġieġ, il-BAT għandha tnaqqas l-emissjonijiet tas-selenju mill-forn tat-tidwib billi tuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin

Teknika (102)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fl-użu ta’ komposti tas-selenju fil-formulazzjoni tal-lott, permezz ta’ għażla xierqa tal-materja prima

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet imposti mit-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 34

BAT-AELs għall-emissjonijiet tas-selenju mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ domestiku meta l-komposti tas-selenju jintużaw għat-tneħħija tal-kulur mill-ħġieġ

Parametru

BAT-AEL (103)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (104)

Komposti tas-selenju, bħala Se

< 1

< 3 × 10–3

45.   Meta jintużaw komposti taċ-ċomb għall-manifattura ta’ ħġieġ tal-kristall taċ-ċomb, il-BAT hija li l-emissjonijiet taċ-ċomb mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (105)

Applikabilità

i.

Tidwib elettriku

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet ta’ ħġieġ f’volumi kbar (> 300 tunnellata/ġurnata.

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet li jeħtieġu varjazzjonijiet tal-ġbid kbar.

L-implimentazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn

ii.

Filtru b’borża

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

iii.

Preċipitatur elettrostatiku

iv.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni


Tabella 35

BAT-AELs għall-emissjonijiet taċ-ċomb mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ domestiku meta komposti taċ-ċomb jintużaw għall-manifattura ta’ ħġieġ tal-kristall taċ-ċomb

Parametru

BAT-AEL (106)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (107)

Komposti taċ-ċomb, espressi bħala Pb

< 0,5 – 1

< 1 – 3 × 10–3

1.5.6.   Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant

46.   Għal proċessi mutraba lil hinn mill-impjant, il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab u l-metalli jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (108)

Applikabilità

i.

Twettiq ta’ operazzjonijiet mutraba (eż. qtugħ, tħin, illostrar) taħt likwidu

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtru b’borża


Tabella 36

BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja minn proċessi mutraba lil hinn mill-impjant fis-settur tal-ħġieġ domestiku, meta ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Trab

< 1 – 10

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI) (109)

< 1

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn) (109)

< 1 – 5

Komposti taċ-ċomb, espressi bħala Pb (110)

< 1 – 1,5

47.   Għall-proċessi ta’ llostrar bl-aċidu, il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HF jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (111)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fit-telf tal-prodott tal-illostrar billi jkun żgurat issiġillar tajjeb tas-sistema tal-applikazzjoni

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Applikazzjoni ta’ teknika sekondarja, eż. tisfija mill-impuritajiet fl-umdu.


Tabella 37

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ HF mill-proċessi ta’ llostrar bl-aċidu fis-settur tal-ħġieġ domestiku, meta ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

< 5

1.6.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura ta’ ħġieġ speċjali

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha li jimmanifatturaw ħġieġ speċjali.

1.6.1.   Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib

48.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab mill-gassijiet ta’ skart tal-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (112)

Applikabilità

(a)

Tnaqqis fil-komponenti volatili b’modifiki fil-materja prima

Il-formulazzjoni tal-kompożizzjoni tal-lott jista’ jkun fiha komponenti volatili ħafna (eż. boron, fluworuri) li jirrappreżentaw il-kostitwenti prinċipali tat-trab emess mill-forn tat-tidwib

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet ta’ kwalità tal-ħġieġ prodott

(b)

Tidwib elettriku

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet ta’ ħġieġ f’volumi kbar (> 300 tunnellata/ġurnata)

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet li jeħtieġu varjazzjonijiet kbar fil-ġibda

L-implimentazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn

(ċ)

Sistema ta’ filtrazzjoni: preċipitatur elettrostatiku jew filtru b’borża

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 38

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ trab mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ speċjali

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (113)

Trab

< 10 – 20

< 0,03 – 0,13

< 1 – 10 (114)

< 0,003 – 0,065

1.6.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib

49.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

tekniki primarji, bħal:

Teknika (115)

Applikabilità

i.   

Modifiki fil-kombustjoni

(a)

Tnaqqis fil-proporzjon ta’ arja/karburant

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(b)

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

Applikabbli biss f’ċirkustanzi speċifiċi għall-installazzjoni minħabba effiċjenza anqas tal-forn u domanda akbar għall-karburant (jiġifieri użu ta’ fran rekuperattivi minflok fran riġenerattivi)

(ċ)

Kombustjoni fi stadji:

Injezzjoni tal-arja fi stadji (air staging)

Injezzjoni tal-karburant fi stadji (fuel staging)

Il-kontroll tal-karburant huwa applikabbli għall-biċċa l-kbira tal-fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

Il-kontroll tal-arja għandu applikabilità limitata ħafna minħabba l-kumplessità teknika

(d)

Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

L-applikabilità ta’ din it-teknika hija limitata għall-użu ta’ berners speċjali b’riċirkolazzjoni awtomatika tal-gass ta’ skart

(e)

Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Il-benefiċċji ambjentali miksuba huma ġeneralment aktar baxxi għall-applikazzjonijiet għal fran cross-fired, li jaħdmu bil-gass, minħabba restrizzjonijiet tekniċi u grad aktar baxx ta’ flessibbiltà tal-forn.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(f)

Għażla tal-karburant

L-applikabilità hija limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ tipi differenti ta’ karburant, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

ii.

Tidwib elettriku

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet ta’ ħġieġ f’volumi kbar (> 300 tunnellata/ġurnata.

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet li jeħtieġu varjazzjonijiet tal-ġbid kbar.

L-implimentazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn

iii.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet waqt il-bini mill-ġdid komplet tal-forn

II.

tekniki sekondarji, bħal:

Teknika (116)

Applikabilità

i.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

L-applikazzjoni tista’ tesiġi titjib tas-sistema ta’ tnaqqis tat-trab sabiex tiġi ggarantita konċentrazzjoni ta’ trab ta’ inqas minn 10 – 15 mg/Nm3 u sistema ta’ desulfurizzazzjoni għat-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ SOX

Minħabba t-tieqa tat-temperatura operattiva ottimali, l-applikabilità hija limitata għall-użu ta’ preċipitaturi elettrostatiċi. B’mod ġenerali, it-teknika ma tintużax ma’ sistema ta’ filtru b’borża minħabba li t-temperatura operattiva baxxa, fil-firxa ta’ 180 – 200 °C, tkun teħtieġ tisħin mill-ġdid tal-gassijiet ta’ skart.

L-implimentazzjoni tat-teknika tista’ tesiġi disponibbiltà sinifikanti ta’ spazju

ii.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Applikabilità limitata ħafna għall-fran riġenerattivi konvenzjonali, fejn it-tieqa tat-temperatura korretta hija diffiċli biex tiġi aċċessata jew ma tippermettix taħlit tajjeb tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija mar-reaġent

Tista’ tkun applikabbli għal fran riġenerattivi ġodda mgħammra b’riġeneraturi maqsuma; madankollu, it-tieqa tat-temperatura hija diffiċli li tinżamm minħabba t-treġġigħ lura tan-nar bejn il-kompartimenti li jikkawża bidla ċiklika fit-temperatura

Tabella 39

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ speċjali

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (117)

NOX espressi bħala NO2

Modifiki fil-kombustjoni

600 – 800

1,5 – 3,2

Tidwib elettriku

< 100

< 0,25 – 0,4

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant (118)  (119)

Mhux applikabbli

< 1 – 3

Tekniki sekondarji

< 500

< 1 – 3

50.   Meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott, il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX jitnaqqsu billi jitnaqqas l-użu ta’ din il-materja prima, flimkien ma’ tekniki primarji jew sekondarji

Teknika (120)

Applikabilità

Tekniki primarji

tnaqqis fl-użu tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

L-użu tan-nitrati huwa applikat għal prodotti ta’ kwalità għolja ħafna, fejn ikunu meħtieġa karatteristiċi speċjali tal-ħġieġ. Materjali alternattivi effettivi huma s-sulfati, l-ossidi tal-arseniku, l-ossidu taċ-ċerju

Is-sostituzzjoni tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott tista’ tkun limitata mill-ispejjeż għoljin u/jew l-impatt ambjentali akbar tal-materjali alternattivi


Tabella 40

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ speċjali meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

Parametru

BAT

BAT-AEL (121)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (122)

NOX espressi bħala NO2

Tnaqqis fl-użu ta’ nitrati fil-formulazzjoni tal-lott flimkien ma’ tekniki primarji jew sekondarji

< 500 – 1 000

< 1 – 6

1.6.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib

51.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (123)

Applikabilità

(a)

Tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott tal-ħġieġ finali

(b)

Użu ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

(ċ)

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 41

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ speċjali

Parametru

Karburant/Teknika tad-tidwib

BAT-AEL (124)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (125)

SOX espress bħala SO2

Gass naturali,

tidwib bl-elettriku (126)

< 30 – 200

< 0,08 – 0,5

Żejt tal-karburant (127)

500 – 800

1,25 – 2

1.6.4.   Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib

52.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (128)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet tal-formulazzjoni tal-lott għat-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tnaqqis tal-komposti tal-fluworu u/jew tal-kloru fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-massa tal-fluworu u/jew tal-kloru

Il-komposti tal-fluworu jintużaw biex jagħtu karatteristiċi partikolari lil ħġieġ speċjali (jiġifieri ħġieġ tal-illuminazzjoni opaka, ħġieġ ottiku).

Il-komposti tal-kloru jistgħu jintużaw bħala aġenti tal-irfinar għall-produzzjoni ta’ ħġieġ tal-borosilikat

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott finali.

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 42

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ speċjali

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (129)

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl (130)

< 10 – 20

< 0,03 – 0,05

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

< 1 – 5

< 0,003 – 0,04 (131)

1.6.5.   Metalli mill-fran tat-tidwib

53.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (132)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet imposti mit-tip ta’ ħġieġ prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tnaqqis fl-użu ta’ komposti tal-metall fil-formulazzjoni tal-lott, permezz ta’ għażla xierqa tal-materja prima meta jkun meħtieġ l-għoti tal-kulur u t-tneħħija tal-kulur tal-ħġieġ jew meta jingħataw karatteristiċi speċifiċi lill-ħġieġ

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni


Tabella 43

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-ħġieġ speċjali

Parametru

BAT-AEL (133)  (134)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (135)

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 0,1 – 1

< 0,3 – 3 × 10–3

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 1 – 5

< 3 – 15 × 10–3

1.6.6.   Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant

54.   Għal proċessi mutraba lil hinn mill-impjant, il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab u l-metalli jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (136)

Applikabilità

i.

Twettiq ta’ operazzjonijiet mutraba (eż. qtugħ, tħin, illostrar) taħt likwidu

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtru b’borża


Tabella 44

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ trab u ta’ metalli minn proċessi lil hinn mill-impjant fis-settur tal-ħġieġ speċjali, meta ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Trab

1 – 10

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI) (137)

< 1

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn) (137)

< 1 – 5

55.   Għall-proċessi ta’ llostrar bl-aċidu, il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HF jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (138)

Deskrizzjoni

i.

Tnaqqis fit-telf tal-prodott tal-illostrar billi jkun żgurat issiġillar tajjeb tas-sistema tal-applikazzjoni

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Applikazzjoni ta’ teknika sekondarja, eż. tisfija mill-impuritajiet fl-umdu


Tabella 45

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ HF minn proċessi ta’ llostrar bl-aċidu fis-settur tal-ħġieġ speċjali, meta ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

< 5

1.7.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tas-suf minerali

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha li jimmanifatturaw suf minerali.

1.7.1.   Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib

56.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab jitnaqqsu mill-gassijiet ta’ skart tal-forn tat-tidwib billi jiġi applikat preċipitatur elettrostatiku jew tiġi applikata sistema ta’ filtru b’borża

Teknika (139)

Applikabilità

Sistema ta’ filtrazzjoni: preċipitatur elettrostatiku jew filtru b’borża

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Il-preċipitaturi elettrostatiċi mhumiex applikabbli għall-fran cupola għall-produzzjoni tas-suf tal-ġebel, minħabba r-riskju ta’ splużjoni mit-tqabbid tal-monossidu tal-karbonju prodott fil-forn


Tabella 46

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ trab mill-forn tat-tidwib fis-settur tas-suf minerali

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (140)

Trab

< 10 – 20

< 0,02 – 0,050

1.7.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib

57.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (141)

Applikabilità

i.   

Modifiki fil-kombustjoni

(a)

Tnaqqis fil-proporzjon ta’ arja/karburant

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(b)

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

Applikabbli biss f’ċirkustanzi speċifiċi għall-installazzjoni minħabba effiċjenza anqas tal-forn u domanda akbar għall-karburant (jiġifieri użu ta’ fran rekuperattivi minflok fran riġenerattivi)

(c)

Kombustjoni fi stadji:

Injezzjoni tal-arja fi stadji (air staging)

Injezzjoni tal-karburant fi stadji (fuel staging)

L-injezzjoni tal-karburant fi stadji hija applikabbli għall-biċċa l-kbira tal-fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

L-injezzjoni tal-arja fi stadji għandha applikabilità limitata ħafna minħabba l-kumplessità teknika

(d)

Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

L-applikabilità ta’ din it-teknika hija limitata għall-użu ta’ berners speċjali b’riċirkolazzjoni awtomatika tal-gass ta’ skart

(e)

Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Il-benefiċċji ambjentali miksuba huma ġeneralment aktar baxxi għall-applikazzjonijiet għal fran cross-fired, li jaħdmu bil-gass, minħabba restrizzjonijiet tekniċi u grad aktar baxx ta’ flessibbiltà tal-forn.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(f)

Għażla tal-karburant

L-applikabilità hija limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ tipi differenti ta’ karburant, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

ii.

Tidwib elettriku

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet ta’ ħġieġ f’volumi kbar (> 300 tunnellata/ġurnata).

Mhux applikabbli għal produzzjonijiet li jeħtieġu varjazzjonijiet tal-ġbid kbar.

L-implimentazzjoni teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn

iii.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet waqt il-bini mill-ġdid komplet tal-forn


Tabella 47

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tas-suf minerali

Parametru

Prodott

Teknika tat-tidwib

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (142)

NOX espress bħala NO2

Suf tal-ħġieġ (Glass wool)

Fran li jaħdmu bl-arja/karburant u fran elettriċi

< 200 – 500

< 0,4 – 1,0

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant (143)

Mhux applikabbli

< 0,5

Suf tal-ġebel (Stone wool)

Kull tip ta’ forn

< 400 – 500

< 1,0 – 1,25

58.   Meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott għall-produzzjoni tas-suf tal-ħġieġ, il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (144)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fl-użu tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

L-użu tan-nitrati huwa applikat bħala aġent ta’ ossidazzjoni f’formulazzjonijiet tal-lott b’livelli għoljin ta’ ħġieġ miksur estern sabiex jikkumpensa għall-preżenza ta’ materjal organiku kontenut fil-ħġieġ miksur

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott finali

ii.

Tidwib elettriku

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

L-implimentazzjoni tat-tidwib bl-elettriku teħtieġ bini mill-ġdid komplet tal-forn

iii.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet magħmula waqt il-bini mill-ġdid komplet tal-forn


Tabella 48

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fil-produzzjoni tas-suf tal-ħġieġ meta jintużaw in-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (145)

NOX espressi bħala NO2

Tnaqqis fl-użu ta’ nitrati fil-formulazzjoni tal-lott, flimkien ma’ tekniki primarji

< 500 – 700

< 1,0 – 1,4 (146)

1.7.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib

59.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (147)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit

Fil-produzzjoni tas-suf tal-ħġieġ, it-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-disponibbiltà ta’ materjali b’kontenut baxx ta’ kubrit, b’mod partikolari ħġieġ miksur estern. Il-livelli għoljin ta’ ħġieġ miksur estern fil-formulazzjoni tal-lott jillimitaw il-possibbiltà ta’ ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit minħabba kontenut varjabbli ta’ kubrit.

Fil-produzzjoni tas-suf tal-ġebel, l-ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit tista’ teħtieġ approċċ ta’ kompromess bejn it-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ SOX mill-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija u l-ġestjoni tal-iskart solidu, li jiġi mit-trattament tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija (trab tal-filtri) u/jew mill-proċess ta’ fibratura, li jista’ jiġi rriċiklat fil-formulazzjoni tal-lott (briquettes tas-siment) jew li jista’ jkun meħtieġ li jintrema

ii.

Użu ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

Il-preċipitaturi elettrostatiċi mhumiex applikabbli għal fran cupola għall-produzzjoni tas-suf tal-ġebel (ara l-BAT 56)

iv.

Użu ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tekniċi; jiġifieri l-ħtieġa għal impjant speċifiku għat-trattament tad-drenaġġ


Tabella 49

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tas-suf minerali

Parametru

Prodott/kundizzjonijiet

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (148)

SOX espress bħala SO2

Suf tal-ħġieġ (Glass wool)

Fran li jaħdmu bil-gass u fran elettriċi (149)

< 50 – 150

< 0,1 – 0,3

Suf tal-ġebel (Stone wool)

Fran li jaħdmu bil-gass u fran elettriċi

< 350

< 0,9

Fran cupola, l-ebda briquettes jew riċiklaġġ tal-gagazza (150)

< 400

< 1,0

Fran cupola, bi briquettes tas-siment jew riċiklaġġ tal-gagazza (151)

< 1 400

< 3,5

1.7.4.   Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib

60.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (152)

Deskrizzjoni

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tal-formulazzjoni tal-lott u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

Il-preċipitaturi elettrostatiċi mhumiex applikabbli għal fran cupola għall-produzzjoni tas-suf tal-ġebel (ara l-BAT 56)


Tabella 50

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib fis-settur tas-suf minerali

Parametru

Prodott

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (153)

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl

Suf tal-ħġieġ (Glass wool)

< 5 – 10

< 0,01 – 0,02

Suf tal-ġebel (Stone wool)

< 10 – 30

< 0,025 – 0,075

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

Il-prodotti kollha

< 1 – 5

< 0,002 – 0,013 (154)

1.7.5.   Sulfid tal-idroġenu (H2S) mill-fran tat-tidwib tas-suf tal-ħġieġ

61.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-H2S mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tiġi applikata sistema ta’ inċinerazzjoni tal-gass ta’ skart biex tossida s-sulfid tal-idroġenu għal SO2

Teknika (155)

Applikabilità

Sistema ta’ inċineratur tal-gass ta’ skart

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali għal fran cupola għall-produzzjoni tas-suf tal-ħġieġ


Tabella 51

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-H2S mill-forn tat-tidwib fil-produzzjoni tas-suf tal-ħġieġ

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (156)

Sulfid tal-idroġenu, espress bħala H2S

< 2

< 0,005

1.7.6.   Metalli mill-fran tat-tidwib

62.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (157)

Applikabilità

iv.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-disponibbiltà tal-materja prima.

Fil-produzzjoni tas-suf tal-ħġieġ, l-użu tal-manganiż fil-formulazzjoni tal-lott bħala aġent ossidanti jiddependi fuq il-kwantità u l-kwalità tal-ħġieġ miksur estern li jintuża fil-formulazzjoni tal-lott u għalhekk jista’ jitnaqqas

v.

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni

Il-preċipitaturi elettrostatiċi mhumiex applikabbli għal fran cupola għall-produzzjoni tas-suf tal-ġebel (ara l-BAT 56)


Tabella 52

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib fis-settur tas-suf minerali

Parametru

BAT-AEL (158)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (159)

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 0,2 – 1 (160)

< 0,4 – 2,5 × 10–3

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 1 – 2 (160)

< 2 – 5 × 10–3

1.7.7.   Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant

63.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet mill-proċessi lil hinn mill-impjant jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (161)

Applikabilità

i.

Ġettijiet ta’ impatt u ċikluni

It-teknika hija bbażata fuq it-tneħħija ta’ partikuli u qtajriet mill-gassijiet ta’ skart permezz ta’ impatt/pressjoni, kif ukoll ta’ sustanzi gassużi b’assorbiment parzjali bl-ilma. L-ilma tal-proċess normalment jintuża għall-ġettijiet ta’ impatt. L-ilma tal-proċess tar-riċiklaġġ jiġi ffiltrat qabel ma jerġa’ jiġi applikat.

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali għas-settur tas-suf minerali, b’mod partikolari għall-proċessi tas-suf tal-ħġieġ għat-trattament tal-emissjonijiet miż-żona tal-iffurmar (applikazzjoni tal-kisi tal-fibri).

Applikabilità limitata għall-proċessi tas-suf tal-ħġieġ billi tista’ taffettwa ħażin tekniki oħra ta’ tnaqqis li jkunu qegħdin jintużaw.

ii.

Tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali għat-trattament ta’ gassijiet ta’ skart mill-proċess tal-iffurmar (applikazzjoni tal-kisi tal-fibri) għall-gassijiet ta’ skart ikkombinati (iffurmar u twebbis)

iii.

Preċipitaturi elettrostatiċi fl-umdu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali għat-trattament ta’ gassijiet ta’ skart mill-proċess tal-iffurmar (applikazzjoni tal-kisi tal-fibri), mill-fran tat-twebbis jew għall-gassijiet ta’ skart ikkombinati (iffurmar u twebbis)

iv.

Filtri tas-suf tal-ġebel

Din tikkonsisti minn struttura tal-azzar jew tal-konkrit li fiha jiġu mmuntati ċangaturi tas-suf tal-ħġieġ u jaġixxu bħala mezz ta’ filtru. Il-mezz ta’ filtru jrid jitnaddaf jew jinbidel perjodikament. Dan il-filtru huwa adatt għal gassijiet ta’ skart b’kontenut għoli ta’ umdità u materja partikulata ta’ natura adeżiva

L-applikabilità hija limitata prinċipalment għall-proċessi tas-suf tal-ġebel għall-gassijiet ta’ skart miż-żona tal-iffurmar u/jew il-fran tat-twebbis

v.

Inċinerazzjoni tal-gassijiet ta’ skart

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali għat-trattament ta’ gassijiet ta’ skart mill-fran tat-twebbis, b’mod partikolari fil-proċessi tas-suf tal-ġebel.

L-applikazzjoni għal gassijiet ta’ skart ikkombinati (iffurmar u twebbis) mhijiex ekonomikament vijabbli minħabba l-volum għoli, il-konċentrazzjoni baxxa, it-temperatura baxxa tal-gassijiet ta’ skart


Tabella 53

BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja minn proċessi lil hinn mill-impjant fis-settur tas-suf minerali, meta ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ prodott lest

Żona tal-iffurmar - Emissjonijiet ikkombinati mill-iffurmar u t-twebbis-Emissjonijiet ikkombinati mill-iffurmar, it-twebbis u t-tkessiħ

Materja partikulata totali

< 20 – 50

Fenol

< 5 – 10

Formaldeid

< 2 – 5

Ammonja

30 – 60

Ammini

< 3

Komposti organiċi volatili totali espressi bħala C

10 – 30

Emissjonijiet mill-forn tat-twebbis  (162)  (163)

Materja partikulata totali

< 5 – 30

< 0,2

Fenol

< 2 – 5

< 0,03

Formaldeid

< 2 – 5

< 0,03

Ammonja

< 20 – 60

< 0,4

Ammini

< 2

< 0,01

Komposti organiċi volatili totali espressi bħala C

< 10

< 0,065

NOX, espress bħala NO2

< 100 – 200

< 1

1.8.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura ta’ suf ta’ iżolament ta’ temperatura għolja (HTIW)

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha li jimmanifatturaw HTIW.

1.8.1.   Emissjonijiet ta’ trab minn proċessi ta’ tidwib u lil hinn mill-impjant

64.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab mill-gassijiet ta’ skart tal-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tiġi applikata sistema ta’ filtrazzjoni.

Teknika (164)

Applikabilità

Is-sistema ta’ filtrazzjoni ġeneralment tikkonsisti minn filtru b’borża

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 54

BAT-AELs għall-emissjonijiet tat-trab mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-HTIW

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

Trab

Tindif tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija permezz ta’ sistemi ta’ filtrazzjoni

< 5 – 20 (165)

65.   Għal proċessi mutraba lil hinn mill-impjant, il-BAT hija li l-emissjonijiet jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (166)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fit-telf tal-prodott billi jiġi żgurat issiġillar tajjeb tal-linja tal-produzzjoni, fejn teknikament applikabbli.

Is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ trab u fibri huma:

il-fibratura u l-ġbir

il-formazzjoni ta’ twapet (needling)

il-ħruq tal-lubrikant

il-qtugħ, it-tirqim u l-ippakkjar tal-prodott lest

Kostruzzjoni, issiġillar u manutenzjoni tajba tas-sistemi ta’ pproċessar lil hinn mill-impjant huma essenzjali sabiex jitnaqqas it-telf tal-prodott fl-arja

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Qtugħ, tirqim u ppakkjar taħt vakwu, billi tiġi applikata sistema effiċjenti ta’ estrazzjoni flimkien ma’ filtru tat-tessuti.

Tiġi applikata pressjoni negattiva fuq l-istazzjon tax-xogħol (jiġifieri l-magna tal-qtugħ, il-kaxxa tal-kartun għall-ippakkjar) sabiex jiġu estratti r-rilaxxi ta’ partikuli u ta’ fibri u jitwasslu ġo filtru tat-tessuti

iii.

Tiġi applikata sistema ta’ filtru tat-tessuti (166)

Il-gassijiet ta’ skart minn operazzjonijiet lil hinn mill-impjant (eż. fibratura, formazzjoni ta’ twapet, ħruq tal-lubrikant) jitwasslu ġewwa sistema ta’ trattament li tikkonsisti minn filtru b’borża


Tabella 55

BAT-AELs minn proċessi mutraba lil hinn mill-impjant fis-settur tal-HTIW, meta ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Trab (167)

1 – 5

1.8.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX) minn proċessi ta’ tidwib u lil hinn mill-impjant

66.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn ta’ ħruq tal-lubrikant jitnaqqsu billi jiġu applikati kontroll u/jew modifiki tal-kombustjoni

Teknika

Applikabilità

Kontroll u/jew modifiki tal-kombustjoni

It-tekniki sabiex titnaqqas il-formazzjoni ta’ emissjonijiet termali ta’ NOX jinkludu kontroll tal-parametri prinċipali tal-kombustjoni:

proporzjon ta’ arja/karburant (kontenut ta’ ossiġenu fiż-żona ta’ reazzjoni)

temperatura tal-fjamma

ħin ta’ residenza fiż-żona tat-temperatura għolja.

Kontroll tajjeb tal-kombustjoni jikkonsisti mill-ġenerazzjoni ta’ dawk il-kundizzjonijiet li huma l-inqas favorevoli għall-formazzjoni ta’ NOX

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 56

BAT-AELs għan-NOX mill-forn li jaħraq il-lubrikant fis-settur tal-HTIW

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

NOX espressi bħala NO2

Kontroll u/jew modifiki tal-kombustjoni

100 – 200

1.8.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX) minn proċessi tat-tidwib u downstream

67.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ SOX mill-fran tat-tidwib u l-proċessi lil hinn mill-impjant jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (168)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kubrit

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Użu ta’ karburant b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 57

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ SOX mill-fran tat-tidwib u l-proċessi lil hinn mill-impjant fis-settur tal-HTIW

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

SOx espressi bħala SO2

Tekniki primarji

< 50

1.8.4.   Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib

68.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintgħażel materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

Teknika (169)

Applikabilità

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 58

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-HTIW

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl

< 10

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

< 5

1.8.5.   Metalli mill-fran tat-tidwib u proċessi lil hinn mill-impjant

69.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib u/jew mill-proċessi lil hinn mill-impjant jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (170)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni


Tabella 59

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib u/jew minn proċessi lil hinn mill-impjant fis-settur tal-HTIW

Parametru

BAT-AEL (171)

mg/Nm3

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 1

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 5

1.8.6.   Komposti organiċi volatili minn proċessi lil hinn mill-impjant

70.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) mill-forn li jaħraq il-lubrikant jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (172)

Applikabilità

i.

Kontroll tal-kombustjoni, inkluż monitoraġġ tal-emissjonijiet assoċjati ta’ CO.

It-teknika tikkonsisti fil-kontroll tal-parametri tal-kombustjoni (eż. kontenut ta’ ossiġenu fiż-żona ta’ reazzjoni, temperatura tal-fjamma) bil-għan li tkun żgurata kombustjoni kompleta tal-komponenti organiċi (jiġifieri l-polietilen glikol) fil-gass ta’ skart. Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju jippermetti li tiġi kkontrollata l-preżenza ta’ materjali organiċi mhux maħruqa

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Inċinerazzjoni tal-gassijiet ta’ skart

Il-vijabilità ekonomika tista’ tillimita l-applikabilità ta’ dawn it-tekniki minħabba l-volumi baxxi ta’ gassijiet ta’ skart u l-konċentrazzjonijiet ta’ VOC

iii.

Tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu


Tabella 60

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ VOC mill-forn li jaħraq il-lubrikant fis-settur tal-HTIW, meta ttrattati separatament

Parametru

BAT

BAT-AEL

mg/Nm3

Komposti organiċi volatili espressi bħala C

Tekniki primarji u/jew sekondarji

10 – 20

1.9.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-frits

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-installazzjonijiet kollha li jimmanifatturaw il-frits.

1.9.1.   Emissjonijiet tat-trab mill-fran tat-tidwib

71.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tat-trab mill-gassijiet ta’ skart tal-forn tat-tidwib jitnaqqsu permezz ta’ preċipitatur elettrostatiku jew sistema ta’ filtru b’borża.

Teknika (173)

Applikabilità

Sistema ta’ filtrazzjoni: preċipitatur elettrostatiku jew filtru b’borża

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 61

BAT-AELs għall-emissjonijiet tat-trab mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-frits

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (174)

Trab

< 10 – 20

< 0,05 – 0,15

1.9.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-fran tat-tidwib

72.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (175)

Applikabilità

i.

Tnaqqis fl-użu tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

Fil-produzzjoni tal-frits, in-nitrati jintużaw fil-formulazzjoni tal-lott ta’ ħafna prodotti sabiex jinkisbu l-karatteristiċi meħtieġa

Is-sostituzzjoni tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott tista’ tkun limitata mill-ispejjeż għoljin u/jew l-impatt ambjentali akbar tal-materjali alternattivi u/jew ir-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott finali

ii.

Tnaqqis tal-arja parasitika li tidħol fil-forn

It-teknika tikkonsisti fil-prevenzjoni tad-dħul tal-arja fil-forn billi jiġu ssiġillati l-blokok tal-berners, l-alimentatur tal-materjal tal-lott u kwalunkwe ftuħ ieħor fil-forn tat-tidwib

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

iii.   

Modifiki fil-kombustjoni

(a)

Tnaqqis fil-proporzjon ta’ arja/karburant

Applikabbli għal fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(b)

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

Applikabbli biss f’ċirkustanzi speċifiċi għall-installazzjoni minħabba effiċjenza anqas tal-forn u domanda akbar għall-karburant

(ċ)

Kombustjoni fi stadji:

Injezzjoni tal-arja fi stadji (air staging)

Injezzjoni tal-karburant fi stadji (fuel staging)

L-injezzjoni tal-karburant fi stadji hija applikabbli għall-biċċa l-kbira tal-fran konvenzjonali li jaħdmu bl-arja/karburant.

L-injezzjoni tal-arja fi stadji għandha applikabilità limitata ħafna minħabba l-kumplessità teknika tagħha

(d)

Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

L-applikabilità ta’ din it-teknika hija limitata għall-użu ta’ berners speċjali b’riċirkolazzjoni awtomatika tal-gass ta’ skart

(e)

Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali.

Benefiċċji sħaħ jinkisbu f’bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn, meta kkombinat ma’ disinn u ġeometrija ottimali tal-forn

(f)

Għażla tal-karburant

L-applikabilità hija limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ tipi differenti ta’ karburant, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

iv.

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

L-akbar benefiċċji ambjentali jinkisbu għal applikazzjonijiet waqt il-bini mill-ġdid komplet tal-forn


Tabella 62

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ NOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-frits

Parametru

BAT

Kundizzjonijiet tat-tħaddim

BAT-AEL (176)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (177)

NOX espress bħala NO2

Tekniki primarji

Tqabbid b’ossiġenu u karburant, mingħajr nitrati (178)

Mhux applikabbli

< 2,5 – 5

Tqabbid b’ossiġenu u karburant, bl-użu ta’ nitrati

Mhux applikabbli

5 – 10

Kombustjoni ta’ karburant/arja, kombustjoni ta’ karburant/arja arrikkita bl-ossiġenu, mingħajr nitrati

500 – 1 000

2,5 – 7,5

Kombustjoni ta’ karburant/arja, kombustjoni ta’ karburant/arja arrikkita bl-ossiġenu, bl-użu ta’ nitrati

< 1 600

< 12

1.9.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX) mill-fran tat-tidwib

73.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib jiġu kkontrollati billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (179)

Applikabilità

1.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kubrit

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-disponibbiltà tal-materja prima

2.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali

3.

Użu ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-applikabilità tista’ tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit, li tista’ tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 63

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ SOX mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-frits

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (180)

SOX, espress bħala SO2

< 50 – 200

< 0,25 – 1,5

1.9.4.   Klorur tal-idroġenu (HCl) u fluworur tal-idroġenu (HF) mill-fran tat-tidwib

74.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (181)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tal-formulazzjoni tal-lott u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tnaqqis tal-komposti tal-fluworu fil-formulazzjoni tal-lott meta jintużaw sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott finali

Il-komposti tal-fluworu jintużaw sabiex jagħtu karatteristiċi partikolari lit-taħlitiet ta’ ramel u metall għall-ħġieġ (jiġifieri reżistenza termali u kimika)

It-tnaqqis jew is-sostituzzjoni tal-komposti tal-fluworu b’materjali alternattivi hija limitata mir-rekwiżiti ta’ kwalità tal-prodott

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali


Tabella 64

BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-HCl u tal-HF mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-frits

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (182)

Klorur tal-idroġenu, espress bħala HCl

< 10

< 0,05

Fluworur tal-idroġenu, espress bħala HF

< 5

< 0,03

1.9.5.   Metalli mill-fran tat-tidwib

75.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (183)

Applikabilità

i.

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

It-teknika hija applikabbli b’mod ġenerali fi ħdan ir-restrizzjonijiet tat-tip ta’ fritt prodott fl-installazzjoni u d-disponibbiltà tal-materja prima

ii.

Tnaqqis fl-użu ta’ komposti tal-metalli fil-formulazzjoni tal-lott, fejn ikun meħtieġ l-għoti tal-kulur jew jingħataw karatteristiċi speċifiċi oħra lill-frit

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

iii.

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni


Tabella 65

BAT-AELs għall-emissjonijiet ta’ metalli mill-forn tat-tidwib fis-settur tal-frits

Parametru

BAT-AEL (184)

mg/Nm3

kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb (185)

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 1

< 7,5 × 10–3

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 5

< 37 × 10–3

1.9.6.   Emissjonijiet minn proċessi lil hinn mill-impjant

76.   Għal proċessi mutraba lil hinn mill-impjant, il-BAT hija li l-emissjonijiet jitnaqqsu billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

Teknika (186)

Applikabilità

i.

Applikazzjoni ta’ tekniki ta’ tħin fl-umdu

It-teknika tikkonsisti fit-tħin tal-frit għad-distribuzzjoni mixtieqa tad-daqs tal-partikuli sabiex tiġi ffurmata taħlita ta’ materjal insolubbli bl-ilma (slurry). Il-proċess ġeneralment jitwettaq bl-ilma f’mitħna bil-boċċi tal-alumina

It-tekniki huma applikabbli b’mod ġenerali

ii.

Użu ta’ tħin fin-niexef u ppakkjar tal-prodott niexef b’sistema effiċjenti ta’ estrazzjoni flimkien ma’ filtru tat-tessuti

Tiġi applikata pressjoni negattiva fuq it-tagħmir tat-tħin jew fuq l-istazzjoni tax-xogħol fejn isir l-ippakkjar sabiex l-emissjonijiet tat-trab jitwasslu f’filtru tat-tessuti

iii.

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni


Tabella 66

BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja minn proċessi lil hinn mill-impjant fis-settur tal-frits, meta jiġu ttrattati separatament

Parametru

BAT-AEL

mg/Nm3

Trab

5 – 10

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI)

< 1 (187)

Σ (As, Co, Ni, Cd, Se, CrVI, Sb, Pb, CrIII, Cu, Mn, V, Sn)

< 5 (187)

Glossarju

1.10.   Deskrizzjoni tat-tekniki

1.10.1.   Emissjonijiet tat-trab

Teknika

Deskrizzjoni

Preċipitatur elettrostatiku

Il-preċipitaturi elettrostatiċi jaħdmu b’mod li l-partikuli jiġu ċċarġjati u separati taħt l-influwenza ta’ kamp elettriku. Il-preċipitaturi elettrostatiċi huma kapaċi joperaw f’firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet

Filtru b’borża

Il-filtri b’borża huma kostruwiti minn tessut poruż minsuġ jew imtappan bħal feltru biex minnu jiġu mgħoddija l-gassijiet biex jitneħħew il-partikuli.

L-użu ta’ filtru b’borża jeħtieġ għażla ta’ materjal ta’ tessut adegwat għall-karatteristiċi tal-gassijiet ta’ skart u t-temperatura operattiva massima

Tnaqqis fil-komponenti volatili b’modifiki fil-materja prima

Il-formulazzjoni tal-kompożizzjonijiet tal-lott jista’ jkun fiha komponenti volatili ħafna (eż. komposti tal-boron) li jistgħu jitnaqqsu jew jinbidlu sabiex jitnaqqsu emissjonijiet tat-trab iġġenerati prinċipalment minn fenomeni ta’ volatilizzazzjoni

Tidwib elettriku

It-teknika tikkonsisti minn forn tat-tidwib fejn l-enerġija tiġi pprovduta minn tisħin ta’ reżistenza.

Fil-fran bil-wiċċ kiesaħ (fejn l-elettrodi ġeneralment ikunu mdaħħla fil-qiegħ tal-forn), l-għata tal-lott tgħatti l-wiċċ tat-tidwib bi tnaqqis konsegwenti sinifikanti tal-volatilizzazzjoni tal-komponenti tal-lott (jiġifieri komposti taċ-ċomb)

1.10.2.   Emissjonijiet ta’ NOX

Teknika

Deskrizzjoni

Modifiki fil-kombustjoni

i.

Tnaqqis fil-proporzjon ta’ arja/karburant

It-teknika hija bbażata prinċipalment fuq il-karatteristiċi li ġejjin:

tnaqqis tat-tnixxijiet tal-arja għal ġol-forn

kontroll bir-reqqa tal-arja użata għall-kombustjoni

disinn modifikat tal-kompartiment ta’ kombustjoni tal-forn

ii.

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

L-użu ta’ fran ta’ rkupru, minflok fran riġenerattivi, jirriżulta fi tnaqqis fit-temperatura tat-tisħin minn qabel tal-arja u, konsegwentement, temperatura aktar baxxa tal-fjamma. Madankollu, dan huwa assoċjat ma’ effiċjenza aktar baxxa tal-forn (ġibda speċifika aktar baxxa), effiċjenza aktar baxxa tal-karburant u domanda akbar għall-karburant, li jwassal għal emissjonijiet potenzjalment ogħla (kg/tunnellata ta’ ħġieġ)

iii.

Kombustjoni fi stadji

1.   Introduzzjoni fi stadji tal-arja fil-forn (staging)– tinvolvi tqabbid stojkjometriku u ż-żieda tal-arja jew l-ossiġenu li jifdal fil-forn biex titlesta l-kombustjoni.

2.   Introduzzjoni fi stadji tal-karburant fil-forn (staging)– fjamma primarja b’impuls baxx tiġi żviluppata fil-għonq tal-fetħa (10 % tal-enerġija totali); fjamma sekondarja tgħatti l-bażi tal-fjamma primarja u tnaqqas it-temperatura ċentrali tagħha

iv.

Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

Timplika l-injezzjoni mill-ġdid tal-gass ta’ skart mill-forn għal ġol-fjamma biex tnaqqas il-kontenut ta’ ossiġenu u b’hekk it-temperatura tal-fjamma.

L-użu ta’ berners speċjali huwa bbażat fuq ċirkolazzjoni mill-ġdid interna tal-gassijiet ta’ kombustjoni li jkessħu l-bażi tal-fjammi u jnaqqsu l-kontenut ta’ ossiġenu fl-iżjed parti sħuna tal-fjammi

v.

Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX

It-teknika hija bbażata fuq il-prinċipji tat-tnaqqis tal-ogħla temperatura tal-fjamma, l-ittardjar iżda t-tlestija tal-kombustjoni u ż-żieda tat-trasferiment tas-sħana (emissività akbar tal-fjamma). Tista’ tkun assoċjata ma’ disinn modifikat tal-kompartiment ta’ kombustjoni tal-forn

vi.

Għażla tal-karburant

B’mod ġenerali, il-fran li jaħdmu biż-żejt juru emissjonijiet aktar baxxi ta’ NOX mill-fran li jaħdmu bil-gass minħabba emissività termali aħjar u temperaturi aktar baxxi tal-fjamma

Disinn speċjali tal-forn

Il-fran ta’ rkupru jintegraw diversi karatteristiċi, li jippermettu temperaturi aktar baxxi tal-fjamma. Il-karatteristiċi prinċipali huma:

tip speċifiku ta’ berners (għadd u pożizzjoni)

ġeometrija modifikata tal-forn (għoli u daqs)

tisħin minn qabel f’żewġ fażijiet tal-materja prima bil-gassijiet ta’ skart li jgħaddu fuq il-materja prima li tidħol fil-forn u mezz ta’ tisħin minn qabel tal-ħġieġ miksur estern lil hinn mir-rekuperatur użat għat-tisħin minn qabel tal-arja ta’ kombustjoni

Tidwib elettriku

It-teknika tikkonsisti minn forn tat-tidwib fejn l-enerġija tiġi pprovduta minn tisħin ta’ reżistenza. Il-karatteristiċi prinċipali huma:

l-elettrodi ġeneralment ikunu mdaħħla fil-qiegħ tal-forn (wiċċ kiesaħ)

in-nitrati sikwit ikunu meħtieġa fil-kompożizzjoni tal-lott ta’ fran elettriċi bil-wiċċ kiesaħ sabiex jipprovdu l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ ossidazzjoni għal proċess ta’ manifattura stabbli, sikur u effiċjenti

Tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant

It-teknika tinvolvi s-sostituzzjoni tal-arja ta’ kombustjoni b’ossiġenu (> 90 % purità), bl-eliminazzjoni/tnaqqis konsegwenti tal-formazzjoni termali ta’ NOX min-nitroġenu li jidħol fil-forn. Il-kontenut residwu ta’ nitroġenu fil-forn jiddependi mill-purità tal-ossiġenu pprovdut, fuq il-kwalità tal-karburant (% N2 fil-gass naturali) u fuq il-fetħa tal-arja potenzjali

Riduzzjoni kimika bil-karburant

It-teknika hija bbażata fuq l-injezzjoni ta’ karburant fossili fil-gass ta’ skart b’riduzzjoni kimika ta’ NOX għal N2 permezz ta’ serje ta’ reazzjonijiet. Fil-proċess 3R, il-karburant (gass naturali jew żejt) jiġi injettat fid-daħla tar-riġeneratur. It-teknoloġija hija ddisinjata għall-użu fi fran riġenerattivi

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

It-teknika hija bbażata fuq ir-riduzzjoni ta’ NOX għal nitroġenu f’sodda katalitika b’reazzjoni mal-ammonja (f’soluzzjoni milwiema ġenerali) f’temperatura operattiva ottimali ta’ madwar 300 – 450 °C.

Jistgħu jiġu applikati saff wieħed jew żewġ saffi ta’ katalist. Tnaqqis akbar ta’ NOX jinkiseb bl-użu ta’ ammonti akbar ta’ katalist (żewġ saffi)

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

It-teknika hija bbażata fuq ir-riduzzjoni ta’ NOX għal nitroġenu permezz ta’ reazzjoni mal-ammonja jew l-urea f’temperatura għolja.

It-tieqa tat-temperatura operattiva trid tinżamm bejn 900 u 1 050 °C

Tnaqqis fl-użu tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott

It-tnaqqis tan-nitrati jintuża sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOX li jirriżultaw mid-dekompożizzjoni ta’ din il-materja prima meta tiġi applikata bħala aġent ta’ ossidazzjoni għal prodotti ta’ kwalità għolja ħafna fejn ikun meħtieġ ħġieġ mingħajr kulur (ċar) ħafna jew għal tipi oħra ta’ ħġieġ sabiex jipprovdu l-karatteristiċi meħtieġa. Jistgħu jiġu applikati l-opzjonijiet li ġejjin:

Il-preżenza tan-nitrati fil-formulazzjoni tal-lott titnaqqas għall-minimu proporzjonali mal-prodott u r-rekwiżiti tat-tidwib.

In-nitrati jiġu sostitwiti b’materjali alternattivi. Alternattivi effettivi huma s-sulfati, l-ossidi tal-arseniku, l-ossidu taċ-ċerju.

Jiġu applikati modifiki fil-proċess (eż. kundizzjonijiet speċjali ta’ kombustjoni ossidanti)

1.10.3.   Emissjonijiet ta’ SOX

Teknika

Deskrizzjoni

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

Trab niexef jew sospensjoni/soluzzjoni ta’ reaġent alkalin jiġu introdotti u mferrxa fil-fluss tal-gass ta’ skart. Il-materjal jirreaġixxi mal-ispeċijiet gassużi tal-kubrit sabiex jifforma solidu li jrid jitneħħa b’filtrazzjoni (filtru b’borża jew preċipitatur elettrostatiku). B’mod ġenerali, l-użu ta’ torri ta’ reazzjoni jtejjeb l-effiċjenza tat-tneħħija tas-sistema tat-tisfija mill-impuritajiet.

Tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit

It-tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-formulazzjoni tal-lott jiġi applikat sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ SOX li jirriżultaw mid-dekompożizzjoni ta’ materja prima li fiha l-kubrit (b’mod ġenerali, sulfati) użati bħala aġenti tal-irfinar.

It-tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet ta’ SOX jiddependi fuq iż-żamma ta’ komposti tal-kubrit fil-ħġieġ, li tista’ tvarja b’mod sinifikanti skont it-tip ta’ ħġieġ, u fuq l-ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-kubrit

Użu ta’ karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit

L-użu tal-gass naturali jew ta’ żejt tal-karburant b’kontenut baxx ta’ kubrit huwa applikat sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ SOX li jirriżultaw mill-ossidazzjoni tal-kubrit preżenti fil-karburant waqt il-kombustjoni

1.10.4.   Emissjonijiet ta’ HCl, HF

Teknika

Deskrizzjoni

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ kloru u fluworu

It-teknika tikkonsisti fl-għażla bir-reqqa ta’ materja prima li jista’ jkun fiha kloruri u fluworuri bħala impuritajiet (eż. soda sintetika, dolomit, ħġieġ miksur estern, trab tal-filtri riċiklat) sabiex l-emissjonijiet ta’ HCl u HF li jirriżultaw mid-dekompożizzjoni ta’ dawn il-materjali waqt il-proċess tat-tidwib jitnaqqsu fis-sors

Tnaqqis tal-komposti tal-fluworu u/jew tal-kloru fil-formulazzjoni tal-lott u ottimizzazzjoni fil-bilanċ tal-massa tal-fluworu u/jew tal-kloru

It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-fluworu u/jew tal-kloru mill-proċess tat-tidwib jista’ jinkiseb billi titnaqqas il-kwantità ta’ dawn is-sustanzi fil-formulazzjoni tal-lott għall-minimu proporzjonali mal-kwalità tal-prodott finali. Il-komposti tal-fluworu (eż. fluorspar, krijolit, fluworsilikat) jintużaw biex jagħtu karatteristiċi partikolari lil ħġieġ speċjali (eż. ħġieġ opak, ħġieġ ottiku). Il-komposti tal-kloru jistgħu jintużaw bħala aġenti tal-irfinar

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

Trab niexef jew sospensjoni/soluzzjoni ta’ reaġent alkalin jiġu introdotti u mferrxa fil-fluss tal-gass ta’ skart. Il-materjal jirreaġixxi mal-kloruri u l-fluworuri gassużi sabiex jifforma solidu li jrid jitneħħa b’filtrazzjoni (preċipitatur elettrostatiku jew filtru b’borża)

1.10.5.   Emissjonijiet ta’ metalli

Teknika

Deskrizzjoni

Għażla ta’ materja prima għall-formulazzjoni tal-lott b’kontenut baxx ta’ metalli

It-teknika tikkonsisti fl-għażla bir-reqqa ta’ materjali tal-lott li jista’ jkun fihom metalli bħala impuritajiet (eż. ħġieġ miksur estern) l-emissjonijiet ta’ metalli li jirriżultaw mid-dekompożizzjoni ta’ dawn il-materjali waqt il-proċess tat-tidwib sabiex jitnaqqsu fis-sors

Tnaqqis fl-użu ta’ komposti tal-metalli fil-formulazzjoni tal-lott, meta jkun meħtieġ l-għoti tal-kulur jew it-tneħħija tal-kulur tal-ħġieġ, soġġett għar-rekwiżiti tal-konsumaturi rigward il-kwalità tal-ħġieġ

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ metalli mill-proċess tat-tidwib jista’ jinkiseb kif ġej:

tnaqqis fil-kwantità ta’ komposti ta’ metalli fil-formulazzjoni tal-lott (eż. komposti tal-ħadid, kromju, kobalt, ram, manganiż) fil-produzzjoni ta’ ħġieġ ikkulurit

tnaqqis fil-kwantità ta’ komposti tas-selenju u ta’ ossidu taċ-ċerju użati bħala aġenti ta’ tneħħija tal-kulur għall-produzzjoni ta’ ħġieġ ċar

Tnaqqis fl-użu ta’ komposti tas-selenju fil-formulazzjoni tal-lott, permezz ta’ għażla xierqa tal-materja prima

It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-selenju mill-proċess tat-tidwib jista’ jinkiseb billi:

titnaqqas il-kwantità ta’ selenju fil-formulazzjoni tal-lott għall-minimu proporzjonali mar-rekwiżiti tal-prodott

tintgħażel materja prima tas-selenju b’volatilità aktar baxxa, sabiex jitnaqqsu l-fenomeni ta’ volatilizzazzjoni waqt il-proċess tat-tidwib

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni

Is-sistemi għat-tnaqqis tat-trab (filtru b’borża u preċipitatur elettrostatiku) jistgħu jnaqqsu kemm l-emissjonijiet tat-trab kif ukoll tal-metall billi l-emissjonijiet fl-arja ta’ metalli mill-proċessi ta’ tidwib tal-ħġieġ huma kontenuti prinċipalment f’forma partikulata. Madankollu, għal xi metalli li jippreżentaw komposti estremament volatili (eż. is-selenju), l-effiċjenza tat-tneħħija tista’ tvarja b’mod sinifikanti mat-temperatura tal-filtrazzjoni

Tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef, flimkien ma’ sistema ta’ filtrazzjoni

Il-metalli gassużi jistgħu jitnaqqsu b’mod sostanzjali bl-użu ta’ teknika ta’ tisfija mill-impuritajiet fin-niexef jew fis-semi niexef b’reaġent alkalin. Ir-reaġent alkalin jirreaġixxi mal-ispeċijiet gassużi sabiex jifforma solidu li jrid jitneħħa permezz ta’ filtrazzjoni (filtru b’borża jew preċipitatur elettrostatiku)

1.10.6.   Emissjonijiet gassużi kkombinati (eż. SOX, HCl, HF, komposti tal-boron)

Tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

Fil-proċess tat-tisfija mill-impuritajiet fl-umdu, il-komposti gassużi jiġu mdewba f’likwidu xieraq (ilma jew soluzzjoni alkalina). Lil hinn mit-tagħmir tat-tisfija mill-impuritajiet fl-umdu, il-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija jiġu saturati bl-ilma u tkun meħtieġa separazzjoni tal-qtajriet qabel ma jinħarġu l-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. Il-likwidu li jirriżulta jrid jiġi ttrattat bi proċess tad-drenaġġ u l-materja insolubbli tinġabar permezz ta’ sedimentazzjoni jew filtrazzjoni

1.10.7.   Emissjonijiet ikkombinati (solidi + gassużi)

Teknika

Deskrizzjoni

Tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

Fi proċess ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu (b’likwidu xieraq: ilma jew soluzzjoni alkalina) tista’ tinkiseb it-tneħħija simultanja ta’ komposti solidi u gassużi. Il-kriterji tad-disinn għat-tneħħija tal-partikuli jew tal-gass huma differenti; għalhekk, id-disinn ħafna drabi jkun kompromess bejn iż-żewġ opzjonijiet.

Il-likwidu li jirriżulta jrid jiġi ttrattat bi proċess tad-drenaġġ u l-materja insolubbli (emissjonijiet solidi u prodotti minn reazzjonijiet kimiċi) tinġabar permezz ta’ sedimentazzjoni jew filtrazzjoni.

Fis-settur tas-suf minerali u tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, l-iżjed sistemi komuni applikati huma:

tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet b’kolonna b’materjal tal-ippakkjar (packed bed) b’ġettijiet ta’ impatt fi ħdan it-tagħmir

tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet venturi

Preċipitatur elettrostatiku umdu

It-teknika tikkonsisti minn preċipitatur elettrostatiku li fih il-materjal miġbur jitneħħa mill-pjanċi tal-kolletturi permezz ta’ tlaħliħ b’likwidu xieraq, ġeneralment ilma. Ġeneralment jiġi installat xi mekkaniżmu sabiex ineħħi l-qtajriet tal-ilma qabel ir-rilaxx tal-gass ta’ skart (eliminatur tar-raxx jew l-aħħar kamp ta’ fwar niexef)

1.10.8.   Emissjonijiet minn operazzjonijiet ta’ qtugħ, tħin u llostrar

Teknika

Deskrizzjoni

Twettiq ta’ operazzjonijiet mutraba (eż. qtugħ, tħin, illostrar) taħt likwidu

L-ilma ġeneralment jintuża bħala likwidu tat-tkessiħ għall-operazzjonijiet tal-qtugħ, tħin u llostrar u biex jiġu prevenuti l-emissjonijiet tat-trab. Tista’ tkun meħtieġa sistema ta’ estrazzjoni mgħammra b’eliminatur tar-raxx

Applikazzjoni ta’ sistema ta’ filtru b’borża

L-użu ta’ filtri b’borża huwa adatt għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kemm tat-trab kif ukoll tal-metalli billi l-metalli mill-proċessi lil hinn mit-tagħmir ikunu fil-biċċa l-kbira kontenuti f’forma partikulata

Tnaqqis fit-telf tal-prodott tal-illostrar billi jkun żgurat issiġillar tajjeb tas-sistema tal-applikazzjoni

L-illostrar bl-aċidu jsir bit-tgħaddis tal-oġġetti tal-ħġieġ f’banju tal-illostrar b’aċidi idrofluworiċi u sulfuriċi. Ir-rilaxx tad-dħaħen jista’ jitnaqqas b’disinn u manutenzjoni tajbin tas-sistema tal-applikazzjoni sabiex jitnaqqas it-telf

Applikazzjoni ta’ teknika sekondarja, eż. tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

It-tisfija mill-impuritajiet fl-umdu bl-ilma tintuża għat-trattament tal-gassijiet ta’ skart, minħabba n-natura aċiduża tal-emissjonijiet u s-solubilità għolja tas-sustanzi niġġiesa gassużi li jridu jitneħħew

1.10.9.   Emissjonijiet ta’ H2S, VOC

Inċinerazzjoni tal-gassijiet ta’ skart

It-teknika tikkonsisti minn sistema ta’ postkombustjoni li tossida s-sulfid tal-idroġenu (iġġenerat minn kundizzjonijiet ta’ riduzzjoni qawwija fil-forn tat-tidwib) f’diossidu tal-kubrit u l-monossidu tal-karbonju f’diossidu tal-karbonju.

Il-komposti organiċi volatili jiġu inċinerati b’mod termali b’ossidazzjoni konsegwenti għal diossidu tal-karbonju, ilma u prodotti oħra ta’ kombustjoni (eż. NOX, SOX)


(1)  Il-każijiet speċifiċi jikkorrispondu għal każijiet inqas favorevoli (jiġifieri fran żgħar speċjali bi produzzjoni ġeneralment ta’ inqas minn 100 tunnellata/ġurnata u rata ta’ ħġieġ miksur ta’ inqas minn 30 %). Din il-kategorija tirrappreżenta biss 1 jew 2 % tal-produzzjoni tal-ħġieġ tal-kontenituri.

(2)  Każijiet speċifiċi li jikkorrispondu għal każijiet inqas favorevoli u/jew ħġieġ mhux minn ġir tas-soda: borosilikati, ċeramika tal-ħġieġ, ħġieġ tal-kristall u, b’mod inqas frekwenti, ħġieġ tal-kristall taċ-ċomb.

(3)  Il-livelli ogħla huma assoċjati ma’ konċentrazzjonijiet ogħla ta’ NOX fid-dħul, rati ogħla ta’ tnaqqis u t-tixjiħ tal-katalist.

(4)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.1, 1.10.4 u 1.10.6.

(5)  Ir-rilevanza tas-sustanzi li jniġġsu elenkati fit-tabella tiddependi fuq is-settur tal-industrija tal-ħġieġ u fuq l-attivitajiet differenti mwettqa fl-impjant.

(6)  Il-livelli jirreferu għal kampjun kompost meħud matul perjodu ta’ ħin ta’ sagħtejn jew 24 siegħa.

(7)  Għas-settur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, il-BAT-AEL huwa < 200 mg/l.

(8)  Il-livell jirreferi għal ilma ttrattat li jiġi minn attivitajiet li jinvolvu llustrar bl-aċidu.

(9)  B’mod ġenerali, l-idrokarburi totali huma komposti minn żjut minerali.

(10)  L-ogħla livell tal-firxa huwa assoċjat mal-proċessi lil hinn mill-impjant għall-produzzjoni tal-ħġieġ tal-kristall taċ-ċomb.

(11)  Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ filtrazzjoni (jiġifieri preċipitatur elettrostatiku, filtru b’borża) tingħata fit-Taqsima 1.10.1.

(12)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 1.5 × 10–3 u 3 × 10–3 biex jiġi ddeterminat l-ogħla valur u l-valur l-aktar baxx tal-firxa, rispettivament.

(13)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(14)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(15)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 għal każijiet ġenerali (1,5 × 10–3), bl-eċċezzjoni tat-tidwib bl-elettriku (każijiet speċifiċi: 3 × 10–3). 3 × 10–3).

(16)  Il-valur l-aktar baxx jirreferi għall-użu ta’ disinji ta’ fran speċjali, fejn applikabbli.

(17)  Dawn il-valuri għandhom jerġgħu jiġu kkunsidrati fl-okkażjoni ta’ bini mill-ġdid normali jew komplet tal-forn tat-tidwib.

(18)  Il-livelli li jistgħu jinkisbu jiddependu fuq il-kwalità tal-gass naturali u l-ossiġenu disponibbli (kontenut ta’ nitroġenu).

(19)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(20)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 għal każijiet speċifiċi (3 × 10–3).

(21)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.3.

(22)  Għal tipi speċjali ta’ ħġieġ ikkulurit (eż. ħġieġ aħdar ridott), it-tħassib relatat mal-livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jinkisbu jista’ jesiġi li jiġi investigat il-bilanċ tal-kubrit. Il-valuri rrappurtati fit-tabella jistgħu jkunu diffiċli biex jinkisbu f’kombinazzjoni mar-riċiklaġġ tat-trab tal-filtri u r-rata ta’ riċiklaġġ tal-ħġieġ miksur estern.

(23)  Il-livelli l-aktar baxxi huma assoċjati ma’ kundizzjonijet fejn it-tnaqqis ta’ SOX ikun prijorità għolja meta mqabbel mal- produzzjoni ta’ skart solidu li jikkorrispondi għat-trab tal-filtru li jkun fih ħafna sulfat.

(24)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 għal każijiet ġenerali (1,5 × 10–3).

(25)  Il-livelli assoċjati ta’ emissjonijiet huma relatati mal-użu ta’ żejt tal-karburant b’1 % kubrit flimkien ma’ tekniki sekondarji ta’ tnaqqis. tekniki ta’ eliminazzjoni.

(26)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.4.

(27)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni għal każijiet ġenerali, irrappurtat fit-Tabella 2 (1.5 × 10–3).

(28)  Il-livelli l-aktar għoljin huma assoċjati mat-trattament simultanju tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija minn operazzjonijiet ta’ kisi hot-end.

(29)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(30)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(31)  Il-livelli l-aktar baxxi jkunu BAT-AELs meta l-komposti tal-metall ma jintużawx b’mod intenzjonali fil-formulazzjoni tal-lott.

(32)  Il-livelli l-aktar għoljin huma assoċjati mal-użu ta’ metalli għall-għoti tal-kulur jew it-tneħħija tal-kulur tal-ħġieġ, jew meta l-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija mill-operazzjonijiet ta’ kisi hot-end jiġu ttrattati flimkien mal-emissjonijiet mill-forn tat-tidwib.

(33)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni għal każijiet ġenerali, irrappurtat fit-Tabella 2 (1.5 × 10–3).

(34)  F’każijiet speċifiċi, meta jiġi prodott ħġieġ taż-żnied ta’ kwalità għolja li jkun jeħtieġ ammonti akbar ta’ selenju għat-tneħħija tal-kulur (skont it-tip ta’ materja prima), jiġu rrappurtati valuri ogħla, sa 3 mg/Nm3.

(35)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.4 u 1.10.7.

(36)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.6.

(37)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (2.5 × 10–3).

(38)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(39)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(40)  Huma mistennija livelli ogħla ta’ emissjonijiet meta n-nitrati jintużaw b’mod okkażjonali għall-produzzjoni ta’ ħġieġ speċjali.

(41)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (2.5 × 10–3).

(42)  Il-livelli aktar baxxi tal-firxa huma assoċjati mal-applikazzjoni tal-proċess Fenix.

(43)  Il-livelli li jistgħu jinkisbu jiddependu fuq il-kwalità tal-gass naturali u l-ossiġenu disponibbli (kontenut ta’ nitroġenu).

(44)  Il-livelli l-aktar għoljin tal-firxa huma assoċjati mal-impjanti eżistenti sa ma jkun hemm bini mill-ġdid komplet jew normali tal-forn tat-tidwib. Il-livelli l-aktar baxxi huma assoċjati ma’ impjanti aktar ġodda/retrofitted.

(45)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(46)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 għal każijiet speċifiċi (2,5 × 10–3)

(47)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.3.

(48)  Il-livelli aktar baxxi huma assoċjati ma’ kundizzjonijiet fejn it-tnaqqis ta’ SOX għandu prijorità għolja fuq produzzjoni aktar baxxa ta’ skart solidu li jikkorrispondi għat-trab tal-filtri b’kontenut għoli ta’ sulfat.

(49)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (2,5 × 10–3).

(50)  Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati huma relatati mal-użu ta’ żejt tal-karburant b’1 % kubrit flimkien ma’ tekniki sekondarji ta’ tnaqqis.

(51)  Għall-fran il-kbar tal-ħġieġ ċatt, it-tħassib relatat mal-livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jinkisbu jista’ jesiġi li jiġi investigat il-bilanċ tal-kubrit. Il-valuri rrappurtati fit-tabella jistgħu jkunu diffiċli sabiex jinkisbu flimkien ma’ riċiklaġġ tat-trab tal-filtri.

(52)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.4.

(53)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (2,5 × 10–3).

(54)  Il-livelli ogħla tal-firxa huma assoċjati mar-riċiklaġġ tat-trab tal-filtri fil-formulazzjoni tal-lott.

(55)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(56)  Il-meded jirreferu għas-somma tal-materjali preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(57)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (2,5 × 10–3)

(58)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(59)  Il-valuri jirreferu għas-somma tas-selenju preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(60)  Il-livelli l-aktar baxxi jikkorrispondu għal kundizzjonijiet fejn it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-Se huwa prijorità fuq produzzjoni aktar baxxa ta’ skart solidu mit-trab tal-filtri. F’dan il-każ, huwa applikat proporzjon stojkjometriku għoli (reaġent/sustanza li tniġġes) u huwa ġġenerat fluss sinifikanti ta’ skart solidu.

(61)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (2,5 × 10–3).

(62)  Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ trattament sekondarju tingħata fit-Taqsimiet 1.10.3 u 1.10.6.

(63)  Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ trattament sekondarju tingħata fit-Taqsimiet 1.10.1 u 1.10.7.

(64)  Ġew irrappurtati valuri fil-livelli ta’ < 30 mg/Nm3 (< 0.14 kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb) għal formulazzjonijiet ħielsa mill-boron, bl-applikazzjoni ta’ tekniki primarji.

(65)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (4.5 × 10–3).

(66)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(67)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (4,5 × 10–3).

(68)  Il-livelli li jistgħu jinkisbu jiddependu fuq il-kwalità tal-gass naturali u l-ossiġenu disponibbli (kontenut ta’ nitroġenu).

(69)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.3 u 1.10.6.

(70)  Il-livelli aktar għoljin tal-firxa huma assoċjati mal-użu tas-sulfati fil-formulazzjoni tal-lott għall-irfinar tal-ħġieġ.

(71)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (4,5 × 10–3).

(72)  Għall-fran li jaħdmu b’ossiġenu u karburant bl-applikazzjoni ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu, il-BAT-AEL huwa rrappurtat bħala < 0,1 kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb ta’ SOX, espress bħala SO2.

(73)  Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati huma relatati mal-użu ta’ żejt tal-karburant b’1 % kubrit flimkien ma’ tekniki sekondarji ta’ tnaqqis.

(74)  Il-livelli aktar baxxi jikkorrispondu għal kundizzjonijiet fejn it-tnaqqis ta’ SOX huwa prijorità fuq produzzjoni aktar baxxa ta’ skart solidu li jikkorrispondi għat-trab tal-filtri b’kontenut għoli ta’ sulfat. F’dan il-każ, il-livelli l-aktar baxxi huma assoċjati mal-użu ta’ filtru b’borża.

(75)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.4 u 1.10.6.

(76)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (4,5 × 10–3).

(77)  Il-livelli aktar għoljin tal-firxa huma assoċjati mal-użu ta’ komposti tal-fluworu fil-formulazzjoni tal-lott.

(78)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.5 u 1.10.6.

(79)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(80)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 (4,5 × 10–3).

(81)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.7 u 1.10.8.

(82)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.5 u 1.10.7.

(83)  Ġie applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 3 × 10–3 (ara t-Tabella 2). Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ għal produzzjonijiet speċifiċi.

(84)  Huma rrappurtati konsiderazzjonijiet rigward il-vijabilità ekonomika sabiex jinkisbu l-BAT-AELs fil-każ ta’ fran b’kapaċità ta’ < 80 t/d, li jipproduċu ħġieġ tal-ġir tas-soda.

(85)  Dan il-BAT-AEL japplika għal formulazzjonijiet tal-lott li fihom ammonti sinifikanti ta’ kostitwenti li jissodisfaw il-kriterji bħala sustanzi perikolużi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(86)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(87)  Ġie applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 2,5 × 10–3 (ara t-Tabella 2) bl-eċċezzjoni tat-tidwib bl-elettriku fejn ġie applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 3 × 10–3. Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ għal produzzjonijiet speċifiċi.

(88)  Il-livelli li jistgħu jinkisbu jiddependu fuq il-kwalità tal-gass naturali u l-ossiġenu disponibbli (kontenut ta’ nitroġenu).

(89)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(90)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni rrappurtat fit-Tabella 2 għall-ħġieġ tal-ġir tas-soda (2,5 × 10–3).

(91)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.3.

(92)  Ġie applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 2,5 × 10–3 (ara t-Tabella 2). Madankollu, jista’ jkun li jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ għal produzzjonijiet speċifiċi.

(93)  Il-livelli huma relatati mal-użu ta’ żejt tal-karburant b’1 % kubrit flimkien ma’ tekniki sekondarji ta’ tnaqqis.

(94)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.4 u 1.10.6.

(95)  Ġie applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 3 × 10–3 (ara t-Tabella 2). Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ għal produzzjonijiet speċifiċi.

(96)  Il-livelli aktar baxxi huma assoċjati mal-użu tat-tidwib bl-elettriku.

(97)  F’każijiet fejn jintużaw KCl jew NaCl bħala aġenti għall-irfinar, il-BAT-AEL huwa < 30 mg/Nm3 jew < 0.09 kg/tunnellata ta’ ħġieġ imdewweb.

(98)  Il-livelli aktar baxxi huma assoċjati mal-użu tat-tidwib bl-elettriku. Il-livelli aktar għoljin huma assoċjati mal-produzzjoni ta’ ħġieġ opali, ir-riċiklaġġ tat-trab tal-filtri jew fejn jintużaw livelli għoljin ta’ ħġieġ miksur estern fil-formulazzjoni tal-lott.

(99)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(100)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(101)  Ġie applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 3 × 10–3 (ara t-Tabella 2). Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ għal produzzjonijiet speċifiċi.

(102)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(103)  Il-valuri jirreferu għas-somma tas-selenju preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(104)  Ġie applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 3 × 10–3 (ara t-Tabella 2). Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ għal produzzjonijiet speċifiċi.

(105)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsimiet 1.10.1 u 1.10.5.

(106)  Il-valuri jirreferu għas-somma taċ-ċomb preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(107)  Ġie applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 3 × 10–3 (ara t-Tabella 2). Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ għal produzzjonijiet speċifiċi.

(108)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.8.

(109)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gass ta’ skart.

(110)  Il-livelli jirreferu għal operazzjonijiet lil hinn mill-impjant fuq ħġieġ tal-kristall taċ-ċomb.

(111)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.6.

(112)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.1.

(113)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2.5 × 10–3 u 6.5 × 10–3 biex jiġi ddeterminat l-ogħla valur u l-valur l-aktar baxx tal-firxa tal-BAT-AELs (ara t-Tabella 2), fejn uħud mill-valuri ġew approssimati. Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ, skont it-tip ta’ ħġieġ prodott (ara t-Tabella 2).

(114)  Il-BAT-AELs japplikaw għal formulazzjonijiet tal-lott li jkun fihom ammonti sinifikanti ta’ kostitwenti li jissodisfaw il-kriterji bħala sustanzi perikolużi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(115)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(116)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(117)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2.5 × 10–3 u 4 × 10–3 biex jiġi ddeterminat l-ogħla valur u l-valur l-aktar baxx tal-firxa tal-BAT-AELs (ara t-Tabella 2), fejn uħud mill-valuri ġew approssimati. Madankollu, jeħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ produzzjoni (ara t-Tabella 2).

(118)  L-ogħla valuri huma relatati mal-produzzjoni speċjali ta’ tubi tal-ħġieġ tal-borosilikat għal użu farmaċewtiku.

(119)  Il-livelli li jistgħu jinkisbu jiddependu fuq il-kwalità tal-gass naturali u l-ossiġenu disponibbli (kontenut ta’ nitroġenu).

(120)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(121)  Il-livelli aktar baxxi huma assoċjati mal-użu tat-tidwib bl-elettriku.

(122)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2.5 × 10–3 u 6.5 × 10–3 biex jiġi ddeterminat l-ogħla valur u l-valur l-aktar baxx tal-firxa tal-BAT-AELs rispettivament, fejn il-valuri ġew approssimati. Jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ produzzjoni (ara t-Tabella 2).

(123)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.3.

(124)  Il-firxiet jikkunsidraw il-bilanċi varjabbli tal-kubrit assoċjati mat-tip ta’ ħġieġ prodott.

(125)  Intuża l-fattur ta’ konverżjoni ta’ 2,5 × 10–3 (ara t-Tabella 2). Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ produzzjoni.

(126)  Il-livelli l-aktar baxxi huma assoċjati mal-użu tat-tidwib bl-elettriku u formulazzjonijiet tal-lott mingħajr sulfati.

(127)  Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati huma relatati mal-użu ta’ żejt tal-karburant b’1 % kubrit flimkien ma’ tekniki sekondarji ta’ tnaqqis.

(128)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.4.

(129)  Intuża l-fattur ta’ konverżjoni ta’ 2,5 × 10–3 (ara t-Tabella 2); fejn uħud mill-valuri ġew approssimati. Jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ produzzjoni.

(130)  Il-livelli l-aktar għoljin huma assoċjati mal-użu ta’ materjali li jkun fihom il-kloru fil-formulazzjoni tal-lott.

(131)  L-ogħla valur tal-firxa ġie dderivat minn dejta speċifika rrapportata.

(132)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(133)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(134)  Il-livelli l-aktar baxxi jkunu BAT-AELs meta l-komposti tal-metall ma jintużawx b’mod intenzjonali fil-formulazzjoni tal-lott.

(135)  Intuża l-fattur ta’ konverżjoni ta’ 2,5 × 10–3 (ara t-Tabella 2), filwaqt li xi valuri indikati fit-tabella ġew approssimati. Jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ produzzjoni.

(136)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.8.

(137)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gass ta’ skart.

(138)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.6.

(139)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.1.

(140)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2 × 10–3 u 2.5 × 10–3 biex jiġu ddeterminati l-ogħla valur u l-valur l-iktar baxx tal-BAT-AELs (ara t-Tabella 2), sabiex tiġi koperta l-produzzjoni kemm tas-suf tal-ħġieġ kif ukoll tas-suf tal-ġebel.

(141)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(142)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2 × 10–3 għas-suf tal-ħġieġ u 2,5 × 10–3 għas-suf tal-ġebel (ara t-Tabella 2).

(143)  Il-livelli li jistgħu jinkisbu jiddependu fuq il-kwalità tal-gass naturali u l-ossiġenu disponibbli (kontenut ta’ nitroġenu).

(144)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(145)  Intuża l-fattur ta’ konverżjoni 2 × 10–3 (ara t-Tabella 2).

(146)  Il-livelli aktar baxxi tal-firxiet huma assoċjati mal-applikazzjoni ta’ tidwib permezz ta’ ossiġenu u karburant.

(147)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.3 u 1.10.6.

(148)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2 × 10–3 għas-suf tal-ħġieġ u 2,5 × 10–3 għas-suf tal-ġebel (ara t-Tabella 2).

(149)  Il-livelli l-aktar baxxi tal-meded huma assoċjati mal-użu ta’ tidwib bl-elettriku. Il-livelli l-aktar għoljin huma assoċjati mal-livelli għoljin ta’ riċiklaġġ tal-ħġieġ miksur.

(150)  Il-BAT-AEL huwa assoċjat ma’ kundizzjonijiet fejn it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ SOX għandu prijorità għolja fuq produzzjoni aktar baxxa ta’ skart solidu.

(151)  Meta t-tnaqqis tal-iskart ikollu prijorità għolja fuq l-emissjonijiet ta’ SOX, jistgħu jkunu mistennija livelli ogħla għall-emissjonijiet. Il-livelli li jistgħu jinkisbu għandhom ikunu bbażati fuq bilanċ tal-kubrit.

(152)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.4.

(153)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2 × 10–3 għas-suf tal-ħġieġ u 2,5 × 10–3 għas-suf tal-ġebel (ara t-Tabella 2).

(154)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2 × 10–3 u 2,5 × 10–3 biex jiġu ddeterminati l-ogħla valuri u l-valuri l-aktar baxxi tal-firxa tal-BAT AELs (ara t-Tabella 2).

(155)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.9.

(156)  Ġie applikat il-fattur ta’ konverżjoni ta’ 2,5 × 10–3 għas-suf tal-ġebel (ara t-Tabella 2).

(157)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(158)  Il-firxiet jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(159)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 2 × 10–3 u 2,5 × 10–3 biex jiġu ddeterminati l-ogħla valuri u l-valuri l-aktar baxxi tal-firxa tal-BAT AELs (ara t-Tabella 2).

(160)  Il-valuri l-aktar għoljin huma assoċjati mal-użu ta’ fran cupola għall-produzzjoni tas-suf tal-ġebel.

(161)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.7 u 1.10.9.

(162)  Il-livelli ta’ emissjonijiet espressi f’kg/tunnellata ta’ prodott lest mhumiex affettwati mill-ħxuna tat-tapit tas-suf minerali u lanqas mill-konċentrazzjoni jew id-dilwizzjoni estrema tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. Intuża fattur ta’ konverżjoni ta’ 6,5 × 10–3.

(163)  Jekk jiġu prodotti tipi ta’ suf minerali b’densità għolja jew b’kontenut għoli ta’ aġent li jgħaqqad, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mat-tekniki elenkati bħala BAT għas-settur jistgħu jkunu konsiderevolment ogħla minn dawn il-BAT-AELs. Jekk dawn it-tipi ta’ prodotti jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-produzzjoni minn installazzjoni partikolari, f’dak il-każ għandhom jiġu kkunsidrati tekniki oħra.

(164)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.1.

(165)  Il-valuri huma assoċjati mal-użu ta’ sistema ta’ filtru b’borża.

(166)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.1.

(167)  Il-livell l-aktar baxx tal-firxa huwa assoċjat ma’ emissjonijiet ta’ suf tal-ħġieġ tas-silikat tal-aluminju/fibri ta’ ċeramika refrattorja (ASW/RCF).

(168)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.3.

(169)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.4.

(170)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(171)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(172)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 1.10.6 u 1.10.9.

(173)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.1.

(174)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 5 × 10–3 u 7.5 × 10–3 sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta’ isfel u ta’ fuq tal-firxa tal-BAT-AELs (ara t-Tabella 2). Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ kombustjoni.

(175)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 1.10.2.

(176)  Il-firxiet jikkunsidraw il-kombinazzjoni ta’ gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija minn fran li japplikaw tekniki ta’ tidwib differenti u li jipproduċu varjetà ta’ frits, bi jew mingħajr nitrati fil-formulazzjonijiet tal-lott, li jistgħu jitwasslu għal munzell wieħed, li jipprekludi l-possibbiltà ta’ karatterizzazzjoni ta’ kull tip ta’ teknika tat-tidwib applikata u l-prodotti differenti.

(177)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 5 × 10–3 u 7,5 × 10–3 biex jiġu ddeterminati l-valuri l-aktar baxxi u l-ogħla valuri tal-firxa. Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ kombustjoni (ara t-Tabella 2).

(178)  Il-livelli li jistgħu jinkisbu jiddependu fuq il-kwalità tal-gass naturali u l-ossiġenu disponibbli (kontenut ta’ nitroġenu).

(179)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.3.

(180)  Intużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ 5 × 10–3 u 7,5 × 10–3; madankollu, il-valuri indikati fit-tabella setgħu ġew approssimati. Jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ kombustjoni (ara t-Tabella 2).

(181)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.4.

(182)  Intuża l-fattur ta’ konverżjoni 5 × 10–3 fejn uħud mill-valuri huma approssimattivi. Jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ kombustjoni (ara t-Tabella 2).

(183)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.5.

(184)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija fil-fażijiet kemm solidi kif ukoll gassużi.

(185)  Intuża l-fattur ta’ konverżjoni ta’ 7,5 × 10–3. Jista’ jkun meħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni każ b’każ ibbażat fuq it-tip ta’ kombustjoni (ara t-Tabella 2).

(186)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 1.10.1.

(187)  Il-livelli jirreferu għas-somma tal-metalli preżenti fil-gass ta’ skart.