28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Novembru 2011

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako

2012/C 23/07

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2011 dwar l-arranġamenti għan-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f'isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tal-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta' Monako (1), u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Diċembru 2001 ġie konkluż il-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f'isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tal-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta' Monako (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Fil-konklużjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2009 il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-funzjonament tal-Ftehimiet Monetarji eżistenti u biex tqies il-possibbiltà ta' żidiet fil-livelli massimi għall-ħruġ ta' muniti.

(3)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-Komunikazzjoni dwar il-funzjonament tal-Ftehimiet Monetarji mal-Principalità ta' Monako (minn hawn 'il quddiem “Monako”), San Marino u l-Vatikan li l-Ftehim fil-forma attwali tiegħu jeħtieġ emendi bil-għan li jiġi żgurat approċċ konsistenti fil-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi li ffirmaw ftehim monetarju.

(4)

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2011 u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha, il-Ftehim ma' Monako ġie nnegozjat mill-ġdid b'suċċess minn Franza u l-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew (il-BĊE) kien assoċjat bis-sħiħ man-negozjati u ta l-qbil tiegħu dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu.

(5)

Il-Kummissjoni ressqet abbozz tal-Ftehim innegozjat mill-ġdid lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) għall-opinjoni tiegħu.

(6)

La l-BĊE u lanqas il-KEF mhuma tal-opinjoni li l-ftehim għandu jiġi sottomess lill-Kunsill.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako huwa b'hekk approvat.

It-test tal-Ftehim jinsab fl-Anness I

Artikolu 2

Il-Vici-President responsabbli mill-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-euro qiegħed jiġi awtorizzat jiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2011. Għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Novembru 2011.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Viċi President


(1)  ĠU L 81, 29.3.2011, p. 3.

(2)  ĠU L 142, 31.5.2002, p. 59.


ANNESS

FTEHIM MONETARJU

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Monako

L-UNJONI EWROPEA, irrappreżentata mir-Repubblika Franċiża u mill-Kummissjoni Ewropea,

u

L-PRINĊIPALITÀ TA’ MONAKO,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Jannar 1999, l-euro ħadet post il-munita ta’ kull Stat Membru li pparteċipa fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, fost dawn Franza, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998.

(2)

Qabel il-ħolqien tal-euro, Franza u l-Prinċipalità ta’ Monako kienu diġà marbuta flimkien permezz ta’ ftehimiet bilaterali dwar il-qasam monetarju u bankarju, b’mod partikolari permezz tal-Konvenzjoni Franko-Monegaska dwar il-kontroll tal-kambju tal-14 ta' April 1945 u bil-Ftehim tal-Viċinat tat-18 ta’ Mejju 1963.

(3)

Il-Prinċipalità ta’ Monako ġiet awtorizzata tuża l-euro bħala munita uffiċjali mill-1 ta’ Jannar 1999 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Diċembru 1998 (1).

(4)

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mir-Repubblika Franċiża flimkien mal-Kummissjoni u l-BĊE, fl-24 ta’ Diċembru 2001 ikkonkludiet Ftehim Monetarju mal-Prinċipalità ta’ Monako. Il-Ftehim tal-Viċinat bejn ir-Repubblika Franċiża u l-Prinċipalità ta’ Monako ġie aġġornat b’konsegwenza ta’ dan.

(5)

Skont dan il-Ftehim Monetarju, il-Prinċipalità ta’ Monako hija intitolata li tkompli tuża l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħha u li tagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro. Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-Anness għal dan il-Ftehim japplikaw fuq it-territorju tagħha skont il-kundizzjonijiet previsti minn dan il-Ftehim.

(6)

Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-muniti u l-karti denominati f'euro jkunu applikabbli fit-territorju tagħha; dawn il-muniti u l-karti għandhom ikunu soġġetti għal protezzjoni xierqa kontra l-iffalsifikar; huwa importanti li l-Prinċipalità ta’ Monako tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġġieled kontra l-iffalsifikar u tikkoopera mal-Kummissjoni, mal-BĊE, ma’ Franza u mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) f’dan il-qasam.

(7)

Dan il-Ftehim Monetarju ma jagħti l-ebda dritt lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, jekk ikun il-każ, lill-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu fuq it-territorju tal-Prinċipalità ta’Monako f’dak li għandu x’jaqsam mal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi fl-Unjoni Ewropea. Dan ma jagħti l-ebda dritt lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, jekk ikun il-każ, lill-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi fil-Prinċipalità ta’ Monako.

(8)

Dan il-Ftehim Monetarju ma jimponi ebda obbligu fuq il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali li jinkludu l-istrumenti finanzjarji tal-Prinċipalità ta’ Monako fil-lista/i ta’ titoli eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

(9)

Il-Prinċipalità ta’ Monako fuq it-territorju tagħha tagħmel użu minn kumpaniji ta’ ġestjoni li jwettqu l-attivitajiet ta’ ġestjoni għal terzi jew għal trażmissjoni ta’ ordnijiet li s-servizzi tagħhom ikunu rregolati biss bil-liġi ta’ Monako, bla ħsara għall-obbligi msemmija fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 11. Dawn il-kumpaniji ma jistax ikollhom aċċess għas-sistemi ta’ saldu ta' pagamenti u titoli.

(10)

Fil-kontinwità tar-rabtiet storiċi li jeżistu bejn Franza u l-Prinċipalità ta’ Monako u tal-prinċipji stabbiliti mill-Ftehim Monetarju tal-24 ta’ Diċembru 2001, l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Monako impenjaw ruħhom biex b'rieda tajba jikkooperaw sabiex jiżguraw l-effett utli ta’ dan il-Ftehim fl-intier tiegħu.

(11)

Ġie stabbilit Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipalità ta’ Monako, tar-Repubblika Franċiża, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-BĊE sabiex jeżamina l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, biex jiddeċiedi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-limitu annwali għall-ħruġ tal-muniti, biex jistudja jekk huwiex biżżejjed il-proporzjon minimu ta’ muniti li jkunu se jinħarġu b’valur nominali u biex jevalwa l-miżuri li jkunu ttieħdu mill-Prinċipalità ta’ Monako biex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun il-korp inkarigat mis-soluzzjoni tat-tilwim li jirriżulta min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jew minn nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjoni prevista minn dan il-Ftehim u li fir-rigward tagħhom jinstab li l-partijiet ma setgħux jilħqu ftehim minn qabel,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tkun intitolata li tuża l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħha f’konformità mar-regolamenti (KE) Nru 1103/97 u (KE) Nru 974/98 kif emendati. Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro.

Artikolu 2

Il-Prinċipalità ta’ Monako ma għandhiex toħroġ karti, jew muniti, sakemm il-kundizzjonijiet għal dan il-ħruġ ma jkunux miftiehma mal-Unjoni Ewropea. Il-kundizzjonijiet biex jinħarġu muniti tal-euro mill-1 ta' Jannar 2011 huma stipulati fl-Artikoli li ġejjin.

Artikolu 3

1.   Il-limitu annwali, f’terminu ta’ valur, għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro għall-Prinċipalità ta’ Monako jinkludi:

 

parti fissa, li l-ammont inizjali tagħha għall-2011 huwa stipulat għal EUR 2 340 000.

 

parti varjabbli, li tikkorrispondi, f’termini ta’ valur, mal-ħruġ medju ta’ muniti per capita tar-Repubblika Franċiża matul is-sena n-1 immultiplikat bl-għadd ta’ abitanti tal-Prinċipalità ta’ Monako.

Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-parti fissa kull sena sabiex iqis kemm l-inflazzjoni – fuq il-bażi tal-Indiċi Armonizzata tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ta' Franza matul is-sena n-1 – kif ukoll l-iżviluppi sinifikanti potenzjali li jaffettwaw is-suq tal-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti.

2.   Il-Prinċipalità ta’ Monako tista’ wkoll toħroġ munita speċjali kommemorattiva u/jew muniti għall-kollezzjonisti fl-okkażjoni tal-avvenimenti importanti għall-Prinċipalità. Fil-każ li din il-ħarġa speċjali ttella’ l-ħruġ ġenerali ’l fuq mil-limitu stipulat fil-paragrafu 1, il-valur ta’ din il-ħarġa jitqies għall-użu tal-parti li jkun fadal mil-limitu tas-sena ta’ qabel u/jew jitnaqqas mil-limitu tas-sena li tkun ġejja.

Artikolu 4

1.   Il-muniti tal-euro maħruġa mill-Prinċipalità ta' Monako huma identiċi għal dawk li jinħarġu mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li adottaw l-euro f'dak li jikkonċerna l-valur nominali, l-istatus ta’ valuta legali, il-karatteristiċi tekniċi, il-karatteristiċi artistiċi tan-naħa komuni u l-karatteristiċi artistiċi komuni tan-naħa nazzjonali.

2.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tikkomunika minn qabel l-abbozzi tan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro tagħha lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika l-konformità tagħhom mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Franza għandha tqiegħed l'Hôtel de la monnaie de Paris għad-dispożizzjoni tal-Prinċipalità ta’ Monako biex jiġu stampati l-muniti tagħha, f’konformità mal-Artikolu 18 tal-Ftehim tar-Relazzjoni tal-Bon Viċinat bejn Franza u l-Prinċipalità ta’ Monako tat-18 ta’ Mejju 1963.

Artikolu 6

1.   F’konformità mal-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-volum tal-muniti tal-euro maħruġin mill-Prinċipalità ta’ Monako għandu jiżdied mal-volum tal-muniti maħruġin minn Franza għall-għan tal-approvazzjoni tal-volum totali tal-ħruġ ta’ Franza mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tavża lir-Repubblika ta’ Franza, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, dwar il-volum u l-valur nominali tal-muniti tal-euro li tkun biħsiebha toħroġ matul is-sena li tkun ġejja. Għandha tavża wkoll lill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ippjanati għall-muniti tagħha.

3.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għas-sena 2011 meta tiffirma dan il-Ftehim.

4.   Bla ħsara għall-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti, il-Prinċipalità ta’ Monako għandha toħroġ fiċ-ċirkolazzjoni b’valur nominali mill-inqas 80 % tal-muniti tal-euro li toħroġ kull sena. Kull ħames snin il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina jekk il-proporzjon minimu ta’ muniti li għandhom jiġu introdotti b’valur nominali huwiex adegwat u jista’ jiddeċiedi li jibdlu.

Artikolu 7

1.   Il-Prinċipalità ta’ Monako tista’ toħroġ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti. Dawn għandhom ikunu inklużi mal-limitu annwali stipulat fl-Artikolu 3. Il-ħruġ ta’ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti mill-Prinċipalità ta’ Monako għandu jsir skont il-linji gwida tal-UE dwar il-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti, li jipprovdu fost oħrajn li l-karatteristiċi tekniċi u artistiċi u denominazzjonijiet tal-muniti tal-euro maħruġin għall-kollezzjoni għandhom ikunu jippermettu li ssir distinzjoni bejniethom u l-muniti tal-euro li jkunu maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni.

2.   Il-muniti tal-kollezzjonisti maħruġin mill-Prinċipalità ta’ Monako mhumiex se jkollhom valuta legali fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġġieled kontra l-iffalsifikar u tikkoopera mal-Kummissjoni, mal-BĊE, ma’ Franza u mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) f’dan il-qasam.

Artikolu 9

Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha timpenja ruħha sabiex:

(a)

Tapplika l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-Anness A u li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11.2 u li huma applikati direttament minn Franza jew id-dispożizzjonijiet meħuda minn Franza biex tittrasponi dawn l-atti legali u r-regoli skont it-termini tal-Artikoli 11.2 u 11.3.;

(b)

Tadotta miżuri ekwivalenti għall-atti legali u r-regoli tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-Anness B, li huma applikati direttament mill-Istati Membri jew li dawn jittrasponu, skont it-termini tal-Artikoli 11.4 11.5 u 11.6, fl-oqsma li ġejjin:

il-liġi bankarja u finanzjarja kif ukoll prevenzjoni tal-ħasil tal-flus fl-oqsma u skont it-termini previsti fl-Artikolu 11;

il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-mezzi ta’ ħlas bi flus kontanti u b’mezzi oħrajn, midalji u tokens.

(c)

Tapplika direttament fuq it-territorju tagħha l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kif ukoll il-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika adottati skont l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni speċjali oħra prevista f’dan il-Ftehim. Il-Kummissjoni, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandha żżomm lill-awtoritajiet ta’ Monako infurmati dwar il-lista ta’ atti u regoli kkonċernati.

Artikolu 10

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, meta jkun xieraq, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu awtorizzati biex jaħdmu fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako jistgħu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11, jipparteċipaw fis-sistemi ta’ sald interbankarji u ta’ saldu tat-titoli u l-pagamenti tal-Unjoni Ewropea skont l-istess termini bħall-istabbilimenti ta’ kreditu u, fejn ikun xieraq, l-istabbilimenti finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu stabbiliti fi Franza u sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati għall-aċċess għal dawn is-sistemi.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, meta jkun xieraq, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako huma soġġetti, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11, għall-istess miżuri adottati mill-Bank ta' Franza fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-BĊE dwar strumenti u proċeduri ta’ politika monetarja bħall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, meta jkun xieraq, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Franza.

Artikolu 11

1.   L-atti legali adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 5.4, jew 19.1, jew 34.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-Istatut), mill-BĊE skont l-atti legali msemmija qabel adottati mill-Kunsill jew l-Artikoli 5, 16, 18, 19, 20, 22 jew 34.3 tal-Istatut, jew mill-Bank ta’ Franza għall-implimentazzjoni tal-atti legali adottati mill-BĊE, huma applikabbli fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako. Dan japplika wkoll għall-emendi possibbli ta' dawn l-atti.

2.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tapplika d-dispożizzjonijiet adottati minn Franza biex tittrasponi l-atti tal-Unjoni dwar l-attività u l-kontroll tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-prevenzjoni ta’ riskji sistematiċi għas-sistemi ta’ saldu ta' pagamenti u titoli li jinsabu fl-Anness A. Għal dan l-għan, il-Prinċipalità ta' Monako għandha tapplika, l-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż dwar l-attività u l-kontroll tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll ir-regolamenti adottati skont kif previst mill-Konvenzjoni Franko-Monegaska dwar il-kontroll tal-kambju tal-14 ta' April 1945 u permezz tal-iskambji ta' ittri ta' interpretazzjoni sussegwenti bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Franza u l-gvern tal-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako tat-18 ta’ Mejju 1963, tal-10 ta’ Mejju 2001, tat-8 ta’ Novembru 2005 u tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-regolamentazzjoni tal-bank, u t-tieni nett, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż dwar il-prevenzjoni tar-riskji sistematiċi għas-sistemi ta’ saldu ta' pagamenti u titoli.

3.   Il-lista li tinsab fl-Anness A se tiġi emendata mill-Kummissjoni ma’ kull emenda tat-testi kkonċernati u kull darba li jiġi adottat test ġdid mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-data tad-dħul fis-seħħ u tat-traspożizzjoni tat-testi. L-atti legali u r-regoli stabbiliti fl-Anness A huma applikati mill-Prinċipalità ta’ Monako sa mill-inklużjoni tagħhom fil-liġi Franċiża f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Ma’ kull emenda, il-lista aġġornata se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU).

4.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tadotta miżuri ekwivalenti għal dawk meħuda mill-Istati Membri skont l-atti tal-Unjoni li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u li jinsabu fl-Anness B. Il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 13 għandu jeżamina l-ekwivalenza bejn il-miżuri meħuda minn Monako u dawk meħuda mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni imsemmija aktar 'il fuq skont proċedura li għandha tiġi stabbilita minn dan il-Kumitat.

5.   Bla ħsara għall-proċedura prevista fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, il-lista li tinsab fl-Anness B se tiġi emendata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni, waqt l-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni ġdida fil-qasam kopert minn dan il-Ftehim li tqis li għandha tiġi inkluża fil-lista li tinsab fl-Anness B, għandha tinforma lill-Prinċipalità ta’ Monako. Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tirċievi kopji tad-dokumenti prodotti mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea fl-istadji differenti tal-proċedura leġiżlattiva. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-Anness B kif emendat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU).

Il-Kumitat Konġunt jiddeċiedi wkoll dwar limiti ta’ żmien xierqa u raġonevoli għall-implimentazzjoni mill-Prinċipalità ta’ Monako ta’ atti legali ġodda u regoli miżjuda fl-Anness B.

6.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tieħu l-miżuri ekwivalenti għad-direttivi tal-Unjoni Ewropea li jinsabu fl-Anness B dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus b’mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF). L-inklużjoni fl-Anness B tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus tiġi deċiża każ b’każ mill-Kumitat Konġunt. L-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Prinċipalità ta’ Monako u dawk tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jkomplu b’mod attiv bil-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

7.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, fejn ikun xieraq, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn, u l-aġenti ta' rappurtar l-oħrajn li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako huma soġġetti għal sanzjonijiet u proċeduri dixxiplinarji implimentati f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-atti legali msemmija fil-paragrafi preċedenti. Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tiżgura l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

8.   L-atti legali msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jidħlu fis-seħħ fil-Prinċipalità ta’ Monako fl-istess jum bħal fl-Unjoni Ewropea għal dawk li huma ppubblikati fil-ĠU, fl-istess jum bħal fi Franza għal dawk li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża (Journal officiel de la République française — JORF). L-atti legali ġenerali msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu li ma jiġux ippubblikati fil-ĠU jew fil-JORF jidħlu fis-seħħ minn meta jintbagħtu lill-awtoritajiet ta’ Monako. L-atti ta’ natura individwali msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu huma applikabbli sa minn meta ssir in-notifika tagħhom lir-riċevitur tagħhom.

9.   Qabel l-għoti ta’ ftehim lil intrapriżi tal-investiment li jkunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako u li x’aktarx ikunu joffru servizzi ta’ investiment differenti mill-attivitajiet ta’ ġestjoni għall-kont ta’ terzi u ta’ trażmissjoni ta’ ordnijiet, u bla ħsara għall-obbligi msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Prinċipalità ta’ Monako timpenja ruħha biex tieħu l-miżuri ta’ effett ekwivalenti għal dawk tal-atti legali tal-Unjoni fis-seħħ li jirregolaw dawn is-servizzi. B’deroga mill-proċedura prevista fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, dawn l-atti b’hekk se jiġu inklużi fl-Anness B mill-Kummissjoni.

Artikolu 12

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-kompetenza esklużiva li ssolvi kull tilwima bejn il-partijiet li tista’ tinqala’ min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu jew min-nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjoni prevista minn dan il-Ftehim u li ma tkunx setgħet tiġi solvuta fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Il-partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom li jagħmlu kull sforz sabiex it-tilwima tiġi solvuta b’mod amikevoli fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

2.   Jekk ma jkun jista’ jsir l-ebda ftehim amikevoli f’dan il-qafas, l-Unjoni Ewropea, li taġixxi skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ Franza u l-BĊE għall-kwistjonijiet irregolati minnu, jew il-Prinċipalità ta’ Monako, tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, wara l-eżami preċedenti mill-Kumitat Konġunt, ikun jidher li l-parti l-oħra ma tkunx wettqet obbligu jew ma tkunx osservat dispożizzjoni prevista minn dan il-Ftehim. Is-sentenza tal-Qorti għandha torbot lill-partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza f’perjodu ta’ żmien stabbilit mill-Qorti fis-sentenza tagħha.

3.   Fil-każ li l-Unjoni Ewropea jew il-Prinċipalità ta’ Monako jonqsu milli jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza tul il-perjodu mogħti lilhom, il-Parti l-oħra tista’ minnufih ittemm il-Ftehim.

4.   Il-kwistjonijiet kollha dwar il-validità tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Unjoni Ewropea li jittieħdu skont dan il-Ftehim, jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, kull persuna fiżika jew kull persuna ġuridika domiċiljata fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako tista’ tuża l-mezzi ta’ rikors miftuħa għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu stabbiliti fi Franza kontra l-atti legali indirizzati lilhom, tkun xi tkun l-għamla jew in-natura tagħhom.

Artikolu 13

1.   Il-Kumitat Konġunt huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipalità ta’ Monako u tal-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqsam l-opinjonijiet u l-informazzjoni u jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 6 u 11. Hu għandu jistudja l-miżuri meħudin mill-Prinċipalità ta’ Monako u jagħmel ħiltu biex isolvi kull kunflitt potenzjali li jista’ jinqala’ minħabba l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Dan għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

2.   Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija magħmula mir-Repubblika Franċiża, li tippresjedi, mill-Kummissjoni Ewropea, u mill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tagħha permezz ta’ kunsens.

3.   Id-delegazzjoni ta’ Monako hija magħmula minn rappreżentanti maħtura mill-Ministru tal-Istat u ppreseduta mill-Kunsillier tal-Gvern għall-Finanzi u l-Ekonomija jew ir-rappreżentant tiegħu.

4.   Il-Kumitat Konġunt jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, kif ukoll kull darba li wieħed mill-membri jqis dan bħala meħtieġ sabiex il-Kumitat ikun jista’ jissodisfa l-missjonijiet li huwa inkarigat bihom minn dan il-Ftehim, b’mod partikolari skont l-iżviluppi leġiżlattivi fuq il-livell Ewropew, Franċiż u ta’ Monako. Il-presidenza għandha tgħaddi minn sena għall-oħra bejn il-President u d-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-President u d-delegazzjoni ta’ Monako. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’vot unanimu tal-partijiet.

5.   Is-Segretarjat tal-Kumitat huwa magħmul minn żewġ persuni maħtura, wieħed mill-President tad-delegazzjoni ta’ Monako u l-ieħor mill-President tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Is-Segretarjat ukoll jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 14

Dan il-Ftehim jista’ jintemm minn kull waħda mill-partijiet permezz ta’ notifika minn sena qabel.

Artikolu 15

Dan il-Ftehim huwa mħejji bil-Franċiż, u meta jkun meħtieġ, jista’ jiġi tradott f’lingwi oħrajn tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-verżjoni Franċiża biss hija awtentika.

Artikolu 16

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 17

Il-Ftehim Monetarju tal-24 ta’ Diċembru 2001 għandu jitħassar fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Ir-referenzi għall-Ftehim tal-24 ta’ Diċembru 2001 huma inklużi bħala referenzi għal dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell fid-29 ta’ Novembru 2011 fi 3 kopji oriġinali bil-lingwa Franċiża.

Għall-Unjoni Ewropea

Olli REHN

Viċi President

François BAROIN

Ministru tal-Ekonomija, Finanzi u Industrija tar-Repubblika Franċiża

Għall-Prinċipalità ta' Monako

Michel ROGER

Ministru tal-Istat

ANNESS A

Leġiżlazzjoni bankarja u finanzjarja

Id-Direttiva 86/635/KEE tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn: għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli tal-valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28.

Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE tal-Kunsill fuq il-bilanċ ta' kontijiet annwali u konsolidati ta' ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u impriżi tal-assigurazzjoni, ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16.

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1.

Id-Direttiva 89/117/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-obbligi ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru, rigward il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti tal-kontijiet annwali, ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40.

Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid): għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2008/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 Li temenda d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, ĠU L 76, 19.3.2008, p. 54.

Id-Direttiva 2009/27/KE tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tekniċi dwar il-ġestjoni tar-riskji, ĠU L 94, 8.4.2009, p. 97.

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji u l-ġestjoni tal-kriżijiet, ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97.

Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni, ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3.

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti, ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji, ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

Id-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta' garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimborż, ĠU L 68, 13.3.2009, p. 3.

Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli, ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu, ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37.

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid): ħlief għat-Titoli III u IV, ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2007/18/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu tal-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali, ĠU L 87, 28.3.2007, p. 9.

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju, ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1.

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1, dwar id-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tad-Direttiva 2007/64/KE.

Id-Direttiva 2008/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju tal-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 38.

Id-Direttiva 2009/83/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju, ĠU L 196, 28.7.2009, p. 14.

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 rigward il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7, ħlief għat-Titolu III tad-Direttiva 2009/110/KE.

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97.

Id-Direttiva 2010/16/UE tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerta istituzzjoni mill-ambitu [kamp] tal-applikazzjoni, ĠU L 60, 10.3.2010, p. 15.

Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-remunerazzjoni, ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3.

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15

Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu, ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37.

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji, ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

Id-Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 40.

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi 85/611/KEE u 93/6/KEE tal-Kunsill u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE: għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u minbarra l-Artikoli 15, 31 sa 33 u t-Titolu II, ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

Rettifika għad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004), ĠU L 45, 16.2.2005, p. 18.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta’ ċerti limiti ta’ żmien, ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60.

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju, ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1.

Id-Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 76, 19.3.2008, p. 33.

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

u ssupplimentata minn dawn li ġejjin:

Ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva, ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

Id-Direttiva 2006/73/KE tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva , ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7, minbarra t-Titolu III tad-Direttiva 2009/110/KE.

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE: fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tad-Direttiva 2007/64/KE, ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

Rettifika tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007), ĠU L 187, 18.7.2009, p. 5.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji u l-ġestjoni tal-kriżijiet, ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97.

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

ANNESS B

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE kif ukoll 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1, dwar id-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tad-Direttiva 2007/64/KE.

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46.

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7, minbarra t-Titolu III tad-Direttiva 2009/110/KE.

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

u ssupplimentata minn dawn li ġejjin:

Id-Direttiva 2006/70/KE tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29.

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur (min iħallas), li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi, ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9.

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

Id-Deċiżjoni Qafas 2001/413/ĠAI tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1.

Ir-Regolament (KE) Nru 2182/2004 tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro, ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1.

emendat bis-segwenti:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro, ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro, ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6.

emendat bis-segwenti:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro, ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2000/383/ĠAI tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar iż-żieda fil-protezzjoni permezz ta’ pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar fid-dawl tad-dħul tal-euro (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU L 140, 14.6.2000, p. 1.

emendata bis-segwenti:

Id-Deċiżjoni Kwadru 2001/888/ĠAI tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/ĠAI dwar iż-żieda fil-protezzjoni permezz ta’ pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar fid-dawl tad-dħul tal-euro (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU L 329, 14.12.2001, p. 3.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”), ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50.

emendata bis-segwenti:

Id-Deċiżjoni 2006/75/KE tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm “Pericles”), ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40.

Id-Deċiżjoni 2006/849/KE tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar (il-programm “Pericles”), ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28.

Leġiżlazzjoni bankarja u finanzjarja

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur, ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.


(1)  ĠU L 30, 4.2.1999, p. 31.