|
28.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 54/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/123/PESK
tas-27 ta’ Frar 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/523/UE li parzjalment tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 1977, il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana kkonkludew Ftehim ta’ Kooperazzjoni (1) (“il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni”) biex jippromwovu l-kooperazzjoni ġenerali bil-ħsieb li jsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/523/UE (2) li parzjalment tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni sa meta l-awtoritajiet Sirjani jtemmu l-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u jkunu jistgħu mill-ġdid jitqiesu bħala konformi mal-liġi internazzjonali ġenerali u mal-prinċipji li jiffurmaw il-bażi tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni. |
|
(3) |
Minn dak iż-żmien, u fid-dawl ta’ aktar deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fis-Sirja, l-Unjoni adottat miżuri restrittivi ulterjuri kontra r-reġim tas-Sirja (3). |
|
(4) |
F’dan ir-rigward, is-sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għandha tkompli sejra. F’konformità mad-Deċiżjoni 2011/523/UE, is-sospensjoni għandha jkollha l-għan li tolqot lill-awtoritajiet Sirjani biss u mhux lill-poplu tas-Sirja, u għalhekk għandha tkun limitata kif meħtieġ. Ladarba d-deheb, il-metalli prezzjużi u d-djamanti huma prodotti li l-kummerċ fihom jibbenefika b’mod partikolari r-reġim tas-Sirja, u li għalhekk isostni l-politika tagħha ta’ ripressjoni, is-sospensjoni għandha tiġi estiża biex tapplika wkoll għall-kummerċ f’dawn il-materjali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/523/UE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lir-Repubblika Għarbija tas-Sirja.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, is-27 ta’ Frar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 269, 27.9.1978, p. 2.
(2) ĠU L 228, 3.9.2011, p. 19.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 6), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 33).
ANNESS
Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
|
“(6) |
Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretti jew indiretti, ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, kif elenkati hawn taħt, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom; |
|
(7) |
Ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport, direttament jew indirettament, ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, kif elenkati hawn taħt, kemm jekk l-oġġett ikkonċernat joriġina fis-Sirja kif ukoll jekk le, mill-Gvern tas-Sirja, mill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, mill-Bank Ċentrali tas-Sirja u minn kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew minn kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom; u |
|
(8) |
Il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ assistenza teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mal-merċi msemmija fil-punti (6) u (7), lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja u lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni minnhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom; |
Id-deheb, il-metalli prezzjużi u d-djamanti msemmija f’dan l-Anness huma:
|
Kodiċi tas-SA |
Isem tal-merkanzija |
|
7102 |
Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati. |
|
7106 |
Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab. |
|
7108 |
Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f’għamla semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab. |
|
7109 |
Metalli komuni jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati. |
|
7110 |
Platinu, f’għamliet mhux maħdumin jew semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab. |
|
7111 |
Metalli komuni, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati. |
|
7112 |
Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż.”. |