23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/49


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tad-Danimarka u l-Panama

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 678)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/111/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (“pajjiżi jew reġjuni”) għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 5(1) u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz ta’ klassifikazzjoni f’waħda minn tliet kategoriji skont ir-riskju tal-BSE involut, jiġifieri riskju ta’ BSE negliġibbli, riskju ta’ BSE kkontrollat u riskju ta’ BSE mhux determinat.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (2) jelenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus ta’ riskju ta’ BSE tagħhom.

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni tal-pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tal-BSE tagħhom u tuża l-kriterji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tikkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 18 - Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri - adottata mill-OIE f’Mejju 2010 fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi (3).

(4)

F’Mejju 2011, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 17 - Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri. Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet li d-Danimarka u l-Panama għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex issir konformi ma’ dik ir-Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi terzi (4).

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.

(3)  Ara p. 40 u 158 tar-Rapport tas-Sessjoni Ġenerali 23 – 28 ta' Mejju 2010 fi http://www.oie.int/eng/session2011/A_FR_2010PUB.pdf

(4)  Ara p. 49 u 149 tar-Rapport tas-Sessjoni Ġenerali 22 – 27 ta' Mejju 2011 fi http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/About_us/docs/pdf/A_FR_2011_PUB.pdf


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE

Stati Membri

Id-Danimarka

Il-Finlandja

L-Isvezja

Il-pajjiżi tal-EFTA

L-Islanda

In-Norveġja

Il-pajjiżi terzi

L-Arġentina

L-Awstralja

Iċ-Ċilì

L-Indja

In-New Zealand

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Perù

Singapor

L-Urugwaj

B.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju kkontrollat ta’ BSE

Stati Membri

l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u r-Renju Unit.

Il-pajjiżi tal-EFTA

Il-Liechtenstein

L-Isvizzera

Il-pajjiżi terzi

Il-Brażil

Il-Kanada

Il-Kolombja

Il-Ġappun

Il-Messiku

Il-Korea t’Isfel

It-Tajwan

L-Istati Uniti

C.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju mhux determinat ta’ BSE

Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta’ dan l-Anness.”