|
21.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 48/15 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Frar 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni għall-għanijiet ta’ dekontaminazzjoni
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 869)
(2012/102/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità, u b’mod partikolari (1) l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-deroga mid-Direttiva 2000/29/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni tal-ħamrija kkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta’ dekontaminazzjoni (2) tawtorizza, għal perjodu limitat, lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (il-FAO) dwar il-prevenzjoni u r-rimi ta’ pestiċidi li ma għadhomx jintużaw u li mhumiex iktar bżonnjużi, li jippermettu li tiddaħħal fl-Unjoni ħamrija kkontaminata minn tali pestiċidi għal trattament f’impjanti ta’ inċinerazzjoni apposta għall-iskart perikoluż. Dan il-programm għadu għaddej. |
|
(2) |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni 2005/51/KE u fl-interess ta’ prassi leġiżlattiva tajba, huwa xieraq li dik id-deroga tiġġedded b’ħames snin. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2005/51/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/51/KE il-kliem “id-29 ta’ Frar 2012” huma mibdula bil-kliem “it-28 ta’ Frar 2017”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni