17.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Jannar 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Kommunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik

(2012/91/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1446/2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (1) (“il-Ftehim”). Ġie anness miegħu Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (2). Dak il-Protokoll skada fil-31 ta' Diċembru 2011.

(2)

L-Unjoni nnegozjat mal-Możambik Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (“il-Protokoll”), li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Możambik għandu s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(3)

B’riżultat ta’ dawk in-negozjati, fit-2 ta’ Ġunju 2011 ġie inizjalat il-Protokoll.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-UE, il-Protokoll għandu jiġi applikat provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu, kif provdut fl-Artikolu 15 tiegħu.

(5)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u applikat b’mod provviżorju sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew il-persuni li għandhom is-setgħa jiffirmaw il-Protokoll, f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mal-iffirmar tiegħu (3), pendenti t-tmiem tal-proċeduri għal konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-addozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)  ĠU L 331, 17.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 17.12.2007, p. 39.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik

Artikolu 1

Il-perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd

1.   Għal perjodu ta’ tliet snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom ikunu kif ġejjin:

L-ispeċijiet li jpassu ħafna (l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness 1 għall-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar):

(a)

43 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni li jbaħħar fl-oċeani; u

(b)

32 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.

3.   Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u l-Artikolu 7 ta’ dan il-Protokoll, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Możambik biss jekk ikunu fuq il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC u jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll skont l-Anness tiegħu.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi tal-ħlas

1.   Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’ EUR 2 940 000 għat-tul ta’ żmien kollu ta’ dan il-Protokoll.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tiġbor fiha:

(a)

ammont annwali ta’ EUR 520 000 għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Możambik, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 8 000 tunnellata fis-sena; u

(b)

ammont speċifiku ta’ EUR 460 000 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u dik marittima tal-Możambik.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 3, 5, 6, 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll.

4.   L-Unjoni Ewropea għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata ta’ EUR 980 000 fis-sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, li tikkorrispondi għall-ammont totali stabbilit fil-paragrafi 2(a) u 2(b) ta’ dan l-Artikolu (jiġifieri EUR 520 000 u EUR 460 000 rispettivament).

5.   Jekk il-kwantità totali ta’ tonn maqbud mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Możambik taqbeż it-8 000 tunnellata fis-sena, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għad-drittijiet tal-aċċess għandu jkun ta’ EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a) (jiġifieri EUR 1 040 000). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Możambik jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness.

6.   Il-ħlas għandu jsir sa mhux iktar tard minn 60 jum wara l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll kif imsemmi fl-Artikolu 15 għall-ewwel sena, u sa mhux iktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.

7.   Il-Możambik għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fl-Artikolu 2 paragrafu 2(a).

8.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas jew tiġi ttrasferita fil-kont uniku tat-Teżor ċentrali. L-awtoritajiet tal-Możambik għandhom jipprovdu n-numru tal-kont.

Artikolu 3

Il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u ta’ sajd sostenibbli fl-ilmijiet tal-Możambik

1.   Malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni Ewropea u l-Możambik għandhom jiftehmu, fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dwar programm settorjali multiannwali, skont il-Pjan Regolatorju għas-Sajd tal-Możambik u l-qafas politiku tal-Kummissjoni Ewropea, u r-regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari:

(a)

il-linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 paragrafu 2(b);

(b)

l-għanijiet, kemm dawk annwali kif ukoll dawk multiannwali, li għandhom jintlaħqu bil-għan li jiġi introdott is-sajd responsabbli u s-sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Możambik fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu, u politiki oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u tas-sajd sostenibbli, inklużi ż-żoni tal-baħar protetti, jew li għandhom impatt fuq din il-promozzjoni;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena.

2.   Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali trid tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt.

3.   Kull sena l-Możambik jista’ jalloka, jekk ikun meħtieġ, ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 paragrafu 2(b), bil-għan li jiġi implimentat il-programm multiannwali. L-Unjoni Ewropea għandha tiġi mgħarrfa b’din l-allokazzjoni.

Artikolu 4

Il-kooperazzjoni xjentifika dwar is-sajd responsabbli

1.   Iż-żewġ Partijiet qed jimpenjaw ruħhom li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Możambik abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu qed jistadu f’dawk l-ilmijiet.

2.   Matul il-perjodu li jkun qed japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Możambik għandhom jfittxu li jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Możambik.

3.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jfittxu li jirrispettaw ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (l-IOTC) u l-parir tal-grupp konġunt ta’ ħidma xjentifika previst fl-Artikolu 4 paragrafu 2 tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni responsabbli tas-sajd.

4.   Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet meħudin fl-IOTC u tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u, fejn ikun xieraq, tar-riżultati tal-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, iż-żewġ Partijiet jistgħu jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u, fejn ikun meħtieġ, jiftehmu dwar il-miżuri sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Możambik.

5.   F’każ li bastimenti tal-UE jħottu l-qabda tagħhom f’pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-Możambik se jkollhom il-possibbiltà li josservaw dawn l-operazzjonijiet ta’ ħatt.

Artikolu 5

L-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ ftehim reċiproku

1.   L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim reċiproku sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC u l-grupp konġunt ta’ ħidma xjentifika jimplikaw li aġġustament bħal dan se jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta’ speċijiet oħra simili għat-tonn fl-Oċean Indjan.

2.   F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 paragrafu 2(a) għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 2 paragrafu 2(a).

3.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin b’kull bidla fil-politika u fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom.

Artikolu 6

Opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.   F’każ li bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati jwettqu sajd li mhux previst fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni possibbli għal kull attività bħal din u, fejn ikun xieraq, għandhom jiftehmu dwar il-kundizzjonijiet għal sajd bħal dan, inkluż li jwettqu l-emendi korrispondenti għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.

2.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, speċjalment b’rabta mal-ispeċijiet li jgħixu fl-ilmijiet fondi li mhumiex sfruttati biżżejjed, li hemm fl-ilmijiet tal-Możambik. Għal dan il-għan, u fuq it-talba ta’ waħda mil-Partijiet, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin bil-għan li jiddeċiedu, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri l-oħrajn li huma rilevanti.

3.   Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-parametri li jiġu miftehma bejn iż-żewġ Partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun xieraq. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftehma għal perjodu massimu ta’ 6 xhur.

4.   F’każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern tal-Możambik jista’ jalloka l-possibbiltajiet tas-sajd tal-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Għalhekk il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2 paragrafu 2(a) ta’ dan il-Protokoll għandu konsegwentement jiżdied. Il-ħlasijiet u l-kundizzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti kif previsti fl-Anness għandhom jiġu emendati skont dan.

Artikolu 7

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – Il-klawżola tal-esklużività

Bla ħsara għall-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-Możambik biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni valida għas-sajd maħruġa mill-Możambik skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

Artikolu 8

Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 paragrafu (2)(a) u (b) għandha tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet:

(a)

jekk, fiż-żona tas-sajd tal-Możambik, ma jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd għal raġunijiet minbarra fenomeni naturali;

(b)

wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda miż-żewġ Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll.

2.   Ir-riżultati tal-appoġġ tal-politika settorjali u l-prestazzjonijiet tal-valur għall-flus se jiġu vvalutati mill-Gvern tal-Możambik jew minn evalwatur estern li għandu jitqabbad mill-Gvern tal-Możambik. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni annwali se jiġu analizzati fil-qafas tal-Kumitat Konġunt kif previst fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll. Konsegwentement, jekk jinstab li l-prestazzjonijiet tal-appoġġ tal-politika settorjali jkunu inkonsistenti b’mod materjali mal-programm ibbaġitjat, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tissospendi, totalment jew parzjalment, il-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika prevista fl-artikolu 2 paragrafu 2(b).

3.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finzanzjarja u/jew l-attivitajiet tas-sajd jistgħu jerġgħu jibdew hekk kif is-sitwazzjoni terġa’ tmur lura għall-istat ta’ qabel ma jkunu seħħew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq u jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan wara konsultazzjoni.

Artikolu 9

Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet suġġett għal konsultazzjonijiet u qbil bejniethom fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim:

(a)

jekk ċirkustanzi eċċezzjonali, minbarra fenomeni naturali, jżommu l-attivitajiet tas-sajd milli jsiru fiż-żona tas-sajd tal-Możambik;

(b)

f’każ li l-Unjoni Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2 paragrafu 2 (a) għal raġunijiet li mhumiex koperti mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll;

(c)

fejn tinqala’ tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u l-Anness miegħu li għaliha ma tistax tinstab soluzzjoni;

(d)

jekk waħda mill-Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll u fl-Anness miegħu;

(e)

wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

(f)

jekk waħda mill-Partijiet issir taf b’ċertezza li kien hemm ksur ta’ elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet umani kif stipulati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu;

(g)

f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol kif previst fl-Artikolu 3, paragrafu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd.

2.   Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha teħtieġ notifika bil-miktub mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha li għandha tingħata mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.

3.   Fil-każ ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni bonarja għat-tilwima tagħhom. Fejn tinstab soluzzjoni bħal din, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li fih kienet sospiża l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 10

Il-liġi nazzjonali

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Możambik huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Możambik, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-Anness miegħu.

2.   L-awtoritajiet tal-Możambik għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea b’kull tibdil jew b’kull leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-politika tas-sajd.

Artikolu 11

Il-kunfidenzjalità

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li, f’kull waqt, id-data kollha dwar il-bastimenti tal-UE u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Możambik tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Din id-data tintuża esklużivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Artikolu 12

L-iskambju elettroniku tad-data

Il-Możambik u l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument se titqies bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu mill-ewwel lil xulxin dwar kwalunkwe disturb fis-sistema tal-kompjuter li ma jħallix li jsiru skambji bħal dawn. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness.

Artikolu 13

It-tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu japplikaw għal perjodu ta’ tliet (3) snin minn meta l-Protokoll jibda jiġi applikat b’mod provviżorju skont l-Artikolu 15, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 14.

Artikolu 14

It-terminazzjoni

1.   F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta għandha sseħħ it-tali terminazzjoni.

2.   Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

Artikolu 15

L-applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data li fiha jiġi ffirmat iżda mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll, flimkien mal-Anness tiegħu, għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Съставено в Брюксел на първи февруари две хиляди и дванадесета година.

Hecho en Bruselas, el uno de febrero de dos mil doce.

V Bruselu dne prvního února dva tisíce dvanáct.

Udfærdiget i Bruxelles den første februar to tusind og tolv.

Geschehen zu Brüssel am ersten Februar zweitausendzwölf.

Kahe tuhande kaheteistkümnenda aasta veebruarikuu esimesel päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, την πρώτη Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες δώδεκα.

Done at Brussels on the first day of February in the year two thousand and twelve.

Fait à Bruxelles, le premier février deux mille douze.

Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an chéad lá de Feabhra an bhliain dhá mhíle agus a dó dhéag.

Fatto a Bruxelles, addì primo febbraio duemiladodici.

Briselē, divtūkstoš divpadsmitā gada pirmajā februārī.

Priimta du tūkstančiai dvyliktų metų vasario pirmą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkettedik év február havának első napján.

Magħmul fi Brussell, fl-ewwel jum ta' Frar tas-sena elfejn u tnax.

Gedaan te Brussel, de eerste februari tweeduizend twaalf.

Sporządzono w Brukseli dnia pierwszego lutego roku dwa tysiące dwunastego.

Feito em Bruxelas, em um de fevereiro de dois mil e doze.

Întocmit la Bruxelles la întâi februarie două mii doisprezece.

V Bruseli dňa prvého februára dvetisícdvanásť.

V Bruslju, dne prvega februarja leta dva tisoč dvanajst.

Tehty Brysselissä ensimmäisenä päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattakaksitoista.

Som skedde i Bryssel den första februari tjugohundratolv.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За правителството на Мозамбик

Por el Gobierno de Mozambique

Za vládu Mosambiku

For Mozambiques regering

Für die Regierung Mosambiks

Mosambiigi valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Μοζαμβίκης

For the Government of Mozambique

Pour le gouvernement du Mozambique

Per il governo del Mozambico

Mozambikas valdības vārdā –

Mozambiko Vyriausybės vardu

Mozambik kormánya részéről

Għall-Gvern tal-Możambik

Voor de regering van Mozambique

Pelo Governo de Moçambique

W imienu rządu Mozambiku

Pentru guvernul Mozambicului

Za vládu Mozambiku

Za vlado Mozambika

Mosambikin tasavallan puolesta

För Moçambiques regering

Image

ANNESS

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MOŻAMBIK

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Ħatra tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u minkejja kull indikazzjoni għall-kuntrarju, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (UE) jew għall-Możambik bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Możambik;

Għall-Możambik: il-Ministeru tas-Sajd.

2.   Iż-żona tas-sajd tal-Możambik

Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll u l-Anness tiegħu japplikaw esklużivament fiż-żona tas-sajd tal-Możambik kif indikat fl-Appendiċi 2.

3.   Il-ħatra ta’ aġent lokali

Kull bastiment tal-UE li jkun beħsiebu jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandu jiġi rrappreżentat minn destinatarju li jkun residenti fil-Możambik.

4.   Kont bankarju

Il-Możambik għandu jgħarraf lill-UE, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, id-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fihom għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż inerenti marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.

KAPITOLU II

L-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD GĦAT-TONN

1.   Kundizzjoni għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn – bastimenti eliġibbli

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment jiġi inkluż fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC u li jkunu ntlaħqu l-obbligi l-oħra kollha ta’ qabel tas-sid tal-bastiment, tal-kaptan, jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd fil-Możambik skont il-Ftehim u skont il-leġiżlazzjoni tal-Możambik dwar is-sajd.

2.   Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd

L-UE għandha tissottometti applikazzjoni lill-Możambik għal awtorizzazzjoni għas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-inqas 20 jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub billi tuża l-formola mehmuża ma’ dan l-Anness bħala l-Appendiċi 1. L-applikazzjoni għandha tiġi ttajpjata jew miktuba b’mod li tkun tista tinqara b’ittri kapitali.

Għal kull applikazzjoni tal-bidu għal awtorizzazzjoni għas-sajd abbażi tal-Protokoll fis-seħħ, jew wara tibdil tekniku fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

(i)

il-prova tal-ħlas tat-tariffa tal-ħlas minn qabel għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba;

(ii)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt:

ta’ sid il-bastiment tas-sajd,

tal-operatur tal-bastiment tas-sajd,

tad-destinatarju lokali għall-bastiment, fejn ikun hemm wieħed;

(iii)

ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri;

(iv)

iċ-ċertifikat ta’ kemm il-bastiment ikun jiflaħ jivvjaġġa;

(v)

iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment;

(vi)

iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bastiment, maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-UE;

(vii)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment tas-sajd (in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku, eċċ.).

Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tat-tariffa.

3.   Tariffa tal-ħlas minn qabel

L-ammont tat-tariffa tal-ħlas minn qabel hija stabbilita abbażi tar-rata annwali speċifikata fid-dokumenti tekniċi inklużi fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness. Għandha tinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi portwali, it-taxxi tal-ħatt, it-taxxi tat-trasbord u t-taxxi għall-provvista tas-servizzi.

4.   Lista provviżorja tal-bastimenti awtorizzati li jistadu

Ladarba jirċievi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista provviżorja ta’ bastimenti li jkunu qegħdin japplikaw. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE mill-awtorità kompetenti tal-Możambik.

L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju. Jekk l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Możambik jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju tiegħu u jibgħat kopja lill-UE.

5.   Ħruġ tal-awtorizzazzjoni għas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti għas-sidien tal-bastimenti jew għad-destinatarji tagħhom fi żmien 15-il jum minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha tintbagħat minnufih lid-Delegazzjoni tal-UE.

6.   Lista tal-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu

Ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni għas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali ta’ bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Możambik. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE u għandha tieħu post il-lista provviżorja msemmija hawn fuq.

7.   Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd għandhom ikunu validi għal sena u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.

Sabiex jiġi stabbilit il-bidu tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu annwali għandu jfisser:

(i)

għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

(ii)

imbagħad, kull sena kalendarja sħiħa;

(iii)

għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tal-iskadenza tal-Protokoll.

(iv)

għall-ewwel u għall-aħħar sena tal-Protokoll, it-tariffa tal-ħlas minn qabel għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ pro rata temporis.

8.   Dokumenti li għandhom jinżammu abbord

Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet tal-Możambik jew f’port tal-Możambik, għandu jkollu abbord f’kull ħin id-dokumenti li ġejjin:

(a)

l-awtorizzazzjoni għas-sajd;

(b)

id-dokumenti maħruġin minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tat-tali bastiment tas-sajd, li juru:

in-numru li taħtu jkun irreġistrat il-bastiment tas-sajd u ċ-ċertifikat tar-reġistru tal-bastiment;

iċ-ċertifikat ta’ konformità previst mill-Konvenzjoni ta’ Torremolinos tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-IMO);

(c)

tpinġijiet jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment tas-sajd u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri kubi;

(d)

jekk ikun sar kwalunkwe tibdil fil-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul kumplessiv tiegħu, it-tunnellaġġ gross irreġistrat tiegħu, il-potenza taż-żwiemel tal-magna ewlenija jew tal-magni ewlenin tiegħu jew il-kapaċità tal-istiva tiegħu, ċertifikat, li jkun ġie ċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, li jiddeskrivi n-natura tat-tali tibdil;

(e)

jekk il-bastiment tas-sajd ikun mgħammar b’tankijiet tal-ilma baħar imkessħa jew iffriżati, dokument iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jindika l-kalibrazzjoni tat-tankijiet f’metri kubi;

(f)

awtorizzazzjoni sabiex isir sajd barra l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġa għall-bastiment tas-sajd;

(g)

kopja tal-Liġi tal-Możambik dwar is-Sajd (il-Liġi Nru 3/90) u tar-Regolamenti tas-Sajd fil-Baħar (id-Digriet REPMAR Nru 43/2003).

9.   Trasferiment tal-awtorizzazzjoni għas-sajd

L-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun trasferibbli.

Madankollu, fejn ikun hemm provi ta’ forza maġġuri, wara talba tal-UE, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida, maħruġa għal bastiment ieħor simili jew għal bastiment li jissostitwixxih, mingħajr il-pagament ta’ ħlas ġdid minn qabel. F’każ bħal dan, id-dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni bil-friża u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ fil-Kapitolu IV għandha tqis il-qabda totali taż-żewġ bastimenti fiż-żona tal-Możambik.

It-trasferiment għandu jinvolvi l-għoti lura tal-awtorizzazzjoni għas-sajd li tkun se tinbidel minn sid il-bastiment jew mid-destinatarju tiegħu fil-Możambik u t-tfassil minnufih min-naħa tal-Możambik tal-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni mill-aktar fis possibbli. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr iktar dewmien lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura.

Il-Możambik għandu jaġġorna, mill-aktar fis possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tas-sajd u lill-UE.

10.   Bastimenti ta’ appoġġ

Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom jiġu awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Możambik.

It-tariffa annwali applikabbli tal-liċenzja għall-bastimenti ta’ appoġġ hija ta’ EUR 3 580 /sena.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Możambik għandhom jibagħtu l-lista ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet lill-Kummissjoni fuq bażi regolari, permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Możambik.

KAPITOLU III

MIŻURI TEKNIĊI

Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd, marbutin maż-żona, l-apparat tas-sajd u l-qbid addizzjonali, għandhom jiġu ddefiniti għal kull kategorija tas-sajd fid-dokumenti tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

Il-bastimenti għandhom jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-Możambik dwar is-sajd u r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-IOTC (il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan).

KAPITOLU IV

RAPPURTAR TAL-QBID

1.   Definizzjoni tal-vjaġġ tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-UE għandu jiġi ddefinit kif ġej:

il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Możambik u l-ħruġ minnha, jew

il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Możambik u t-trasbord f’port u/jew il-ħatt l-art fil-Możambik.

2.   Il-ġurnal tas-sajd

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal tas-sajd tal-IOTC, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab fl-Appendiċi 3 għal dan l-Anness.

Il-ġurnal tas-sajd irid ikun konformi mar-Riżoluzzjoni tal-IOTC 08/04 għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u r-Riżoluzzjoni 10/03 għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seines.

Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Możambik.

Il-kaptan għandu jikteb kuljum, fil-ġurnal tas-sajd, il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll il-qabda inċidentali.

Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal tas-sajd.

3.   Rappurtar tal-qbid

Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabda tal-bastiment billi jibgħat lill-Możambik il-ġurnali tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Możambik.

Il-ġurnali tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)

meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tal-Możambik, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal tas-sajd għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Możambik, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument; kopja tal-ġurnal għandha tingħata lill-grupp ta’ spezzjoni tal-Możambik;

(ii)

meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ miż-żona tas-sajd tal-Możambik mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tal-Możambik, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien 7 tijiem tax-xoghol wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, u f’kull każ fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara t-tluq miż-żona tal-Możambik:

(a)

bil-posta elettronika, fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd;

(b)

jew permezz ta’ faks, lin-numru mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd;

(c)

jew permezz tal-ittra mibgħuta lill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jistabbilixxu mill-1 ta’ Jannar 2012 protokoll għall-iskambju elettroniku tad-data kollha dwar il-qbid u r-rappurtar ibbażata fuq ġurnal elettroniku: iż-żewġ Partijiet għandhom imbagħad jippjanaw l-implimentazzjoni tal-protokoll u s-sostituzzjoni tal-verżjoni stampata tar-rappurtar dwar il-qbid b’verżjoni elettronika sal-1 ta’ Lulju 2012.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali kollha tas-sajd lill-UE u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha tas-sajd lill-“Instituto Nacional de Investigação Pesqueira (IIP)” u lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

(i)

Institut de recherche pour le développement (IRD);

(ii)

Instituto Español de Oceanografía (IEO);

(iii)

IPIMAR (Instituto Português de Investigação Maritima).

Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tal-Możambik fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għas-sajd tiegħu għandu jwassal għal iżjed rappurtar tal-qbid.

Fejn id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qbid ma jitħarsux, il-Możambik jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni għas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm jinkiseb ir-rapport dwar il-qbid li jkun nieqes u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Możambik jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni għas-sajd. Il-Możambik għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

4.   Dikjarazzjoni finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni li jbaħħar fl-oċeani u kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-UE għandha tfassal, abbażi tar-rappurtar tal-qbid tiegħu kkonfermat mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, dikjarazzjoni finali tat-tariffi li jkunu jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.

L-UE għandha tibgħat din id-dikjarazzjoni finali lill-Możambik u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja. Il-Możambik jista’ jikkuntesta d-dikjarazzjoni finali, abbażi tal-evidenza dokumentata, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tintbagħat. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Możambik ma joġġezzjonax fi żmien 30 jum tax-xogħol, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni finali tkun ġiet adottata.

Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar mit-tariffa b’rata fissa prevista mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Możambik sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mit-tariffa b’rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment.

KAPITOLU V

IL-ĦATT L-ART U T-TRASBORD

It-trasbord fuq il-baħar huwa pprojbit. L-operazzjonijiet kollha tat-trasbord fil-port huma mmonitorjati fil-preżenza ta’ spetturi tas-sajd tal-Możambik.

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet jew jagħmel operazzjoni ta’ trasbord għandu jinnotifika lill-Możambik, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trasbord, b’dan li ġej:

(a)

isem il-bastiment tas-sajd li jkollu jħott il-qabdiet l-art jew jagħmel operazzjoni ta’ trasbord u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC;

(b)

il-port li fih se jsir il-ħatt l-art jew it-trasbord;

(c)

id-data u l-ħin skedati għall-ħatt l-art u għat-trasbord;

(d)

il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li għandha tinħatt l-art jew li għandha tiġi ttrasbordata (identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha);

(e)

f’każ ta’ trasbord, isem il-bastiment li jkun se jirċievi l-qabda.

Għall-bastimenti li jkunu se jirċievu l-qabda, mhux iktar tard minn 24 siegħa qabel il-bidu tat-trasbord u fi tmiemu, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr li jkun qed jirċievi l-qabda għandu jgħarraf lill-awtoritajiet tal-Możambik bil-kwantitajiet ta’ tonn u ta’ speċijiet simili għat-tonn li jkunu ġew ittrasbordati fil-bastiment tiegħu u għandu jlesti d-dikjarazzjoni ta’ trasbord u jibgħatha lill-awtorità tal-Możambik fi żmien 24 siegħa.

L-operazzjoni ta’ trasbord hija suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel li tingħata mill-Możambik lill-kaptan jew lid-destinatarju tiegħu fi żmien 24 siegħa wara n-notifika msemmija hawn fuq. L-operazzjoni ta’ trasbord trid titwettaq f’port tal-Możambik li jkun awtorizzat għal dan il-għan.

Il-portijiet tas-sajd magħżula fejn huma permessi operazzjonijiet ta’ trasbord fil-Możambik huma Maputo, Beira u Nacala (portijiet iddikjarati lill-IOTC skont ir-Riżoluzzjoni 10/11 u skont ir-rekwiżiti tal-PSME).

Il-bastimenti tal-UE li jħottu l-qabdiet l-art f’port tal-Możambik għandhom ifittxu li jagħmlu l-qabdiet inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali tal-ipproċessar bil-prezz tas-suq lokali. Fuq talba tal-kumpaniji tas-sajd tal-UE, l-awtoritajiet tal-Możambik għandhom jipprovdu lista u dettalji tal-kuntatt tal-kumpaniji lokali tal-ipproċessar.

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha twassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti previsti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Możambik.

KAPITOLU VI

KONTROLL

1.   Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha

Kull dħul fiż-żona tas-sajd tal-Możambik jew ħruġ minnha minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni għas-sajd għandu jiġi nnotifikat lill-Możambik fi żmien tliet sigħat mid-dħul jew mill-ħruġ.

Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

(i)

id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;

(ii)

il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

(iii)

il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi miżmuma abbord, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi tal-piż ħaj tagħha jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

(iv)

il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi mormija lura l-baħar, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi tal-piż ħaj tagħha jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali.

Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown jew numru tal-faks ikkomunikat mill-Możambik, billi tintuża l-formola mehmuża mal-Anness bħala l-Appendiċi 4. Il-Możambik għandu jikkonferma li rċieva din in-notifika minnufih permezz tal- posta elettronika jew faks tar-ritorn.

Il-Możambik għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kwalunkwe bastiment li jinstab jistad fiż-żona tas-sajd tal-Możambik mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel għandu jitqies bhala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat.

Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-liġi tal-Możambik dwar is-sajd.

Ir-rapporti tal-qabdiet tad-dħul/tal-ħruġ għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.

2.   Rapport perjodiku tal-qabdiet

Meta bastiment tal-UE jkun qed jopera fl-ilmijiet tal-Możambik, il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni għas-sajd għandu jinnotifika lill-Awtorità tal-Możambik kull tlett ijiem bil-qabda magħmula fiż-żona tas-sajd tal-Możambik. L-ewwel dikjarazzjoni tal-qbid għandha tibda 5 tijiem wara d-data tad-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Możambik.

Kull 5 tijiem meta jirrapporta l-qabda perjodika tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

(i)

id-data, il-ħin u l-pożizzjoni meta jkun qed isir ir-rappurtar;

(ii)

il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira maqbuda u miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ ħamest ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

(iii)

il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ 5 tijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

(iv)

il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi mormija lura l-baħar waqt il-perjodu ta’ 5 tijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

(v)

il-preżentazzjoni tal-prodott;

(vi)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine:

l-għadd ta’ użijiet ta’ purse seine abbażi tal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (l-FAD) li rnexxew mill-aħħar rapport;

l-għadd ta’ użijiet ta’ purse seine abbażi ta’ ġliba ħut ħielsa li rnexxew mill-aħħar rapport;

l-għadd ta’ użijiet ta’ purse seine li ma rnexxewx.

(vii)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet:

l-għadd ta’ użijiet tal-konzijiet mill-aħħar rapport;

l-għadd ta’ snanar li ntużaw mill-aħħar rapport.

Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown ikkomunikat mill-Możambik, billi tintuża l-formola mehmuża mal-Anness bħala l-Appendiċi 5. Il-Możambik għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kwalunwe bastiment li jinstab jistad fiż-żona tas-sajd tal-Możambik mingħajr ma jkun innotifika r-rapport tal-qabda perjodika tiegħu ta’ 5 tijiem għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat. Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-liġi tal-Możambik dwar is-sajd.

Ir-rapporti perjodiċi tal-qabdiet għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.

3.   Spezzjoni fuq il-baħar

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tal-Możambik tal-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tal-Możambik li jkunu identifikati b’mod ċar bħala dwak maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi awtorizzati għandhom iwissu lill-bastiment tal-UE bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir mill-ispetturi tas-sajd, li jridu jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi awtorizzati għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst fil-Kapitolu VIII.

4.   Struzzjonijiet ta’qabel is-sajd u spezzjoni ta’ qabel is-sajd

Kull sena kalendarja u qabel ma jwettqu l-attivitajiet tas-sajd, 33 % mill-bastimenti tal-UE li huma awtorizzati jistadu fl-ilmijiet tal-Możambik għandhom jidħlu f’port tal-Możambik għal struzzjonijiet ta’ qabel is-sajd u għal spezzjoni ta’ qabel is-sajd.

Il-lista ta’ bastimenti magħżula li għandha ssirilhom spezzjoni qabel ma jwettqu l-attività tas-sajd tiġi kkomunikata mill-awtorità tal-Możambik lis-sidien tal-bastimenti u kopja tagħha tintbagħat lill-UE. Għall-bastimenti inklużi fil-lista, l-awtorizzazzjoni għas-sajd se tingħata minnufih wara l-ispezzjoni fil-port.

Sid il-bastiment għandu jgħarraf lill-awtorità tal-Możambik 72 siegħa minn qabel dwar il-ħin u l-port magħżul għall-ispezzjoni. L-ispezzjonijiet jsiru 24 siegħa wara l-wasla fil-port magħżul, jiġifieri f’Maputo, Beira jew Nacala.

Il-Możambik jista’ jawtorizza lill-UE tipparteċipa, bħala osservatur, fl-ispezzjoni fil-port.

Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu jippermetti lill-ispetturi tal-Możambik iwettqu xogħolhom.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispettur tal-Możambik għandu jfassal rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni.

Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Możambik għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE. Il-Możambik għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien 8 tijiem tax-xogħol minn meta ssir l-ispezzjoni.

5.   Spezzjoni fil-port fil-każ tal-ħatt l-art u tat-trasbord

L-ispezzjoni, f’port tal-Możambik ta’ bastimenti tal-UE li jħottu l-art jew jittrasbordaw il-qabda tagħhom miż-żona tal-Możambik għandha ssir minn spetturi tal-Możambik li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

L-ispetturi għandhom jipprovdu evidenza tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Możambik għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trasbord u l-merkanzija.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Możambik għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

KAPITOLU VII

SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (VMS)

1.   Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS

Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-ċentru għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd – iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)

il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %;

(c)

id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)

il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż fl-Appendiċi 5 għal dan l-Anness.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tal-Możambik għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Możambik, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

2.   Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

Il-bastimenti tal-UE b’sistemi tal-VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Możambik.

F’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS tal-bastiment meta dan ikun diġà qiegħed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Możambik, din is-sistema għandha tissewwa fi tmiem il-vjaġġ jew għandha tinbidel fi żmien 10 tijiem. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fiż-żona tal-Możambik.

Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żona tal-Możambik b’sistema tal-VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika jew faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Możambik, mill-inqas kull sagħtejn, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

3.   Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Możambik

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Możambik. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u l-Możambik għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u l-Możambik għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.

Iċ-ĊMS tal-Możambik għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni għas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

4.   Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni

Il-Możambik għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament rigward il-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Możambik li tkun fis-seħħ.

5.   Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova ksur, il-Możambik jista’ jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Il-Możambik għandu jibgħat din l-evidenza dokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Możambik fuq il-frekwenza l-ġdida.

Wara, iċ-ĊMS tal-Możambik għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni.

Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, il-Możambik għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull monitoraġġ li jkun meħtieġ.

KAPITOLU VIII

KSUR TAR-REGOLI

In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, il-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar jew il-leġiżlazzjoni tal-Możambik dwar is-sajd jista’ jiġi ppenalizzat b’multi, b' sospensjoni, b' revoka jew bin-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment.

1.   Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Możambik minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni għas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport (tal-ispezzjoni).

Fil-każ ta’ spezzjoni abbord, il-firma tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ difiża ta’ sid il-bastiment rigward ksur. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’ spezzjoni, huwa għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “rifjut ta’ firma”.

Għal kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Możambik minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni għas-sajd in-notifika tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti wara l-proċeduri stabbiliti fil-Liġi tal-Możambik dwar is-Sajd. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-UE fi żmien 72 siegħa.

2.   Detenzjoni tal-bastiment

Meta l-leġiżlazzjoni tal-Możambik li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port tal-Możambik, f’każ li jkun qed ibaħħar.

Il-Możambik għandu jinnotifika lill-UE fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni għas-sajd. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-arrest u/jew għad-detenzjoni.

Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, il-Możambik għandu jaħtar uffiċjal ta’ investigazzjoni u jorganizza, fuq talba tal-UE, fi żmien jum wieħed tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.   Pieni għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

Il-piena għall-ksur għandha tiġi stabbilita mill-Możambik skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

F’każ li sid il-bastiment ma jaċċettax il-multi, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess qabel ma jitnedew il-proċeduri legali bejn l-awtoritajiet tal-Możambik u l-bastiment tal-UE sabiex il-kwistjoni tiġi solvuta b’mod bonarju. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mill-inqas 72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

4.   Proċedimenti legali – Garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta’ kompromess imsemmija hawn fuq tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-Możambik, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Możambik, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara l-qtugħ tas-sentenza:

(a)

kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

(b)

skont l-ammont tal-bilanċ li jkun fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

Il-Możambik għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 8 tijiem minn meta tingħata s-sentenza.

5.   Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

KAPITOLU IX

REKLUTAĠĠ TA’ BAĦRIN

1.   Għadd ta’ baħrin li għandhom jiġu rreklutati

Waqt l-attivitajiet tagħhom fiż-żona tas-sajd tal-Możambik, il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-UE li jbaħħru fl-oċeani għandhom jirreklutaw mill-inqas 2 baħrin ikkwalifikati mill-Możambik għal kull bastiment. Il-bastimenti tas-sajd bil-konz għandhom jirreklutaw mill-inqas baħri kkwalifikat wieħed mill-Możambik għal kull bastiment.

Is-sidien tal-bastimenti tal-UE għandhom ifittxu li jirreklutaw iktar baħrin mill-Możambik.

Meta ma jiġi rreklutat l-ebda baħri mill-Możambik, għal kwalunkwe raġuni, is-sidien tal-bastimenti tal-UE għandhom ikunu obbligati jħallsu ammont b’rata fissa li jkun daqs ċifra bbażata fuq l-għadd ta’ jiem li fihom il-bastiment ikun tħaddem fiż-żona tas-sajd tal-Możambik immultiplikat bl-ammont għal kull jum, li huwa stabbilit għal EUR 30 għal kull baħri għal kull bastiment kuljum. Ir-rata fissa għandha titħallas lill-awtoritajiet tal-Możambik sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tal-istess sena.

Dik is-somma għandha tintuża għat-taħriġ tal-baħrin/tas-sajjieda fil-Możambik u għandha titħallas f’kont speċifikat mill-awtoritajiet tal-Możambik.

2.   Għażla ħielsa tal-baħrin

Il-Możambik għandu lista ta’ baħrin ikkwalifikati li jistgħu jiġu rreklutati fuq il-bastimenti tal-UE.

Sid il-bastiment, jew id-destinatarju tiegħu, għandu jagħżel b’mod ħieles il-baħrin li għandhom jiġu rreklutati minn din il-lista u għandu jinnotifika lill-Możambik bl-inklużjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

3.   Il-kuntratti tal-baħrin

Il-kuntratt tal-impjieg għandu jitfassal minn sid il-bastiment jew mid-destinatarju tiegħu u l-baħri, li, jekk ikun meħtieġ jista’ jiġi rrappreżentat mill-unjoni tiegħu, b’kooperazzjoni mal-Możambik. Il-kuntratt għandu jistipula b’mod partikolari d-data u l-port tar-reklutaġġ.

Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw, għall-baħrin, il-kopertura tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom fil-Możambik, inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard u l-inċidenti.

Kopja tal-kuntratt għandha tingħata lill-firmatarji.

Id-drittijiet bażiċi tax-xogħol stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) għandhom jiġu ggarantiti għall-baħrin mill-Możambik. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol.

4.   Il-pagi tal-baħrin

Il-pagi tal-baħrin mill-Możambik għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Għandhom jiġu stabbiliti qabel ma tinħareġ l-awtorizzazjoni għas-sajd u bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment u d-destinatarju tiegħu fil-Możambik.

Il-pagi m’għandhomx ikunu iżjed baxxi minn dawk tal-ekwipaġġi tal-bastimenti nazzjonali u lanqas m’għandhom ikunu iktar baxxi mil-livell stabbilit mill-ILO.

5.   L-obbligi tal-baħrin

Il-baħrin għandhom jirrappurtaw għand il-kaptan tal-bastiment li jkunu nħatru għalih fil-jum qabel id-data tar-reklutaġġ stipulata fil-kuntratt tagħhom. Il-kaptan għandu jgħarraf lill-baħri bid-data u l-ħin tar-reklutaġġ. Jekk il-baħri jirtira jew ma jippreżentax ruħu fid-data u l-ħin stipulati għar-reklutaġġ tiegħu, il-kuntratt tiegħu għandu jitqies bħala null u bla effett u sid il-bastiment għandu jiġi eżentat awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jirreklutah. F’dan il-każ sid il-bastiment ma għandu jkun suġġett għall-ebda multa jew għall-ħlas ta’ kumpens.

KAPITOLU X

1.   Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Il-bastimenti kollha tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd fil-Możambik għandhom jikkontribwixxu EUR 300 għall-programm tal-osservaturi tas-sajd, li għandhom jitħallsu lill-kont speċifiku tal-awtorità kompetenti, meta japplikaw għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. Dan il-fond għandu jintuża biex ikopri l-ispejjeż ta’ ġestjoni u ta’ amministrazzjoni tal-programm tal-osservaturi.

Dan il-programm ta’ osservazzjoni għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC (il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan).

2.   Bastimenti u osservaturi magħżulin

L-awtoritajiet tal-Możambik għandhom jistabbilixxu lista ta’ bastimenti magħżulin biex jieħdu osservatur abbord. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tiġi stabbilita.

L-awtoritajiet tal-Możambik għandhom jgħarrfu lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati b’isem l-osservaturi magħżulin biex jittellgħu abbord il-bastiment tagħhom sa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel id-data tal-imbarkazzjoni ppjanata tal-osservatur.

L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3.   Il-paga tal-osservatur

Il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet tal-Możambik.

4.   Kundizzjonijiet tal-imbark

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew id-destinatarju tiegħu u l-Możambik.

L-osservaturi għandhom jiġu ttrattati bħala uffiċjali. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservaturi għandhom jingħataw aċċess għal kull faċilita meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom. Huma għandu jkollhom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għal kwalunkwe dokument abbord, u għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal tas-sajd, il-ġurnal tal-iffriżar u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijiethom.

5.   L-imbark u l-iżbark tal-osservaturi

L-osservatur għandu jimbarka f’port magħżul minn sid il-bastiment.

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-Możambik, b’perjodu ta’ notifika ta’ għaxart ijiem qabel l-imbarkazzjoni, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbarkazzjoni tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbarkazzjoni għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbarkazzjoni fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin stabbiliti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka.

Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd.

Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port tal-Możambik, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tiegħu meta dan ikun qed jistenna t-titjira tar-ripatrijazzjoni.

6.   L-obbligi tal-osservatur

Waqt li jkunu abbord l-osservaturi għandhom:

(a)

jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompux jew ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd;

(b)

jirrispettaw il-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

(c)

jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment.

L-osservaturi għandhom jikkomunikaw l-osservazzjonijiet bir-radju, b’faks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Możambik, inkluż il-kwantità ta’ qbid u qbid inċidentali abbord u kwalunkwe dmir ieħor kif meħtieġ mill-awtorità.

7.   Ir-rapport tal-osservatur

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Możambik, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-iżbark tal-osservatur.

APPENDIĊIJIET GĦAL DAN L-ANNESS

1.   Appendiċi 1– Il-formola ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd

2.   Appendiċi 2– Id-dokumenti tekniċi

3.   Appendiċi 3– Il-ġurnal tas-sajd

4.   Appendiċi 4– Il-formola tan-notifika tad-dħul/tal-ħruġ

5.   Appendiċi 5– Il-format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni

Appendiċi 1

IL-FORMOLA TA' APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI GĦAS-SAJD

Image

Image

Appendiċi 2

ID-DOKUMENTI TEKNIĊI

DOKUMENT: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ

Żona tas-sajd:

Lil hinn minn tnax-il mil nawtiku mil-linji ta’ bażi.

Koordinati ġeografiċi: ara t-tabella ta’ hawn taħt

Irkaptu awtorizzat:

Tartaruni

Konzijiet tal-wiċċ

Qabdiet inċidentali:

Konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-IOTC

Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi:

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati jistadu

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni li jbaħħru fl-oċeani: 43

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: 32

Tariffa annwali tal-ħlas minn qabel:

EUR 5 100 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni li jbaħħar fl-oċeani, għal qabda ta’ 146 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati

EUR 4 100 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkollu tunnellaġġ gross ta’ > 250, għal qabda ta’ 118-il tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati

EUR 2 500 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkollu tunnellaġġ gross ta’ < 250, għal qabda ta’ 72 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati

Tariffa addizzjonali:

EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda

Baħrin nazzjonali mill-Możambik

EUR 30 kuljum għal kull baħri għal kull bastiment f’każ ta’ nuqqas ta’ imbarkazzjoni

Osservaturi (kontribuzzjoni lill-programm tal-osservaturi tas-sajd)

EUR 300 fis-sena għal kull bastiment


Koordinati ġeografiċi:

Punt

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

Latitudni

26°50′S

26°00′S

25°10′S

24°45′S

22°42′S

21°34′S

20°03′S

16°38′S

15°40′S

11°50′S

10°26′S

Lonġitudni

37°36′E

38°15′E

38°38′E

38°24′E

37°54′E

37°30′E

37°58′E

41°18′E

42°31′E

41°45′E

42°05′E

Appendiċi 3

IL-ĠURNAL TAS-SAJD

Appendiċi 4

IL-FORMOLA TAN-NOTIFIKA TAD-DĦUL/TAL-ĦRUĠ

FORMAT TAR-RAPPORT TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET

IR-RAPPORTI TAD-DĦUL/TAL-ĦRUĠ

IR-RAPPORT PERJODIKU TAL-QABDIET META L-BASTIMENT IKUN FIŻ-ŻONA EKONOMIKA ESKLUSSIVA TAL-MOŻAMBIK

Ir-rapporti kollha għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti, l-Amministrazzjoni tas-Sajd Nazzjonali tal-Możambik fl-indirizz tal-posta elettronika li ġej:

entryexitcatchmoz@gmail.com

(jew fin-numru tal-faks li ġej: + 258 21 320 335).

Jekk jogħġbok innota li:

ir-rapporti tad-dħul jew il-ħruġ għandhom jintbagħtu fl-indirizz elettroniku mogħti hawn fuq fi żmien tliet sigħat qabel id-dħul jew il-ħruġ,

il-qabda għandha tiġi rrappurtata skont l-ispeċi u l-piż tal-ħut ħaj,

l-unità tal-qabda għandha tkun f' kilogrammi,

ir-rappurtar tal-qabda għandu x’jaqsam kemm mal-ispeċijiet fil-mira kif ukoll mal-ispeċijiet maqbuda b’mod inċidentali. Il-lista tal-ispeċijiet mogħtija hawn taħt tista’ tinbidel skont l-ispeċijiet maqbuda.

1.   Format tar-rapport tad-dħul (fi żmien tliet sigħat qabel id-dħul)

Test tas-suġġett: Isem il-bastiment / IN

Isem il-bastiment:

Kodiċi internazzjonali tar-radju:

Data tad-dħul (jj/xx/ssss):

Ħin tad-dħul (f’UTC):

Pożizzjoni tad-dħul (Gradi Minuti Sekondi):

Kwantità totali ta’ speċijiet tal-ħut abbord mad-dħul fiż-żona ekonomika esklussiva

 

Tonna safra (YFT) kg.

 

Tonn għajnu kbira (BET) kg.

 

Tonn qabbieżi (SKJ) kg

 

Alonga (ALB) kg

 

Marlin (MAR) kg

 

Pixxispad (SWO) kg

 

Pastardella (SSP) kg

 

Sailfish (SFA) kg

 

Ħuta kaħla (BSH) kg

 

Pixxiplamtu (POR) kg

 

Pixxitondu (MAK) kg

 

Kelb il-baħar abjad (TIG) kg

 

Kelb il-baħar kukkudrill (PSK) kg

 

Pixxivolpi (THR) kg

 

Kelb il-baħar ta’ denbu bit-tebgħa (OCS) kg

 

Kurazza komuni (SPN) kg

 

Klieb il-baħar “Requiem” oħrajn (CWZ) kg

 

Oħrajn (speċifika l-ispeci + il-kodiċi tal-FAO) kg

 

Eċċ.

2.   Format tar-rapport tal-ħruġ (fi żmien 3 sigħat qabel il-ħruġ)

Test tas-suġġett: Isem il-bastiment / OUT

Isem il-bastiment:

Kodiċi internazzjonali tar-radju:

Data tal-ħruġ (jj/xx/ssss):

Ħin tal-ħruġ (f’UTC):

Pożizzjoni mal-ħruġ (Gradi Minuti Sekondi):

Kwantità totali ta’ speċijiet tal-ħut abbord mal-ħruġ miż-żona ekonomika esklussiva

 

Tonna safra (YFT) kg

 

Tonn għajnu kbira (BET) kg

 

Tonn qabbieżi (SKJ) kg

 

Alonga (ALB) kg

 

Marlin (MAR) kg

 

Pixxispad (SWO) kg

 

Pastardella (SSP) kg

 

Sailfish (SFA) kg

 

Ħuta kaħla (BSH) kg

 

Pixxiplamtu (POR) kg

 

Pixxitondu (MAK) kg

 

Kelb il-baħar abjad (TIG) kg

 

Kelb il-baħar kukkudrill (PSK) kg

 

Pixxivolpi (THR) kg

 

Kelb il-baħar ta’ denbu bit-tebgħa (OCS) kg

 

Kurazza komuni (SPN) kg

 

Klieb il-baħar “Requiem” oħrajn (CWZ) kg

 

Oħrajn (speċifika l-ispeċi + il-kodiċi tal-FAO)

 

Eċċ.

3.   Format tar-rapport ta’ kull ġimgħa/tar-rapport perjodiku (kull tlett ijiem meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tal-Możambik)

Test tas-suġġett: Isem il-bastiment / WCR

Isem il-bastiment:

Kodiċi internazzjonali tar-radju:

Data tar-rappurtar (jj/xx/ssss):

Ħin tar-rappurtar (f’UTC):

Pożizzjoni mar-rappurtar (Gradi Minuti Sekondi):

Qabda fiż-żona ekonomika esklussiva tal-Możambik (f’ kg)

 

Tonna safra (YFT) kg

 

Tonn għajnu kbira (BET) kg

 

Tonn qabbieżi (SKJ) kg

 

Alonga (ALB) kg

 

Marlin (MAR) kg

 

Pixxispad (SWO) kg

 

Pastardella (SSP) kg

 

Sailfish (SFA) kg

 

Ħuta kaħla (BSH) kg

 

Pixxiplamtu (POR) kg

 

Pixxitondu (MAK) kg

 

Kelb il-baħar abjad (TIG) kg

 

Kelb il-baħar kukkudrill (PSK) kg

 

Pixxivolpi (THR) kg

 

Kelb il-baħar ta’ denbu bit-tebgħa (OCS) kg

 

Kurazza komuni (SPN) kg

 

Klieb il-baħar “Requiem” oħrajn (CWZ) kg

 

Oħrajn (speċifika l-ispeċi + il-kodiċi tal-FAO)

 

Eċċ. …

Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine:

l-għadd ta’ użijiet ta’ purse seine abbażi tal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (l-FAD) li rnexxew mill-aħħar rapport:

l-għadd ta’ użijiet ta’ purse seine abbażi ta’ ġliba ħut ħielsa li rnexxew mill-aħħar rapport:

l-għadd ta’ użijiet ta’ purse seine li ma rnexxewx:

Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet:

l-għadd ta’ użijiet tal-konzijiet mill-aħħar rapport:

l-għadd ta’ snanar li ntużaw mill-aħħar rapport:

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kodiċijiet alfanumeriċi uffiċjali (imsejħa wkoll “il-kodiċi alfa-3”) għall-ispeċijiet taħt il-mandat tal-IOTC. L-ismijiet bl-Ingliż u bil-Franċiż u dawk xjentifiċi huma meħuda mit-tassonomija tal-FAO.

Kodiċi

Isem bl-Ingliż

Isem bil-Franċiż

Isem xjentifiku

ALB

Albacore tuna

Germon

Thunnus alalunga

BET

Bigeye tuna Patudo;

Thon obese

Thunnus obesus

BFT

Bluefin tuna

Thon rouge

Thunnus thynnus thynnus

BIL

Marlins, sailfishes, spear fish

Poissons epée NCA (2)

Xiphioidei NEI  (1)

BIP

Indo-Pacific Bonito

Bonito oriental

Sarda orientalis

BLM

Black Marlin

Makaire noir

Makaira indica

BLT

Bullet tuna

Bonitou

Auxis rochei

BLZ

Indo-Pacific Blue Marlin

Makaire bleu de l'Indo Pacifique

Makaira mazara

COM

Narrow barred Spanish Mackerel

Thazard rayé

Scomberomorus commersoni

DOT

Dogtooth tuna

Bonite à gros yeux

Gymnosarda unicolor

FRI

Frigate tuna

Auxide

Auxis thazard

FRZ

Frigate and Bullet tunas

Auxides et Bonitous

Auxis spp.

GUT

Indo-Pacific king mackerel

Thazard ponctué

Scomberomorus guttatus

KAW

Kawakawa

Thonine orientale

Euthynnus affinis

KGX

Seerfishes NEI (1)

Thazards NCA (2)

Scomberini NEI  (1)

LOT

Longtail tuna

Thon mignon

Thunnus tonggol

MAR

Marlines NEI (1)

Makaire NCA (2)

 

MLS

Striped Marlin

Marlin rayé

Tetrapturus audax

OBL

Billfishes, unclassified

Porte-épée non-classifiés

 

OTH

Others NEI (1)

Autres NCA (2)

Scombridae and Xiphioidei

RSK

Requiem sharks

 

Carcharinidae

SBF

Southern Bluefin tuna

Thon rouge du sud

Thunnus maccoyii

SFA

Indo-Pacific Sailfish

Voilier de l'Indo-Pacifique

Istiophorus platypterus

SHK

Shark

Requins

 

SKJ

Skipjack Listao;

Bonite à ventre rayé

Katsuwonus pelamis

SSP

Short-billed spearfish

Makaire à rostre court

Tetrapterus angustirostris

STS

Streaked seerfish

Thazard cirrus

Scomberomorus lineolatus

SWO

Swordfish

Espadon

Xiphias gladius

TUN

Tunas and Bonitos NEI (1)

Thons et bonites NCA (2)

Thunnini and Sardini NEI  (1)

WAH

Wahoo

Thazard-b à tard

Acanthocybium solandri

YFT

Yellowfin tuna

Albacore

Thunnus albacares


(1)  NEI: not elsewhere included

(2)  NCA: non compris ailleurs

Appendiċi 5

IL-FORMAT TAL-MESSAĠĠ TAL-VMS DWAR IL-POŻIZZJONI

KOMUNIKAZZJONIJIET TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS

RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-data

Kodiċi

Obbligatorju/fakultattiv

Kontenut

Il-bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ – id-destinatarju. Il-kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż tal-ISO

Mingħand

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ – l-ispeditur. Il-kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż tal-ISO

L-istat tal-bandiera

FS

F

Dettall dwar il-messaġġ – l-istat tal-bandiera

It-tip ta’ messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ – it-tip ta’ messaġġ [ENT, POS, EXI]

Il-kodiċi tar-radju

RC

O

Dettall dwar il-bastiment – il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

In-numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti

IR

F

Dettall dwar il-bastiment – in-numru uniku tal-parti kontraenti (il-kodiċi ISO3 tal-istat tal-bandiera segwit minn numru)

In-numru tar-reġistrazzjoni estern

XR

O

Dettall dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment

Il-latitudni

LA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti T/N GGMM (WGS84)

Il-lonġitudni

LO

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti L/P GGMM (WGS84)

Ir-rotta

CO

O

Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Il-veloċità

SP

O

Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Id-data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Il-ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema – jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

O

=

element tad-data obbligatorju

F

=

element tad-data fakultattiv

Kull trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:

1.

il-karattri jingħataw skont in-norma tal-ISO 8859.1

2.

linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam SR jindikaw il-bidu tal-messaġġ

3.

kull element tad-data jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-data permezz ta’ linja mmejla doppja (//)

4.

linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam u d-data

5.

il-kodiċi ER segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ

6.

l-elementi tad-data fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ