|
2.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Jannar 2012
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank
(2012/61/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2011/22) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom ikunu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tad-De Nederlandsche Bank intemm wara l-verifka kontabbli għas-sena finanzjarja tal-2011. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012. |
|
(3) |
Id-De Nederlandsche Bank għażel lil Deloitte Accountants B.V. bħala l-awdituri estern tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2018. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Accountants B.V. jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“8. Deloitte Accountants B.V. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN