1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Jannar 2012

rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

(2012/56/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 271 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 (2) emenda l-limiti applikabbli fil-qasam tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku previsti mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (3).

(2)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

(3)

Peress li l-limiti emendati mir-Regolament (UE) Nru 1251/2011 huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012, din id-Deċiżjoni għandha tapplika wkoll mill-1 ta’ Jannar 2012. Jeħtieġ għalhekk li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/78/UE tad-9 ta’ Frar 2010 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u l-Artikolu 158(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (4) m’għadhiex valida u għaldaqstant għandha tiġi rrevokata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri f’euro tal-livelli applikabbli għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku għandhom ikunu stabbiliti kif ġej:

EUR 5 000 000 fl-Artikolu 157(b);

EUR 130 000 fl-Artikolu 158(1)(a);

EUR 200 000 fl-Artikolu 158(1)(b);

EUR 5 000 000 fl-Artikolu 158(1)(c).

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/78/UE hija rrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 43.

(3)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(4)  ĠU L 37, 10.2.2010, p. 73.