1.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Jannar 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE
(2012/54/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artiklu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), (“il-Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward tat-trasport. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. |
(3) |
L-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(4) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha titieħed fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. GJERSKOV
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10.
ABBOZZ TA’
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …
ta’…
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat l-aħħar b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66wh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
“66wi. |
32010 R 0255: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Dan ir-Regolament m’għandux ikun applikabbli għal-Liechtenstein.”. |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) Nru 255/2010 li għandu jiġi ppubblikat fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE għal Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-…, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, … .
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L …
(2) ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10.
(*) [Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.]