|
31.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Jannar 2012
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fil-Ġermanja u fil-Pajjiżi l-Baxxi li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2010
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 369)
(It-testi bil-Ġermaniż u l-Olandiż biss huma awtentiċi)
(2012/52/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/272/UE (2) approvat, għas-sena finanzjarja 2010, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti kollha ħlief għall-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Rheinland-Pfalz”, l-aġenzija tal-pagamenti Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ARBEA” u l-aġenzija tal-pagamenti Olandiża “Dienst Regelingen”. |
|
(2) |
Wara t-trażmissjoni ta’ informazzjoni ġdida u wara kontrolli addizzjonali, il-Kummissjoni issa tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Rheinland-Pfalz” u l-aġenzija tal-pagamenti Olandiża “Dienst Regelingen”. |
|
(3) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas [pagamenti] u ta’ korpi oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu determinati billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2010, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont minn jew iżżidu mal-pagament ta’ kull xahar marbut mal-infiq li sar fit-tieni xahar wara dak li fih tittieħed id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru kkonċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit tal-UE, jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mis-sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tal-imsemmi Regolament jobbliga lill-Istati Membri biex iressqu quddiem il-Kummissjoni rapport sommarju dwar il-proċeduri ta’ rkupru meħuda b’rispons għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Fir-Regolament (KE) Nru 885/2006 hemm stipulati regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III għar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabella mudell li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2011. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u dawk li aktarx isiru jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta taħt il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti mhumiex ikunu ddebitati lill-Istati Membri kkonċernati u konsegwentement għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi. |
|
(6) |
Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagament ikkonċernati, il-Kummissjoni trid tqis l-ammonti li diġà tnaqqsu lill-Istati Membri kkonċernati abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/272/UE. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-UE nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Rheinland-Pfalz” u l-aġenzija tal-pagamenti Olandiża “Dienst Regelingen” li jikkonċernaw infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), fir-rigward tas-sena finanzjarja 2010 huma b’dan approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew pagabbli lil kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS
APPROVAZZJONI TA' KONTIJIET TA' AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2010
Ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Istat Membru
NB: Nomenklatura 2012: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803
|
SM |
|
2010 - Infiq/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagament li l-kontijiet tagħhom huma |
Total a + b |
Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1) |
Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 |
Total inkluż it-tnaqqis u s-sospensjonijiet |
Pagamenti li saru lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru (2) |
Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/272/UE |
Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru (2) |
|
|
approvati |
diżassoċjati |
||||||||||
|
= infiq/dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tan-nefqa/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar |
||||||||||
|
|
|
a |
b |
c = a + b |
d |
e |
f = c + d + e |
g |
h = f – g |
i |
j = h – i |
|
DE |
EUR |
5 573 405 084,75 |
0,00 |
5 573 405 084,75 |
–7 108 483,29 |
– 779 304,45 |
5 565 517 297,01 |
5 565 435 172,87 |
82 124,14 |
84 373,43 |
–2 249,29 |
|
NL |
EUR |
895 187 155,61 |
0,00 |
895 187 155,61 |
–0,03 |
–5 835,72 |
895 181 319,86 |
894 473 110,44 |
708 209,42 |
0,00 |
708 209,42 |
|
SM |
|
Infiq (3) |
Dħul assenjat (3) |
Fond taz-Zokkor |
Artikolu 32 (= e) |
Total (= h) |
|
|
Infiq (4) |
Dħul assenjat (4) |
||||||
|
05 07 01 06 |
6701 |
05 02 16 02 |
6803 |
6702 |
|||
|
k |
l |
m |
n |
o |
p = k + l + m + n + o |
||
|
DE |
EUR |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
–2 249,29 |
–2 249,29 |
|
NL |
EUR |
714 045,14 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
–5 835,72 |
708 209,42 |
(1) It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li tqiesu fis-sistema tal-pagament, li magħhom ġew miżjuda b'mod partikolari l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett lejn id-dati ta' skadenza tal-pagament stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2010.
(2) Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lil Stat Membru l-ammont li tiqes huwa, it-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (kol. a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa diżassoċjata (kol. b). Rata tal-kambju applikabbli:
l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.
(3) Jekk il-parti tad-Dħul Assenjat tagħti vantaġġ?? tkun għall-vantaġġ tal-Istat Membru, trid tkun iddikjarata taħt 05 07 01 06.
(4) Jekk il-parti tad-Dħul Assenjat tal-Fond taz-Zokkor, tkun għall-vantaġġ tal-Istat Membri, trid tkun iddikjarata taħt 05 02 16 02.
NB: Nomenklatura 2012: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803