|
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/33 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/37/PESK
tat-23 ta’ Jannar 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1
|
|
Isem |
Tagħrif identifikattiv |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||
|
1. |
Il-Brigadier Ġeneral Jawdat Ibrahim Safi |
Kmandant tal-154 Riġment |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma. |
23.1.2012 |
|||||
|
2. |
Il-Ġeneral Maġġur Muhammad Ali Durgham |
Kmandant fir-4 Diviżjoni |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma. |
23.1.2012 |
|||||
|
3. |
Il-Maġġur Ġeneral Ramadan Mahmoud Ramadan |
Kmandant tal-35 Riġment ta' Forzi Speċjali |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Baniyas u Deraa |
23.1.2012 |
|||||
|
4. |
Il-Brigadier Ġeneral Ahmed Yousef Jarad |
Kmandant tal-132 Brigata |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Deraa, inkluż bl-użu ta' mitraljatriċi u kanuni ta' kontra l-ajruplani |
23.1.2012 |
|||||
|
5. |
Il-Maġġur Ġeneral Naim Jasem Suleiman |
Kmandant tat-3 Diviżjoni |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma. |
23.1.2012 |
|||||
|
6. |
Il-Brigadier Ġeneral Jihad Mohamed Sultan |
Kmandant tal-65 Brigata |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma |
23.1.2012 |
|||||
|
7. |
Il-Maġġur Ġeneral Fo'ad Hamoudeh |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Idlib |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Idlib fil-bidu ta' Settembru 2011 |
23.1.2012 |
|||||
|
8. |
Il-Maġġur Ġeneral Bader Aqel |
Kmandant tal-Forzi Speċjali |
Ta ordnijiet lis-suldati biex jiġbru l-katavri u jagħtuhom lill-mukhabarat u responsabbli għall-vjolenza f'Bukamal. |
23.1.2012 |
|||||
|
9. |
Il-Brigadier Ġeneral Ghassan Afif |
Kmandant mill-45 Riġment |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs, Baniyas u Idlib |
23.1.2012 |
|||||
|
10. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohamed Maaruf |
Kmandant mill-45 Riġment |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs. Ta ordnijiet għal sparar fuq dimostranti f'Homs. |
23.1.2012 |
|||||
|
11. |
Il-Brigadier Ġeneral Yousef Ismail |
Kmandant tal-134 Brigata |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw lejn djar u nies fuq il-bjut waqt funeral f'Talbiseh għal dimostranti maqtula l-jum ta' qabel. |
23.1.2012 |
|||||
|
12. |
Il-Brigadier Ġeneral Jamal Yunes |
Kmandant tal-555 Riġment |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Mo'adamiyeh. |
23.1.2012 |
|||||
|
13. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohsin Makhlouf |
|
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak. |
23.1.2012 |
|||||
|
14. |
Il-Brigadier Ġeneral Ali Dawwa |
|
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak |
23.1.2012 |
|||||
|
15. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohamed Khaddor |
Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali |
Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma. |
23.1.2012 |
|||||
|
16. |
Il-Maġġur Ġeneral Suheil Salman Hassan |
Kmandant tal-5 Diviżjoni |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti fil-Governorat ta' Deraa. |
23.1.2012 |
|||||
|
17. |
Wafiq Nasser |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Suwayda (Dipartiment tal-Intelligence Militari) |
Bħala Kap tal-fergħa ta' Suwayda tad-Dipartiment għall-Intelligence Militari, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Suwayda. |
23.1.2012 |
|||||
|
18. |
Ahmed Dibe |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali) |
Bħala Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Deraa. |
23.1.2012 |
|||||
|
19. |
Makhmoud al-Khattib |
Kap tal-Fergħa Investigattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Investigattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
|||||
|
20. |
Mohamed Heikmat Ibrahim |
Kap tal-Fergħa Operattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
|||||
|
21. |
Nasser Al-Ali |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
|||||
|
22. |
Mehran (jew Mahran) Khwanda |
Proprjetaru tal-kumpannija tat-trasport Qadmous Transport Co. imwieled fil-11.05.1938 Passaporti: nru 3298 858, li skada fid-09.05.2004, nru 001452904, li skada fid-29.11.2011, nru 006283523, li ser jiskadi fit-28.06.2017. |
Jagħti appoġġ loġistiku għar-repressjoni vjolenti eżerċitata kontra l-popolazzjoni ċivili fiż-żoni ta' azzjoni tal-milizzja favur il-gvern involuti fil-vjolenza ("chabbihas"). |
23.1.2012 |
|||||
|
23. |
Industrial Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
|
24. |
Popular Credit Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
|
25. |
Saving Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
|
26. |
Agricultural Cooperative Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
|
27. |
Syrian Lebanese Commercial Bank |
|
Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
|
28. |
Deir ez-Zur Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
|||||
|
29. |
Ebla Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
|||||
|
30. |
Dijla Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |