24.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2007/275/KE dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9517)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/31/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/496/KEE tipprovdi għal kontrolli veterinarji rigward fuq annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri skont dik id-Direttiva.

(2)

Id-Direttiva 97/78/KE tipprovdi għall-verifiki veterinarji fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti prodotti tal-pjanti introdotti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(3)

Dawk id-Direttivi jipprovdu li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri m'għandhomx jippermettu l-importazzjoni fl-Unjoni tal-annimali u l-prodotti kkonċernati sakemm dawk il-kontrolli veterinarji ma jkunux twettqu b'riżultati sodisfaċenti fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (3) tipprovdi li l-annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali elenkati fl-Anness I tagħha għandhom jiġu suġġetti għal kontrolli veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE (“il-kontrolli veterinarji”).

(5)

L-annimali u l-prodotti li meħtieġa jgħaddu minn kontrolli veterinarji għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar. Għalhekk, il-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE għandha tinġieb f'konformità mat-terminoloġija u r-referenzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE rigward ċerti kampjuni u oġġetti eżentati mill-kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri skont dik id-Direttiva (5).

(6)

Il-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE tistabbilixxi l-annimali u l-prodotti skont in-Nomenklatura Magħquda (“NM”), kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (6), bħala l-ewwel referenza għall-għażla ta’ kunsinni li għandhom jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji.

(7)

Il-kodiċijiet NM stabbiliti f'dak ir-Regolament ġew aġġornati bosta drabi mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/275/KE. Bidliet konsiderevoli ġew introdotti għall-kodiċijiet NM għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Barra minn hekk, l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1228/2010 (7) introduċa kodiċijiet NM għall-movimenti ta’ oġġetti speċifiċi, fosthom għall-provvista bil-vapur. Peress li dawk il-kodiċijiet tan-NM jistgħu jikkonċernaw prodotti li joriġinaw mill-annimali, dawn għandhom jiġu miżjuda mal-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

(8)

It-Trade Control and Expert System (TRACES) tal-Unjoni stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (8) identifikat inizjalment annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali tat-titoli b'erba' figuri tan-NM. TRACES sussegwentement ġiet aġġornata u ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu identifikati permezz tas-sottotitoli ta’ sitt jew tmien figuri tagħhom tal-kodiċijiet NM sabiex tiġi evitata klassifikazzjoni ħażina tal-oġġetti. Ir-referenzi rilevanti fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Għal ċerti kodiċijiet NM, id-Deċiżjoni 2007/275/KE hija kkonċernata biss b'parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu rilevanti jew titolu tan-NM. F'każijiet bħal dawn, il-kolonna 3 tal-lista stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni tirreferi għal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni applikabbli u tipprovdi dettalji tal-annimali u oġġetti li għandhom jiġu soġġetti għal kontroll veterinarju. Filwaqt li jitqiesu tat-terminoloġija u r-referenzi issa previsti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u fir-Regolament (UE) Nru 142/2011, dawk ir-referenzi fid-Deċiżjoni 2007/275/KE għandhom jiġu aġġornati sabiex jikkunsidraw il-leġislazzjoni attwali tal-Unjoni.

(10)

Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE għandha tiġi aġġornata sabiex tikkunsidra l-emendi riċenti għall-kodiċijiet NM u tar-referenzi meħtieġa fil-kolonna 3 tal-lista.

(11)

Il-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2007/275/KE għandha għalhekk tiġi sostitwita bil-lista fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni 2007/275/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)   ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

(4)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(6)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(7)   ĠU L 336, 21.12.2010, p. 17.

(8)   ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.


ANNESS

“ANNESS I

LISTA TA’ ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL VERIFIKI VETERINARJI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3

Din il-lista tistabbilixxi l-annimali u l-prodotti skont in-nomenklatura tal-oġġetti li qed tintuża fl-Unjoni sabiex tiġi determinata l-għażla tal-kunsinni li jridu jiġu sottomessa għal verifiki veterinarji f'post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

Noti għat-tabella:

1.   Kummenti ġenerali

Dawn il-kummenti ġenerali huma miżjuda ma’ ċerti kapitoli sabiex jiċċaraw liema annimali jew prodotti jkunu koperti mill-kapitolu rilevanti. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, issir referenza għar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-raba' kolonna ‘kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu’ ta’ diversi tabelli stipulati fl-Annessi XIII u XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, bħal fil-Kolonna (3) ta’ dik il-lista.

2.   Nota tal-Kapitolu

Dawn in-noti tal-kapitoli huma spjegazzjonijiet, estratti fejn meħtieġ, min-Noti tal-Kapitoli individwali tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

3.   Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

Informazzjoni addizzjonali dwar il-Kapitoli differenti ġiet estratta, fejn meħtieġ, min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali mill-2007.

4.   Kolonna (1) – il-kodiċi NM

Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, imwaqqfa bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar 'il quddiem is-‘SA’), imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Mondjali tad-Dwana (‘OMD’), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell, fl-14 ta’ Ġunju 1983, u approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (1) (‘il-Konvenzjoni SA’). In-NM tirriproduċi t-titoli u s-sottotitoli tas-SA għal sitt figuri, u s-seba' u t-tmien figuri biss joħolqu sottotitoli ulterjuri li huma speċifiċi għaliha.

Meta jintuża kodiċi b'erba' figuri: sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti kollha prefissi bi jew koperti minn dawn l-erba' figuri għandhom jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet, il-kodiċijiet NM rilevanti inklużi fis-sistema TRACES stabbilita bid-Deċiżjoni 2004/292/KE huma mqassma f'kodiċi b'sitt jew tmien figuri.

Fejn ċerti prodotti speċifiċi biss taħt kwalunkwe kodiċi b'erba', sitt jew tmien figuri huma meħtieġa li jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji u ma teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt din il-kodiċi fin-NM, il-kodiċi jiġi mmarkat Ex (pereżempju, Ex 3002 : verifiki vetrinarji meħtieġa biss għall-materjal derivat mill-annimali, inklużi ħuxlief u tiben, u mhux għat-titolu, is-sottotitolu jew il-kodiċi NM kollu). Il-kodiċijiet rilevanti huma inklużi wkoll fis-sistema TRACES.

5.   Kolonna (2) - Deskrizzjoni

Id-deskrizzjoni tal-oġġetti hija kif stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Għal aktar spjegazzjoni tal-kopertura eżatta tat-Tariffa Doganali Komuni, jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar emenda għal dak l-Anness.

6.   Kolonna (3) – Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-annimali jew prodotti koperti. Aktar informazzjoni dwar l-annimali jew prodotti koperti fil-Kapitoli differenti tan-NM tista' tinstab fl-aktar verżjoni riċenti tan-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2). Għal informazzjoni aġġornata, jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar emenda jew il-verżjoni kkonsolidata ta’ dawn in-Noti ta’ Spjegazzjoni.

Għal ċerti annimali ħajjin (bħal rettili, anfibji, insetti, dud, jew invertebrati oħra) u ċerti prodotti mill-annimali, bħalissa ma ġew miftiehma l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni tal-Unjoni: għalhekk, attwalment ma jeżistu l-ebda ċertifikati ta’ importazzjoni armonizzati.

Madankollu, kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin, mhux speċifikati fil-leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/65/KE (3). Barra minn hekk, għal dawn l-annimali, japplikaw regoli nazzjonali dwar id-dokumentazzjoni li takkumpanja kunsinni bħal dawn. Veterinarji uffiċjali għandhom jeżaminaw il-kunsinni u joħorġu Dokument Komuni Veterinarju għad-Dħul (CVED) kif xieraq sabiex jindikaw li jkunu saru verifiki veterinarji u li l-annimali jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa.

Prodotti derivati minn prodotti sekondarji mill-annimali koperti bir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u (UE) Nru 142/2011 m'humiex identifikati speċifikament fil-liġi tal-Unjoni. Għandhom isiru verifiki veterinarji fuq prodotti li huma parzjalment ipproċessati iżda jibqgħu materja prima li għandha tiġi pproċessata aktar fi stabbiliment approvat jew irreġistrat fid-destinazzjoni.

Il-veterinarji uffiċjali fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri għandhom jevalwaw u jispeċifikaw, meta jkun meħtieġ, jekk prodott derivat huwiex ipproċessat b'mod suffiċjenti sabiex ma jkunx jeħtieġ aktar il-verifiki veterinarji previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

TABELLA

Bla ħsara għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-oġġetti fil-kolonna 2 huwa meqjus li jkun ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-oġġetti koperti b'din id-Deċiżjoni huma determinati, f'dan l-Anness, minn kodiċijiet NM.

Meta jkun hemm simbolu ‘Ex’ quddiem kodiċi NM, l-oġġetti koperti b'din id-Deċiżjoni huma determinati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti fil-kolonna (2) u l-kwalifikazzjoni u l-ispjegazzjoni fil-kolonna (3).

KAPITOLU 1

Annimali Ħajjin

Nota tal-Kapitolu 1

1.

Dan il-kapitolu jkopri l-annimali ħajjin kollha, ħlief:

(a)

ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn, tat-titolu 0301 , 0306 , 0307 jew 0308 ;

(b)

kolturi ta’ mikroorganiżmi u prodotti oħrajn tat-titolu 3002 u

(ċ)

annimali tat-titolu 9508 .

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-titolu 0106 jinkludi, inter alia, l-annimali domestiċi jew salvaġġi li ġejjin:

(A)

Mammiferi

(1)

Primati.

(2)

Balieni, dniefel u foċeni (mammiferi tal-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (mammiferi tas-subordni Sirenia); foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia).

(3)

Oħrajn (bħal renni, qtates, klieb, iljuni, tigri, orsijiet, iljunfanti, iġmla, żebri, fniek, liebri, ċriev, antilopi, kamoxxi, volpijiet, mink, u annimali oħra għall-irziezet tal-fer).

(B)

Rettili (inklużi sriep u fkieren)

(Ċ)

Għasafar

(1)

Għasafar tal-Priża.

(2)

Psittaciformes (inklużi pappagalli, parrukketti, makawi u kakatuwi).

(3)

Oħrajn (bħal perniċi, faġan, summien, gallini, bekkaċċ, ħamiem, faġan, gallozz, ortolan, papri salvaġġi, wiżż salvaġġ, merill, malvizz iswed, alwetti, sponsuni, tits, kolibri, paguni, ċinji, u għasafar oħra mhux speċifikati fit-titolu 0105 ).

(D)

Oħrajn, bħal naħal (kemm jekk jivvjaġġaw f'kaxxi jew f'gaġeġ jew urtikarja), insetti oħra, żrinġijiet.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

0101

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib ħajjin

Kollha

0102

Annimali tal-ifrat (bovini) ħajjin

Kollha

0103

Majjali ħajjin

Kollha

0104 10

Nagħaġ ħajjin

Kollha

0104 20

Mogħoż ħajjin

Kollha

0105

Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u fargħun

Kollha

0106

Annimali ħajjin oħra

Kollha, ikopri l-annimali mill-sottotitoli li ġejjin:

 

0106 11 00 (primati)

 

0106 12 00 (balieni, dniefel u foċeni (mammiferi tal-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (mammiferi tal-ordni Sirenia); foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia)

 

0106 13 00 (iġmla u kamelidi oħra oħra (Camelidae))

 

0106 14 10 (fniek domestiċi)

 

0106 14 90 (fniek u liebri oħra minbarra fniek domestiċi)

 

0106 19 00 (oħrajn): mammiferi għajr dawk tat-titolu 0101 , 0102 , 0103 , 0104 , 0106 11 , 0106 12 , 0106 13 u 0106 14 ; tkopri klieb u qtates

 

0106 20 00 (rettili, inklużi sriep u fkieren)

 

0106 31 00 (għasafar: għasafar tal-priża)

 

0106 32 00 (għasafar: psittaciformes, inklużi pappagalli, parrukketti, makawi u kakatuwi)

 

0106 33 00 (ngħam; emus (dromaius novaehollandiae)

 

0106 39 (oħrajn): tkopri għasafar, għajr dawk tat-titolu 0105 , 0106 31 , 0106 32 u 0106 33 , inklużi ħamiem.

 

0106 41 00 (naħal)

 

0106 49 00 (insetti oħra għajr in-naħal)

 

0106 90 00 (oħrajn): l-annimali ħajjin l-oħra kollha mhux kopert x'imkien ieħor, minbarra l-mammiferi, l-għasafar u r-rettili. Żrinġijiet ħajjin kemm jekk għall-vivaria biex jinżammu ħajjin, jew biex jiġu maqtula għall-konsum uman, huma koperti minn dan it-titolu.

KAPITOLU 2

Laħam u ġewwieni li jittiekel

Nota tal-Kapitolu 2

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

Prodotti tat-tip deskritt fit-titoli 0201 sa 0208 jew 0210 mhux tajbin jew mhux adattati għall-konsum uman;

(b)

imsaren, bżieżaq u stonki tal-annimali (it-titolu 0504 ) jew demm tal-annimali (it-titolu 0511 jew 3002 ); jew

(ċ)

xaħam tal-annimali, għajr il-prodotti tat-titolu 0209 (il-Kapitolu 15).

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

0201

Laħam ta’ annimali tal-ifrat (bovini), frisk jew imkessaħ

Kollha

0202

Laħam ta’ annimali tal-ifrat (bovini), iffriżat

Kollha

0203

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha

0204

Laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha

0205 00

Laħam taż-żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha

0206

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat (bovini), majjali, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha

0207

Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur tat-titolu 0105 , frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha

0208

Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha, eskluża: materja prima mhux maħsuba/tajba għall-konsum uman.

Dan ikopri materja prima oħra għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-collagen għall-konsum uman.

Jkopri l-laħam u ġewwieni li jittiekel mis-sottotitoli li ġejjin:

 

0208 10 (tal-fniek jew tal-liebri)

 

0208 30 00 (tal-primati)

 

0208 40 (tal-balieni, dniefel u foċeni (mammiferi tal-ordni Cetacea); ta’ lamantini u dugongi (mammiferi tal-ordni Sirenia); ta’ foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia)

 

0208 50 00 (tar-rettili, inklużi sriep u fkieren)

 

0208 60 00 (tal-iġmla u kamelidi oħra (Camelidae))

 

0208 90 (oħra: tal-ħamiem domestiku, tal-annimali tal-kaċċa għajr tal-fniek jew liebri): jkopri l-laħam tas-summien, il-laħam tar-renna jew ta’ kwalunkwe speċi oħra ta’ mammiferi. Ikopri saqajn taż-żrinġijiet taħt il-kodiċi NM 0208 90 70 .

0209

Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estrattat mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat.

Kollha, ikopri kemm xaħam kif ukoll xaħam ipproċessati kif deskritt fil-kolonna 2.

0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittieklu.

Kollha, ikopri l-laħam, il-prodotti tal-laħam u prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali.

Ikopri l-proteini pproċessati tal-annimali u l-widnejn imnixxfa tal-majjali għall-konsum uman.

L-għadam għall-konsum mill-bniedem huma koperti taħt it-titolu 0506 .

Iz-zalzett huwa kopert taħt it-titolu 1601 .

Il-qrieqeċ huma koperti taħt it-titolu 2301 .

KAPITOLU 3

Ħut u Krustaċji, Molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri kemm ħut ħaj għat-trobbija u għar-riproduzzjoni, il-ħut ornamentali ħaj, u l-ħut ħaj jew il-krustaċji ħajjin li jiġi ttrasportat ħaj iżda li jiġi importat għall-konsum uman.

Il-prodotti kollha f'din il-kapitolu huma suġġetti għal verifiki veterinarji.

Noti tal-Kapitolu 3 (estratt mir-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

il-mammiferi tat-titolu 0106 ;

(b)

il-laħam tal-mammiferi tat-titolu 0106 (it-titolu 0208 jew 0210 );

(ċ)

il-ħut (inkluż il-fwied u l-bajd tagħhom) jew il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra mejtin u li mhumiex tajbin jew mhumiex adattati għall-konsum uman minħabba jew l-ispeċi tagħhom jew il-kondizzjoni tagħhom (il-Kapitolu 5); dqiq, pasti jew gerbub tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra li mhumiex tajbin għall-konsum uman (it-titolu 2301 ); jew

(d)

il-kavjar jew is-sostituti tal-kavjar magħmulin mill-bajd tal-ħut (it-titolu 1604 ).

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

0301

Ħut ħaj

Kollha: ikopri t-trot, is-sallur, il-karpjuni, jew kwalunkwe speċi oħra jew kwalunkwe ħuta oħra li tiġi importata għat-trobbija jew għar-riproduzzjoni.

Il-ħut ħaj importat għall-konsum immedjat mill-bniedem jiġi ttrattati, għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

Ikopri l-ħut ornamentali fis-sottotitolu 0301 10 .

0302

Ħut, frisk jew imkessaħ, għajr qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tat-titolu 0304

Kollha; ikopri l-fwied u l-bajd, frisk jew imkessaħ, fil-kodiċi NM 0302 90 00 .

0303

Ħut, iffriżat, għajr qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tat-titolu 0304

Kollha; ikopri l-fwied u l-bajd, iffriżat, fis-sottotitolu 0303 90 .

0304

Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), frisk, imkessaħ jew iffriżat.

Kollha

0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, ħut affumikat, kemm jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess tal-affumikar; dqiq, pasti u gerbub tal-ħut, tajbin għall-konsum uman.

Kollha, ikopri prodotti oħra tas-sajd bħal dqiq, pasti u gerbub tajbin għall-konsum uman magħmulin mill-ħut, ikopri l-irjus, id-dnub u l-maws tal-ħut u prodotti tas-sajd oħra.

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub tal-krustaċji, tajbin għall-konsum uman.

Kollha: il-krustaċji ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu trattati għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

Ikopri xadini ornamentali baħar u ċ-ċesti tagħhom għall-użu bħala annimali domestiċi; u kull krustaċji ornamentali ħajjin kif ipprovdut bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (4).

0307

Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq, pasti u gerbub ta’ molluski, tajbin għall-konsum uman.

Dan ikopri l-molluski li jistgħu jkunu ġew imsajrin u mbagħad affumikati. Molluski imsajrin oħra huma koperti fit-titolu 1605 .

Ikopri molluski ornamentali ħajjin kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

Molluski ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu trattati għal skopijiet verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

Ikopri kollha mis-sottotitolu 0307 11 sa 0307 99 , bħalma huma l-eżempji li ġejjin:

 

0307 60 (il-bebbux għajr il-bebbux tal-baħar): ikopri gastropodi terrestri tal-ispeċi Helix pomatia, Helix aspersa, Helix lucorum u speċi tal-familja Achatinidae. Ikopri bebbux ħajjin (inkluż il-bebbux tal-ilma ħelu) għall-konsum immedjat mill-bniedem u wkoll laħam tal-bebbux għall-konsum uman. Ikopri bebbux imsajjar ftit minn qabel jew ipproċessat minn qabel. Prodotti pproċessati aktar, huma koperti fit-titolu 1605

 

0307 91 00 (molluski oħra ħajjin, friski jew imkessħin għajr il-gajdri, arzell, molluski, siċċ, qarnit, bebbux għajr bebbux tal-baħar, gandoffli, arzell, qxur arka, abalones; iżda inklużi dqiq, pasti u gerbub tagħhom, tajbin għall-konsum uman):: ikopri laħam tal-ispeċi tal-bebbux tal-ilma baħar, kemm jekk fil-qoxra jew le).

 

0307 99 (molluski oħra għajr il-gajdri, arzell, molluski, siċċ, qarnit, bebbux għajr bebbux tal-baħar, gandoffli, arzell, qxur arka, abalones għajr dawk ħajjin, friski jew imkessħin; iżda inklużi dqiq, pasti u gerbub tagħhom, tajbin għall- konsum uman).

0308

Invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi affumikat għajr krustaċji u molluski, kemm jekk imsajrin qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq, pasti u gerbub tal-invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji u molluski, tajbin għall-konsum uman.

Kollha

KAPITOLU 4

Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

Noti tal-Kapitolu 4

1.

L-espressjoni ‘ħalib’ tfisser ħalib intier jew ħalib parzjalment jew kompletament xkumat.

2.

Għall-finijiet tat-titolu 0405 :

(a)

it-terminu ‘butir’ ifisser butir naturali, butir tax-xorrox jew butir rikostitwit (frisk, immellaħ jew misnieħ, inkluż butir fil-laned) derivat esklużivament mill-ħalib, b'kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 80 % jew aktar iżda mhux iktar minn 95 % tal-piż, b'kontenut massimu ta’ solidi mhux xaħam ta’ 2 % tal-piż u b'kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % tal-piż. Il-butir m'għandux ikollu emulsjonanti miżjuda, iżda jista' jkun fih klorur tas-sodju, ilwien tal-ikel, melħ newtralizzanti u kolturi ta’ batterji li jipproduċu l-aċidu lattiku li ma jagħmlux ħsara;

(b)

l-espressjoni ‘dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib’ tfisser emulsjoni li tinfirex tat-tip ilma fiż-żejt, b'kontenut ta’ xaħam tal-ħalib bħala l-uniku xaħam fil-prodott, b'kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 39 % jew iktar iżda inqas minn 80 % tal-piż.

3.

Il-prodotti miksuba bil-konċentrazzjoni tax-xorrox u biż-żieda tal-ħalib jew tax-xaħam tal-ħalib għandhom jiġu kklassifikati bħala ġobon fit-titolu 0406 sakemm dawn ikollhom it-tliet karatteristiċi li ġejjin:

(a)

kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, tal-piż ta’ materja niexfa, ta’ 5 % jew aktar;

(b)

kontenut ta’ materja niexfa, bil-piż, ta’ mill-inqas 70 % iżda mhux iżjed minn 85 %; u

(ċ)

dawn ikunu ffurmati jew jistgħu jingħataw forma.

4.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

il-prodotti miksuba mix-xorrox, li fihom, bil-piż, aktar minn 95 % ta’ lattożju, espress bħala lattożju anidru li jiġi meqjus fuq il-materjal xott (it-titolu 1702 ); jew

(b)

l-albumini (inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew aktar li fihom, bil-piż aktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott) (it-titolu 3502 ) jew il-globulini (it-titolu 3504 ).

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-titolu 0408 ikopri bajd sħiħ mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd tat-tjur kollha. Il-prodotti ta’ dan it-titolu jistgħu jkunu friski, imnixxfin, imsajrin bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, iffurmati (pereżempju ‘bajd twil’ ċilindriku), iffriżati jew ippreservat mod ieħor. Dawn kollha jaqgħu fit-titolu kemm jekk fihom zokkor miżjud jew sustanzi ħelwin oħra u kemm jekk għall-użu bħala ikel jew għal skopijiet industrijali (pereżempju, fl-ikkunzar).

Dan it-titolu ma jkoprix

(a)

Iż-żejt tal-isfar tal-bajd (it-titolu 1506 ).

(b)

Il-preparazzjonijiet tal-bajd li fihom tħawwir, ħwawar jew additivi oħra (it-titolu 2106 ).

(ċ)

Lekitina (it-titolu 2923 ).

(d)

l-abjad tal-bajd separat (albumin tal-bajd) (it-titolu 3502 ).

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-titolu 0409 ikopri għasel prodott minn naħal (Apis mellifera) jew minn insetti oħra, iċċentrifugat jew fix-xehda jew li fih biċċiet ta’ xehda, sakemm ma jkunx ġie miżjud iz-zokkor jew sustanza oħra. Għasel bħal dan jista' jiġi magħżul skont is-sors, l-oriġini jew il-kulur tal-fjuri.

It-titolu 0409 jeskludi l-għasel artifiċjali u taħlitiet ta’ għasel naturali u artifiċjali (it-titolu 1702 ).

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-titolu 0410 ikopri prodotti li joriġinaw mill-annimali tajbin għall-konsum uman, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor fin-Nomenklatura Magħquda. Dan jinkludi:

(a)

il-bajd tal-fkieren.

(b)

il-bejtiet tas-salangani (‘bejtiet tal-għasafar’).

It-titolu 0410 jeskludi d-demm tal-annimali, li jittiekel jew le, likwidu jew imnixxef (it-titolu 0511 jew 3002 ).

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr ma fihom zokkor miżjud jew ta’ xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa.

Kollha: ħalib ikopri ħalib li ma jkunx ipproċessat, li jkun pasturizzat, jew ipproċessat bis-sħana, inkluż iffriżat.

Ikopri frazzjonijiet tal-ħalib.

Ħalib għall-għalf tal-annimali huwa kopert taħt dan it-titolu, filwaqt li l-għalf tal-annimali li fih il-ħalib huwa kopert fit-titolu 2309 .

Ħalib għal użu terapewtiku/profilattiku huwa kopert fit-titolu 3001 .

0402

Ħalib u krema, konċentrati jew biz-zokkor miżjud jew ta’ xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa.

Kollha, inkluż il-ħalib għat-trabi.

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati jew le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew imħawwrin jew bi frott, ġewż jew kawkaw miżjudin.

Kollha, ikopri krema, ħalib imħawwar jew bi frott, iffriżat u fermentat, għall-konsum uman.

Il-ġelat huwa kopert fit-titolu 2105 .

Xorb li fih il-ħalib b'togħma ta’ kawkaw jew sustanzi oħra huma koperti fit-titolu 2202 .

0404

Xorrox, kemm jekk ikkonċentrati jew fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew sustanzi ħelwin oħra, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

Kollha, ikopri prodotti tal-ħalib għat-trabi.

Ikopri fil-kodiċi NM 0404 10 48 colostrum bovin, f'forma likwida, bix-xaħam imneħħi u mhux kaseinat, għall-konsum uman, u fil-kodiċi NM 0404 90 21 imnixxef bl-isprej, trab colostrum bix-xaħam imnaqqas mhux dekaseinat, għall-konsum uman.

0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħra derivati mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib.

Kollha: ikopri d-dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib.

0406

Ġobon u baqta

Kollha

0407

Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar.

Kollha, ikopri l-bajd għat-tifqis u bajd Speċifikat Liberu mill-Patoġeni (SPF), bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni (0407 11 u 0407 19 ).

Ikopri bajd frisk (0407 21 sa 0407 29 ) u bajd ieħor (0407 90 ), mhux tajbin u tajbin għall-konsum uman.

Ikopri ‘bajd ta’ 100 sena’.

L-albumin tal-bajd li mhux tajjjeb u tajjeb għall-konsum uman huwa kopert bit-titolu 3502 .

0408

Il-bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew b'materjal ieġor li jagħti l-ħlewwa miżjud jew le.

Kollha: dan it-titolu jkopri l-prodotti tal-bajd sew jekk ikunu ġew trattati bis-sħana jew le u prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum uman.

0409 00 00

Għasel naturali

Kollha

0410 00 00

Prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra.

Kollha

Dan it-titolu jkopri r-‘royal jelly’ u l-propolis (użati fil-manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi u supplimenti tal-ikel) u materjal ieħor ġej mill-annimali għall-konsum uman, minbarra l-għadam (li huma koperti fl-0506 ).

Insetti jew bajd tal-insetti għall-konsum uman huma koperti f'dan il-kodiċi NM.

KAPITOLU 5

Prodotti li joriġinaw mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

Kummenti ġenerali

Rekwiżiti speċifiċi għal ċerti prodotti f'dan il-kapitolu huma stabbiliti fit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:

Ringiela 7: lanżit tal-ħnieżer

Ringiela 8: xagħar mhux trattat

Ringiela 9: rix ittrattat u partijiet ta’ rix.

It-termini ‘mhux trattat’ u ‘trattat’ huma definiti għall-prodott rilevanti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Noti tal-Kapitolu 5 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

prodotti tajbin għall-ikel (għajr imsaren, bżieżaq u stonku tal-annimali, sħaħ jew bċejjeċ minnhom, u demm tal-annimali, likwidu jew niexef);

(b)

ġlud (inklużi l-ferijiet), għajr oġġetti tat-titolu 0505 u bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux maħduma tat-titolu 0511 (il-Kapitolu 41 jew 43);

(ċ)

materjali ta’ tessuti tal-annimali, għajr il-krin u l-iskart tal-krin (it-Taqsima XI); jew

(d)

għoqiedi jew trofof lesti għall-manifattura ta’ xkupi u xkupilji (it-titolu 9603 ).

3.

Matul in-nomenklatura, in-nejbiet tal-iljunfanti, tal-ippopotami, tal-odobenu, tan-narwal, u taċ-ċingjal, il-qrun tar-rinoċeronti u s-snien tal-annimali kollha jitqiesu bħala ‘avorju’.

4.

Matul in-nomenklatura, l-espressjoni ‘krin’ tfisser ix-xagħar tal-krinieri jew tad-dnub ta’ annimali ekwini jew tal-ifrat (bovini).

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-titolu 0505 ikopri

(1)

Il-ġlud u partijiet oħra minn għasafar (eż., rjus, ġwienaħ) bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, u

(2)

Rix u partijiet mir-'rix (kemm bit-trufmirqumin jew le), u l-ewwel rix,

sakemm dawn ikunu jew mhux maħdumin, jew sempliċement imnaddfin, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni imma mhux maħdumin jew immuntati mod ieħor.

It-titolu 0505 ikopri wkoll trab mitħun oħxon u skart tar-rix jew partijiet mir-rix.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

0502 10 00

Lanzit u xagħar tal-ħnieżer, jew tal-ħnieżer salvaġġi u skart ta’ lanzit jew xagħar bħal dan.

Kollha, trattati u mhux trattati.

Il-lanżit tal-ħnieżer mhux trattati tfisser il-lanżit tal-ħnieżer li ma jkunx għadda mill-ħasil tal-fabbrika, ma jkunx inkiseb mill-ikkunzar, jew ma jkunx ġie ttrattat b'xi metodu ieħor sabiex ikun żgurat li ma jibqa' l-ebda patoġenu.

0504 00 00

Imsaren, bżieżaq u stonki ta’ annimali (għajr ħut), sħaħ jew bċejjeċ minnhom, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati.

Kollha: ikopri stonku, bżieżaq u intestini mnaddfin, immellħin, imnixxfin jew imsaħħnin ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini, jew ta’ oriġini tat-tjur.

Ex 0505

Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar, bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom, rix u bċejjeċ tar-rix (kemm jekk bit-trufijiet mirquma) u bl-ewwel rix, mhux maħdumin aktar minn imnaddfin, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni; trab u skart tar-rix jew ta’ partijiet tar-rix.

Kollha: inklużi trofej tal-kaċċa tal-għasafar, iżda eskluż ir-rix dekorattiv ittrattat, rix ittrattat li jinġarr minn passiġġieri għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali.

L-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ rix mhux ittrattat u partijiet tar-rix u tal-ewwel rix.

Kontrolli veterinarji japplikaw għal rix indipendentement mit-trattament tagħhom kif imsemmi fil-punt C tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Rekwiżiti speċifiċi ulterjuri għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

It-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tkopri rix użat għall-mili; l-ewwel rix, mhux ipproċessat jew rix ieħor.

0506

Għadam u ċ-ċentri tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, sempliċement ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), ittrattati bl-aċidu jew deġelatinizzati; trab u skart ta’ dawn il-prodotti.

Ikopri l-għadam għall-produzzjoni tal-ġelatina, jew tal-collagen jekk ikunu derivati minn karkassi li jkunu nqatlu għall-konsum uman u dqiq tal-għadam għall-konsum uman.

Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti bħal dawn mhux maħsuba għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 6 (trofej tal-kaċċa) u fir-Ringiela 11 (għadam u prodotti mill-għadam (għajr ikel mill-għadam), qrun u prodotti mill-qrun (għajr ikel mill-qrun) u dwiefer u prodotti min-nagħal (għajr ikel min-nagħal) għal użu ieħor għajr bħala materjal ta’ għalf, fertilizzant organiku jew materjali li jtejbu l-ħamrija) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

0507

Avorju, il-qoxra tal-fekruna, l-għadma tal-balieni u x-xagħar tal-għadam tal-balieni, qrejjen, qran imsarrġa, qawqab, dwiefer, dwiefer ippuntati u mnaqar, li mhumiex maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma; trab u skart ta’ dawn il-prodotti.

Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ikopri trofej tal-kaċċa trattati minn għasafar u minn annimali bid-dwiefer li jkunu biss għadam, qrejjen, qawqab, dwiefer ippuntati, qrun imsaġġra, snien, ġlud minn pajjiżi terzi.

Ex 0508 00 00

Korall u materjal simili, mhux maħdumin jew sempliċiment ippreparati iżda mhux maħdumin mod ieħor; qxur ta’ molluski, krustaċji jew ekinodermi u għadam tas-siċċ, mhux maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma, trab u skart li joħroġ minnhom.

Qxur vojt għall-użu fl-ikel u l-użu bħala materja prima għall-glukożamina.

Barra minn hekk, qxur li jkun fihom laħam artab tiegħu u laħmu jintużaw għal skopijiet differenti huma koperti skont l-Artikolu 10(k)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Ex 0510 00 00

Ambra griża, kastorju, żibett u misk, kantaridi, bila, imnixxfa jew le; glandoli u prodotti oħrajn tal-annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħa, iffriżati jew ippreservati provviżorjament mod ieħor

Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għal prodotti sekondarji mill-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel tal-annimali domestiċi għajr ikel mhux ipproċessat tal-annimali domestiċi u prodotti derivati għal użu barra mill-katina tal-għalf (għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra).

Il-glandoli, prodotti oħra tal-annimali u l-bila huma koperti minn dan il-kodiċi.

Il-glandoli mnixxfa u l-prodotti huma koperti mit-titolu 3001 .

0511

Prodotti tal-annimali mhux speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum uman.

Kollha, ikopri is-sottotitoli 0511 10 sa 0511 99 .

Ikopri materjal ġenetiku (semen u embrijuni li joriġinaw mill-annimali bħal l-ifrat (bovini), ovini, kaprini, ekwini u l-ispeċi porċina) u prodotti sekondarji mill-annimali ta’ materjali tal-Kategoriji 1 and 2.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ prodotti tal-annimali li jaqgħu fis-subtitoli 0511 10 sa 0511 99 :

 

0511 10 00 (semen tal-ifrat (bovini))

 

0511 91 (prodotti tal-ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn): kollha, ikopri bajd tal-ħut għat-tifqis, annimali mejta, prodotti sekondarji mill-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi u għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra. Ikopri annimali mejta tal-Kapitolu 3, mhux tajbin biex jittieklu jew ikklassifikati mhux tajbin għall-konsum uman, pereżempju, daphnids, magħrufin bħala briegħed tal-ilma, u ostracoda jew phyllopods oħrajn, imnixxfa, biex jitimgħu ħut akkwarju; ikopri lixka tal-ħut.

 

0511 99 10 (muskoli jew għeruq; bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux maħdumin)

 

0511 99 31 (sponoż naturali mhux iproċessati li joriġinaw mill-annimali): kollha jekk għall-konsum uman, jekk mhux għall-konsum uman biss dawk intiżi għall-annimali domestiċi. Rekwiżiti speċifiċi għal nuqqas ta’ konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

 

0511 99 39 (għajr sponoż naturali mhux ipproċessati li joriġinaw mill-annimali): kollha jekk għall-konsum uman, jekk mhux għall-konsum uman biss dawk intiżi għall-annimali domestiċi. Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti għall-konsum mhux mill-bniedem fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

 

0511 99 85 (prodotti oħra minn annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejta tal-Kapitolu 1, mhux tajbin għal konsum uman): kollha: l-embrijuni, l-ova, is-semen u l-materjal ġenetiku mhux kopert f'0511 10 u tal-ispeċijiet għajr l-annimali tal-ifrat (bovini) li jaqgħu taħt dan t-titolu. Ikopri l-prodotti sekondarji tal-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel tal-annimali domestiċi jew prodotti teknoloġiċi oħrajn.

Ikopri xagħar taż-żiemel mhux trattat, prodotti ta’ apikultura għajr xama' għall-apikultura jew użu tekniku, spermaċeti għal użu tekniku, annimali mejta tal-Kapitolu 1 li ma jittiklux jew mhumiex għall-konsum uman (pereżempju klieb, qtates, insetti), materjal tal-annimali fejn il-karatteristiċi essenzjali ma jkunux ġew imbiddla, u d-demm tal-annimali li jittiekel li mhux derivat mill-ħut, għall-konsum uman.

KAPITOLU 12

Żrieragħ u frott żejtnin diversi qmuħ, żrieragħ u frott: pjanti industrijali jew mediċinali: tiben u magħlef

Kummenti ġenerali

Ċerti prodotti tal-pjanti biss huma soġġetti għall-kontrolli veterinarji, ara d-definizzjoni ta’ ‘prodotti’ fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 1212 99 95

Polline tan-naħal

Kollha

Ex 1213 00 00

Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux ippreparati, kemm jekk imqattgħin bċejjeċ, mitħunin, ippressati, f'forma ta’ gerbub jew le.

Ikopri biss tiben.

Ex 1214 90

Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupina, ġulbiena u prodotti simili għall-għalf kemm jekk f'forma ta’ gerbub jew le: Għajr Xnien (alfalfa) mitħun oħxon u gerbub.

Ikopri biss ħuxlief.

KAPITOLU 15

Xaħmijiet u żjut u l-prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet li jittieklu mħejjija; xemgħat ta' annimali jew veġetali

Rimarki ġenerali

Xaħmijiet u żjut kollha derivati mill-annnimali. Rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti li ġejjin huma stabbiliti fl-Anness XIV tar-Regolament (EU) Nru 142/2011:

1.

xaħmijiet mirduda u żejt tal-ħut fir-Ringiela 3 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I;

2.

xaħmijiet mirduda mill-materjali tal-Kategorija 2 għal ċerti finijiet barra l-katina tal-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet (pereżempju finijiet oleokimiċi) fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II;

3.

id-derivattivi tax-xaħam fir-Ringiela 18 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II.

Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti tal-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra huma suġġetti għal verifiki veterinarji.

Noti tal-Kapitolu 15 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

ix-xaħam tal-majjal jew ix-xaħam tat-tjur fit-titolu 0209 ;

(b)

il-butir, ix-xaħam u ż-żejt tal-kawkaw (it-titolu 1804 );

(ċ)

preparazzjonijiet li jittieklu li fihom aktar minn 15 % bil-piż tal-prodotti tat-titolu 0405 (ġeneralment il-Kapitolu 21);

(d)

fdal li ma dabx (it-titolu 2301 ) jew il-fdalijiet tat-titoli 2304 sa 2306 ;

3.

It-titolu 1518 ma jkoprix xaħmijiet jew żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom, żnaturati biss, li jiġu klassifikati taħt it-titolu xieraq għax-xaħmijiet u għaż-żjut u għall-frazzjonijiet korrispondenti tagħhom mhux żnaturati.

4.

Sapun sempliċi, tartru u residwi taż-żejt, żift tal-istearina, żift tal-gliċerol u residwi tax-xaħam tas-suf jaqgħu fit-titolu 1522 .

Estratt mir-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-titolu 1516 ikopri x-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali u veġetali, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimikali speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew ippreparati aktar.

It-titolu jkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali jew veġetali li ġew ittrattati b'mod simili.

L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f'kuntatt ma’ idroġenu pur f'temperatura u taħt pressjoni adattati fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b'mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati fi gliċeridi saturati b'punti ogħla ta’ tidwib.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

1501

Xaħam tal-majjal (inkluż il-lardu) u xaħam tat-tjur, għajr dak tat-titolu 0209 jew 1503 .

Kollha

1502

Xaħmijiet ta’ annimali tal-ifrat (bovini), tan-naħaġ jew tal-mogħoż, għajr dawk tat-titolu 1503 .

Kollha

1503 00

Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleo-oil u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor.

Kollha

1504

Xaħmijiet u żjut oħra tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament.

Kollha, iż-żjut tal-ħut – u ż-żjut minn prodotti tas-sajd u minn mammiferi marini.

Il-preparazzjonijiet li jittieklu mħallta huma koperti mill-Kapitolu 21.

1505 00

Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmija derivati minnhom (inkluż il-lanolin).

Kollha, importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tista' tkun possibbli għas-suf trattat kif imsemmi fil-punt B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk dan isir b'konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

1506 00 00

Xaħmijiet u żjut oħra tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament.

Kollha

Xaħmijiet jew żjut mhux maqsumin, u wkoll l-frazzjonijiet inizjali tagħhom prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

1516 10

Xaħmijiet u żjut mill-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati, raffinati jew le, iżda mhux ippreparati aktar.

Kollha: Xaħmijiet u żjut mill-annimali.

Għall-verifiki veterinarji d-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti fl-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut tal-annimali meta fl-istat pur tagħhom prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ex 1517

Marġerina, taħlitiet li jittieklu jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex jew frazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut differenti ta’ dan il-kapitolu, minbarra xaħmijiet jew żjut jew frazzjonijiet tagħhom tat-titolu 1516 .

Li fihom xaħam u żjut tal-annimali biss.

Ex 1518 00 91

Xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, mogħtija l-kubrit, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f'vakwu jew f'gass inerti jew li jkunu modifikati kimikament mod ieħor, għajr dawk tat-titolu 1516 .

Xaħmijiet u żjut tal-annimali biss, mirduda.

Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 17 (xaħmijiet mirduda) u r-Ringiela 18 (derivattivi tax-xaħam) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

1518 00 95

Taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-annimali u tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom.

Kollha: preparazzjonijiet tax-xaħmijiet u ż-żjut derivati mill-annimali.

Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ex 1518 00 99

Oħra

Biss jekk ikun fih xaħam mill-annimali.

1521 90 91

Xema' tan-naħal mhux maħduma u xemgħat oħrajn tal-insetti.

Kollha, ikopri xemgħat naturali f'xehdiet naturali, xema' tan-naħal mhux ipproċessat għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi.

L-Artikolu 25(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ xema tan-naħal fil-forma ta’ xehda.

Rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti sekondarji tal-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

1521 90 99

Xema' tan-naħal u xema' ta’ insetti oħrajn, kemm jekk irfinuti jew ikkuluriti jew le, għajr dawk mhux ipproċessati.

Kollha, ikopri xema', ipproċessata jew irfinuta, kemm jekk ibbliċjata jew ikkulurita, għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi.

Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti sekondarji għall-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Prodotti sekondarji għall-apikultura għajr xema' tan-naħal għandhom jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji taħt il-kodiċi NM 0511 99 85 ‘Oħrajn’.

Ex 1522 00

Degras; residwi li jirriżultaw mit-trattament ta’ sustanzi xaħmija jew xema' mill-annimali u l-ħxejjex.

Oriġini mill-annimali biss.

KAPITOLU 16

Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn:

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti mill-annimali pproċessati.

Noti tal-Kapitolu 16

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix il-laħam, il-fdal tal-laħam, il-ħut, il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn li jiġu ppreparati jew ippreservati bil-proċess speċifikat fil-Kapitolu 2 jew 3 jew fit-titolu 0504 .

2.

Il-preparazzjonijiet tal-ikel jaqgħu taħt dan il-kapitolu sakemm dawn ikollhom, aktar minn 20 % tal-piż f'zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom. Meta l-preparazzjoni jkun fiha tnejn jew aktar mill-prodotti msemmija aktar 'il fuq, din tiġi klassifikata fit-titolu tal-Kapitolu 16 li jikkorrispondi għall-komponent jew għall-komponenti li jippredominaw fil-piż. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti mimlija tat-titolu 1902 jew għall-preparazzjonijiet tat-titolu 2103 jew 2104 .

Għal preparazzjonijiet li fihom fwied, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ma japplikawx biex ikunu determinati s-sottotitoli taħt it-titolu 1601 jew 1602 .

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

1601 00

Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti.

Kollha, ikopri laħam ippreservat f'forom differenti.

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn ippreparati jew ippreservati.

Kollha, ikopri laħam ippreservat f'forom differenti.

1603 00

Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn.

Kollha, ikopri proteini tal-ħut f'forma ta’ ġel kemm jekk imkessħin jew iffriżati.

1604

Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut; ħut sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkappuljat.

Kollha, preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li fihom il-ħut jew prodotti tas-sajd.

Ikopri surimi fil-kodiċi NM 1604 20 05 .

Ikopri ħut fil-laned u kavjar fil-laned f'kontenituri bla arja, kif ukoll sushi (sakemm dawn ma jkunux jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 19).

Il-prodotti tal-ħut imħallta bl-għaġin huma koperti fit-titolu 1902 .

L-hekk imsejħa skewers tal-ħut (laħam tal-ħut/gambli mhux ipproċessat bil-ħaxix ippreżentati fuq stikka tal-injam) huma kklassifikati fil-kodiċi NM 1604 19 97 .

1605

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati.

Kollha, inkluż il-bebbux ippreparat b'mod sħiħ jew ippreparat minn qabel.

Ikopri l-krustaċji, jew invertebrati akkwatiċi oħrajn fil-laned.

KAPITOLU 17

Zokkor u ħelu taz-zokkor

Noti tal-Kapitolu 17 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(b)

zokkrijiet kimikament puri (għajr is-sukrows, il-laktows, il-maltosju, il-glukows u l-fruktows) jew prodotti oħrajn tat-titolu 2940 ;

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

1702 11 00

Laktows u ġulepp tal-laktows, li fihom, bil-piż 99 % jew aktar ta’ laktows, espress bħala laktows anidru, meqjus fuq il-materjal xott.

Kollha, ikopri l-għasel artifiċjali u taħlitiet ta’ għasel naturali u għasel artifiċjali.

KAPITOLU 19

Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; il-prodotti ta’ koki tal-għaġina

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

It-titolu 1902 [għaġin, kemm jekk imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħra) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini, lażanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le] ikopri biss prodotti tal-annimali li jinsabu fil-prodotti tas-sottotitoli 1902 11 , 1902 20 , 1902 30 u 1902 40 .

It-titolu 1902 ikopri preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li jkun fihom prodotti mill-annimali kif stabbilit għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4 - 6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

Noti tal-Kapitolu 19 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

għajr fil-każ tal-prodotti mimlija tat-titolu 1902 , preparazzjonijiet tal-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħm, demm, ħut, jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16);

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ ikel mid-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; preparazzjonijiet tal-ikel mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas min 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

Kollha.

Preparazzjonijiet kulinari huma koperti fil-Kapitoli 16 and 21.

1902 11 00

Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, li fih il-bajd.

Kollha

1902 20 10

Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż tal-ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra.

Kollha

1902 20 30

Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż ta’ zalzett u laħam simili, ta’ laħam u fdal tal-laħam ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip jew oriġini.

Kollha

Ex 1902 20 91

Għaġin mimli Imsajjar.

Li jkun fihom prodotti mill-annimali.

Ex 1902 20 99

Oħrajn [għaġin mimli ieħor, mhux imsajjar].

Li jkun fihom prodotti mill-annimali.

Ex 1902 30

Għaġin ieħor għajr l-għaġin tas-sottotitoli 1902 11 , 1902 19 u 1902 20 .

Li jkun fihom prodotti mill-annimali.

Ex 1902 40

Kuskus.

Li jkun fihom prodotti mill-annimali.

Ikopri kuskus ippreparat, pereżempju, kuskus mal-laħam, ħxejjex u ingredjenti oħra, sakemm il-kontenut tal-laħam ma jaqbiżx 20 % bil-piż tal-preparazzjoni.

Ex 1904 90 10

Ikel ippreparat miksub mir-ross.

Li jkun fihom prodotti mill-annimali, pereżempju, sushi (sakemm dawn ma jkunux jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 16).

Ex 1905

Patisseries.

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom laħam jew prodotti minn annimali oħra.

KAPITOLU 20

Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż jew partijiet oħra ta’ pjanti

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

Noti tal-Kapitolu 20 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(b)

il-preparazzjonijiet tal-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16).

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 2004

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 .

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali.

Ex 2005

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 .

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimal.

KAPITOLU 21

Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali kif stabbilit għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4 - 6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

Noti għall-Kapitolu 21 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(e)

il-preparazzjonijiet tal-ikel, għajr il-prodotti deskritti fit-titoli 2103 jew 2104 , li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kwalunkwe taħlita oħra tagħhom (il-Kapitolu 16).

3.

Għall-għanijiet tat-titolu 2104 , l-espressjoni ‘preparazzjonijiet komposti tal-ikel omoġenizzati’ tfisser preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita omoġenizzata fina ta’ żewġ ingredjenti bażiċi jew aktar bħal ħut, laħam, ħxejjex jew frott, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel għat-trabi jew għal għanijiet dijetetiċi, f'kontenituri ta’ kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. Għall-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni, m'għandhomx jitqiesu l-kwantitajiet żgħar ta’ kwalunkwe ingredjent li jista' jiġi miżjud mat-taħlita għat-taħwir, għall-preservazzjoni jew għal għanijiet oħrajn Dawn il-preparazzjonijiet jista' jkun fihom kwantità żgħira ta’ bċejjeċ viżibbli ta’ ingredjenti.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 2103 90 90

Zlazi u preparazzjoni tagħhom; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta; dqiq u pasta tal-mustarda, u mustarda ppreparata. - Oħrajn

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali.

Ex 2104

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati.

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali.

Ex 2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le.

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom ħalib mhux ipproċessat jew ipproċessat.

Ex 2106 10

Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa.

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali kif stabbiliti għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4-6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

Ex 2106 90 92

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn mhux speċifikati jew inklużi band'oħra, li ma fihom ebda grass tal-ħalib, sukrows, iżoglukows, glukows jew lamtu jew li fihom, bil-piż, anqas minn 1.5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrows jew iżoglukows, 5 % glukows jew lamtu.

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali, pereżempju, supplimenti tal-ikel, fondues tal-ġobon, kondrojtin, żjut tal-annimali jew prodotti oħra tal-annimali f'kapsuli, bi jew mingħajr sustanzi oħra.

Ex 2106 90 98

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi.

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali, pereżempju, supplimenti tal-ikel, fondues tal-ġobon, kondrojtin, żjut ta’ annimali jew prodotti ta’ annimali oħra f'kapsuli, bi jew mingħajr sustanzi oħra.

KAPITOLU 22

Xorb, Spirti u ħall

Noti għall-Kapitolu 22 (estratt mir-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

3.

Għall-finijiet tat-titolu 2202 , it-terminu ‘xorb mhux alkoħoliku’ tfisser xorb ta’ qawwa alkoħolika bil-volum li ma jaqbiżx 0,5 % vol. Ix-xorb alkoħoliku huwa kklassifikat fit-titoli 2203 sa 2206 jew it-titolu 2208 kif xieraq.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 2202 90

Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009 .

Fih il-prodotti jew ix-xaħam tal-prodotti tat-titolu 0401 sa 0404 .

KAPITOLU 23

Fdal u skart mill-industrija tal-ikel; għalf tal-annimali ppreparat

Nota tal-Kapitolu 23

1.

It-titolu 2309 jinkludi l-prodotti ta’ kwalità li jintużaw għall-għalf tal-annimali, li mhumiex speċifikati jew imsemmijin band'oħra, magħmulin permezz tal-ipproċessar ta’ materjali veġetali jew tal-annimali f'tali stat li jkunu jitilfu l-karatteristiċi essenzjali tal-materjal oriġinali, għajr l-iskart veġetali, il-fdal veġetali ul-prodotti sekondarji ta’ pproċessar bħal dan.

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

Il-fdal li ma dabx jintuża prinċipalment fil-prepaparazzjoni tal-ikel tal-annimali (eż., gallettini tal-klieb), iżda dawn jibqgħu taħt it-titolu 2301 , anki jekk ikunu tajbin għall-konsum uman.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

2301

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew ta’ fdal tal-laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, ta’ molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra, li mhumiex tajbin għall-konsum uman; fdal li ma dabx.

Kollha, ikopri proteini pproċessati mill-annimali mhux għall-konsum mill-bniedem, pasta tal-laħam mhux għall-konsum mill-bniedem, u fdal li ma dabx, għall-konsum uman jew le.

Il-pasta tar-rix huwa kopert fit-titolu 0505 .

Rekwiżiti speċifiċi għal proteina pproċessata mill-annimali huma mniżżla fir-Ringiela 1 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ex 2309

Preparazzjonijiet ta’ tip li jintużaw għall-għalf tal-annimali.

Kollha, għajr is-sottotitoli 2309 90 20 u 2309 90 91 .

Ikopri, fost affarijiet oħra, ikel tal-klieb jew qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut (sottotitolu 2309 10 ), li jkun fihom prodotti tal-annimali u sustanzi li jinħallu tal-ħut jew mammiferi tal-baħar (kodiċi NM 2309 90 10 ). Prodotti għal finijiet ta’ għalf tal-annimali, inklużi taħlitiet ta’ pasti (bħal qawqab u qrun).

Dan it-titolu jkopri ħalib likwidu, colostrum u prodotti li fihom prodotti tal-ħalib, u/jew karboidrati, ilkoll mhux għall-konsum mill-bniedem iżda għall-għalf tal-annimali.

Ikopri ikel tal-annimali domestiċi, mgħid tal-klieb (dogchews) u taħlitiet ta’ ikliet, taħlitiet jistgħu jinkludu insetti mejta.

Rekwiżiti speċifiċi għall-ikel tal-annimali domestiċi inklużi mgħid tal-klieb (dogchews) huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ikopri prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman u prodotti pproċessati oħra li joriġinaw mill-annimali mhumiex għall-konsum uman.

Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti tal-bajd huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

KAPITOLU 28

Kimiċi inorganiċi; komposti organiċi jew inorganiċi ta’ metalli prezzjużi, ta’ metalli tal-art rari, ta’ elementi jew isotopi radjoattivi

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 2835 25 00

Ortofosfat ta’ idroġenu tal-kalċju (fosfat tal-kalċju) (‘fosfat dikalkariku’).

Biss ta’ oriġini mill-annimali.

Rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat tad-dikalċju huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (EU) Nru 142/2011.

Ex 2835 26 00

Fosfati oħrajn tal-kalċju.

Il-fosfat trikalkariku ta’ oriġini mill-annimali biss.

Rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat trikalkariku huma stabbiliti fir-Ringiela 7 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

KAPITOLU 29

Kimiċi organiċi

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 2932 99 00

Komposti eteroċikliċi b'etero-atomu(i) ta’ ossiġnu biss.

Biss ta’ oriġini mill-annimali, pereżempju, sulfat tal-glukożamina.

KAPITOLU 30

Prodotti farmaċewtiċi

Kummenti ġenerali

Il-prodotti mediċinali lesti mhumiex koperti mil-leġislazzjoni veterinarja għall-importazzjoni. Il-prodotti intermedji derivati mill-materjal tal-kategorija 3 u li huma maħsuba għall-użi tekniċi f'tagħmir mediku, f'dijanjożi in vitro, f'reaġenti tal-laboratorju u fil-kożmetiċi huma inklużi.

Fit-Titolu 3001 (glandoli u organi oħra għal użi organoterapewtiċi, imnixxfa, magħmulin trab jew le; estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħra jew tat-tnixxiji tagħhom għal użi organoterapewtiċi; ħeparina u l-melħ tagħha; sustanzi tal-bniedem jew tal-annimali oħra li jiġu ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra) is-sottotitoli 3001 20 u 3001 90 biss, materjal derivat mill-annimali biss, huma rilevanti għall-verifiki veterinarji. Irreferi għall-ħtiġijiet speċifiċi li ġejjin fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:

1.

Ir-Ringiela 2 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għall-prodotti tad-demm għall-prodotti tekniċi esklużi mill-ekwidi, u

2.

Ir-Ringiela 3 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għad-demm u prodotti tad-demm mill-ekwidi, u

3.

Ir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għal prodotti sekondarji mill-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel tal-annimali domestiċi għajr ikel mhux ipproċessat tal-annimali domestiċi u ta’ prodotti derivati għal użu barra mill-katina alimentari.

Fit-Titolu 3002 (Demm tal-bniedem; demm tal-annimali li jiġi ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kolturi ta’ mikro-organiżmi (għajr ħmira) u prodotti simili) is-sottotitoli 3002 10 u 3002 90 biss huma relevanti għall-verifiki veterinarji. Id-demm tal-bniedem ta’ 3002 90 10 u t-tilqim tas-sottotitoli 3002 20 u 3002 30 m'għandhomx għalfejn ikunu soġġetti għal verifiki veterinarji.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

3001 20 90

Estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħra jew tat-tnixxijiet tagħhom, ta’ oriġini mhux mill-bniedem

Kollha; ikopri prodott li jaġixxi bħala sostitut għall- colostrum matern u użat fl-għalf ta’ għoġġiela.

3001 90 91

Sustanzi tal-annimali ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi: ħeparina u l-melħ tiegħu;

Kollha

3001 90 98

Sustanzi mill-annimali oħrajn għajr il-ħeparina u l-melħ tiegħu ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi.

Kollha.

Minbarra l-glandoli u organi oħra, dan is-sottotitolu jkopri l-hypophysis, il-kapsuli suprarenali u l-glandola tat-tirojde; ħlief dawk speċifikati fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Ex 3002 10 10

Antisera, miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le.

Antisera li joriġinaw mill-annimali biss.

Jeskludi l-prodotti mediċinali mlestija għall-konsumatur finali.

Taħt it-titolu 3002 , ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti għall-prodotti sekondarji mill-prodotti koperti bit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u speċifikati fir-ringieli li ġejjin:

 

Ir-Ringiela 2: prodotti tad-demm għajr mill-ekwidi;

 

Ir-Ringiela 3: demm u prodotti tad-demm mill-ekwidi.

Ex 3002 10 91

Emoglobina, globulines tad-demm u globulini tas-serum, kemm jekk immodifikati jew le jew miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi.

Biss annimali derivati materjal.

Ex 3002 10 99

Frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi, sew jekk immodifikati jew miksuba permezz ta’ proċessi bioteknoloġiċi jew le, għajr minn oriġini umana.

Biss annimali derivati materjal.

3002 90 30

Demm tal-annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi.

Kollha

Ex 3002 90 50

Kolturi ta’ mikro-organiżmi.

Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni.

Ex 3002 90 90

Oħrajn.

Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni.

Ex 3006 92 00

Skart farmaċewtiku.

Materjal derivat mill-annimali biss.

Skart farmaċewtiku, prodotti farmaċewtiċi li mhumiex tajbin għall-iskop oriġinali maħsub tagħhom.

KAPITOLU 31

Fertilizzanti

Noti tal-Kapitolu 31 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

id-demm tal-annimali tat-titolu 0511 ;

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 3101 00 00

Fertilizzanti tal-annimali, imħallta flimkien jew ittrattati kimikament jew le; fertilizzanti prodotti bit-taħlit jew bi trattament kimiku ta’ prodotti tal-annimali jew veġetali.

Prodotti derivati mill-annimali biss f'forma mhux adulterata.

Ikopri gwanu, demel, iżda taħlitiet demel u kimiċi użati bħala fertilizzanti huma esklużi (pereżempju, l-intestatura 3105 ).

Ikopri demel imħallat bi proteina pproċessata mill-annimali, jekk jintuża bħala fertilizzant.

Rekwiżiti speċifiċi għal demel, demel ipproċessat jew prodotti tad-demel ipproċessat huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

KAPITOLU 35

Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enzimi

CN code

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 3501

Kaseina, kaseinati u derivattivi oħra tal-kaseina; kolol tal-kaseina.

Kaseina għall-konsum uman, għalf tal-annimali jew finijiet tekniċi.

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, prodotti bbażati fuq il-ħalib u colostrum mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ex 3502

Albumini (inklużi l-konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew aktar, li fihom, bil-piż, aktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusa fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħra tal-albumin.

Ikopri prodotti derivati mill-bajd u derivati mill-ħalib kemm jekk għall-konsum uman jew mhux għall-konsum uman (inkluż għal finijiet tal-għalf tal-annimali) kif speċifikat:

 

Il-prodotti tal-bajd u l-prodotti tal-ħalib, u l-prodotti pproċessati għall-konsum uman huma kif iddefinit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

 

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, prodotti bbażati fuq il-ħalib u colostrums mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u għall-prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ex 3503 00

Ġelatina (inkluża l-ġelatina f'folji rettangolari [inklużi dawk kwadri], bil-wiċċ maħdum jew ikkuluriti jew le) u d-derivattivi tal-ġelatina; ġelì ċar; kolol oħra li joriġinaw mill-annimali, għajr il-kolol tal-kaseina tat-titolu 3501 .

Ikopri l-ġelatina għall-konsum uman u għall-industrija tal-ikel.

Ġelatina kklassifikata fit-titolu 9602 , (ġelatina maħduma u mwebbsa u oġġetti ta’ ġelatina mhux imwebbsa (pereżempju, kapsuli vojta)) huma esklużi minn verifiki veterinarji.

Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għal dak ir-Regolament għall-fotoġelatina.

Ex 3504 00

Peptuni u d-derivattivi tagħhom; sustanzi oħra ta’ proteini u d-derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; trab għall-ġilda (hide powder) ikkromat jew le.

Ikopri collagen u proteini idrolizzati għall-konsum uman u għall-industrija tal-ikel.

Rekwiżiti speċifiċi għall-collagen huma stabbiliti fir-Ringiela 8 u għall-proteina idrolizzata fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ikopri l-prodotti tal-collagen ibbażati fuq il-proteini derivati mill-ġlud u mill-għeruq (tendons) tal-annimali, inkluż l-għadam fil-każ tal-ħnieżer, tat-tjur u tal-ħut.

Ikopri l-proteini idrolizzati li jikkonsistu minn polipeptidi, peptidi jew aċti amminiċi, u taħlitiet tagħhom, miksuba bl-idroliżi tal-prodotti sekondarji tal-annimali. Dawn huma esklużi minn verifiki veterinarji meta jintużaw bħala addittivi fil-preparazzjonijiet tal-ikel (it-titolu 2106 ).

Ikopri kwalunkwe prodotti sekondarji tal-ħalib għall-konsum uman fil-każ li ma jkunux koperti fit-titolu 0404 .

Ex 3507 10 00

Rennet u konċentrati tagħha.

Rennet u konċentrati għall-konsum uman, li ġejjin minn prodotti tal-annimali biss.

KAPITOLU 38

Prodotti kimiċi diversi

CN code

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 3822 00 00

Reaġenti għad-dijanjosi jew tal-laboratorji muntati, reaġenti lesti għad-dijanjosi jew reaġenti tal-laboratorji kemm jekk muntati u kemm jekk le, għajr għal dawk tal-intestatura 3002 jew 3006 ; materjali ta’ referenza ċċertifikati.

Derivat minn prodotti tal-annimali biss.

Ex 3825 10 00

Skart muniċipali

L-iskart kollu tal-ikel li fih prodotti mill-annimali inklużi ż-żjut tal-kċina li fihom prodotti tal-annimali (l-Artikolu 2 (2)(g) (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009).

3826 00

Bijodiżil u taħlit tiegħu, li ma fihx jew fih anqas minn 70 % skont il-piż ta’ żjut tal-petroljum jew żjut miksubin minn minerali bituminużi

Ix-xaħmijiet maħdumin kollha inklużi ż-żjut jew xaħmijiet li joriġinaw mill-annimali kif stabbilit fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

KAPITOLU 39

Plastiks u oġġetti tagħhom

CN code

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 3913 90 00

Polimeri naturali oħra (għajr aċidu alġiniku, il-melħ u l-esteri tiegħu) u polimeri naturali modifikati (pereżempju, proteini mwebbsa, derivattivi kimiċi ta’ gomma naturali), mhux speċifikati jew inklużi band'oħra, f'forom primarji.

Derivati minn prodotti tal-annimali biss, pereżempju, sulfat tal-kondrojtin, glukożamina, Chitosan.

Ex 3917 10 10

Imsaren articifical (kisi taz-zalzett) ta’ proteina mwebbsa jew ta’ materjal ċellulożiku

Derivati minn prodotti tal-annimali biss.

KAPITOLU 41

Ġlud mhux maħdumin (għajr ferijiet) u ġilda

Kummenti ġenerali

Ġlud ta’ annimali bid-dwiefer taħt it-titoli 4101 , 4102 , 4103 għandhom ikunu soġġetti għal verifika veterinarja.

Rekwiżiti speċifiċi għall-ġlud ta’ annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fir-Ringiela 4 u 5 tat-Tabella 2, Taqsima 1, Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

L-espressjoni ‘ġlud ittrattati’ l-espressjoni hija ddefinita għall-prodotti rilevanti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Noti tal-Kapitolu 41 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix

(a)

bċejjeċ maqtugħin jew skart simili, ta’ ġlud mhux proċessati (it-titolu 0511 );

(b)

ġlud jew partijiet mill-ġlud ta’ għasafar, bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, tat-titolu 0505 jew 6701 ;

(ċ)

ġlud, bix-xagħar jew bis-suf, mhux maħdumin, ikkunzati jew imħejjijin (Kapitolu 43); dawn li ġejjin, iżda, għandhom ikunu kklassifikati f'Kapitolu 41, jiġifieri, ġlud mhux maħdumin bix-xagħar jew bis-suf, ta’ annimali tal-ifrat (inkluż tal-buflu), ta’ annimali ekwini, ta’ nagħaġ jew ħrief (ħlief ħrief Astrakhan, Broadtail, Karakul, Persjani jew ħrief simili, ħrief Indjani, Ċiniżi, Mongoljani jew Tibetjani), ta’ mogħoż jew gidien (ħlief mogħoż u gidien tal-Jemen, Mongoljani jew Tibetjani), ta’ majjal (inkluż qasquż pekari), ta’ kamoxx, ta’ għażżiela, tal-iġmla (inklużi dromedarji), ta’ renna, ta’ elk, ta’ ċerva, ta’ ċriev irġiel jew ta’ klieb.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 4101

Ġlud mhux maħdumin ta’ bhejjem tal-ifrat (bovini) (inkluż il-buflu) jew ta’ annimali ekwini (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċtu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar) bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le.

Il-verifiki veterinarji japplikaw biss għall-ġlud friski, imkessħin jew ittrattati, inklużi imnixxfin, imnixxfin fil-melħ, immellħin niedi jew ippreservati bi proċess għajr dak tal-ikkunzar jew proċess ekwivalenti.

Importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tista' tkun possibbli għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b'mod partikolari għall-ex 4101 20 80 u ex 4101 50 90 .

Ex 4102

Ġlud mhux maħdumin tan-nagħaġ jew tal-ħrief (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċtu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar) bis-suf jew maqsumin jew le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1(c) għal dan il-Kapitolu.

Il-verifiki veterinarji japplikaw biss għall-ġlud friski, imkessħin jew ittrattati, inklużi imnixxfin, imnixxfin fil-melħ, immellħin niedi jew ippreservati bi proċess għajr dak tal-ikkunzar jew proċess ekwivalenti.

Importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tista' tkun possibbli għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b'mod partikolari għall-ex 4102 21 00 u ex 4102 29 00 .

Ex 4103

Ġlud mhux maħdumin oħra (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċitu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar, bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1(b) jew 1(c) għal dan il-Kapitolu.

Il-verifiki veterinarji japplikaw biss għall-ġlud friski, imkessħin jew ittrattati, inklużi imnixxfin, imnixxfin fil-melħ, immellħin niedi jew ippreservati bi proċess għajr dak tal-ikkunzar jew proċess ekwivalenti.

Importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tista' tkun possibbli għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b'mod partikolari għall-ex 4103 90 00 .

KAPITOLU 42

Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż tal-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana tal-annimali (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir)

Noti tal-Kapitolu 42 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

2.

Dan il-kapitolu ma jkoprix (fost prodotti oħra) dawn li ġejjin ta’ interess veterinarju:

(a)

korda tal-musrana kirurġika sterili jew materjali għas-sutura sterili simili (it-titolu 3006 );

(ij)

kordi, ġlud għat-tnabar jew bħalhom, jew bċejjeċ oħra ta’ strumenti mużikali (it-titolu 9209 ).

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 4205 00 90

Oġġetti oħra tal-ġilda jew tal-ġilda artifiċjali.

Jinkludi materjali għall-manifattura ta’ mgħid għall-klieb.

Ex 4206 00 00

Oġġetti mill-imsaren (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir) tal- goldbeater's skin, mill-bżieżaq jew mill-għeruq.

Jinkludi wkoll materjal għall-manifattura ta’ mħid għall-klieb.

KAPITOLU 43

Ġild tal-fer u fer artifiċjali; manifatturi tagħhom

Noti tal-Kapitolu 43 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1.

Matul in-nomenklatura magħquda, ir-referenzi għal ‘ferijiet’, għajr għal ferijiet mhux maħdum tat-titolu 4301 , japplikaw għall-ġlud tal-annimali kollha li ġew ikkunzati jew ippreparati bix-xagħar jew bis-suf mhux imneħħi.

2.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

il-ġlud tal-għasafar jew bċejjeċ ta’ ġlud tal-għasafar, bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom (it-titolu 0505 jew 6701 );

(b)

il-ġlud mhux maħdumin, bix-xagħar jew bis-suf mhux imneħħi, tal-Kapitolu 41 (ara n-nota 1(c) għal dak il-kapitolu);

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-Titolu 4301 : Il-ferijiet jitqiesu bħala mhux maħduma u jaqgħu taħt dan it-titolu mhux biss meta jkunu fl-istat naturali, iżda wkoll jekk ikunu mnaddfin u ppreservati minn deterjorazzjoni, eż., billi jiġu mnixxfin jew immellħin (fin-niedi jew fin-niexef).

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 4301

Ferijiet mhux maħduma (bl-irjus, bid-dnub, bis-saqajn u b'biċċiet jew qatgħat oħra, tajbin għall-użu ta’ min jaħdem il-fer), għajr il-ġlud mhux maħdumin tat-titoli 4101 , 4102 jew 4103 .

Kollha, esklużi ferijiet itrattati skont il-Kapitolu VIII tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Ikopri s-sottotitoli li ġejjin:

 

Ex 4301 10 00 (tal-mink, kollu, bl-irjus, bid-dnub jew bis-saqajn jew le): rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

 

Ex 4301 30 00 (Tal-ħrief, li ġejjin: tal-Astrakan, Broadtail, tal-Karakul, il-Persjani u ħrief simili, jew ta’ ħrief Indjani, Ċiniżi, Mongoli jew Tibetani, sħaħ, bir-ras, bid-denb jew bis-saqajn jew le): rekwiżiti speċifċi għal ġlud ta’ annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

 

Ex 4301 60 00 (tal-volpi, kollu, bl-irjus, bid-dnub jew bis-saqajn jew le): rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

 

Ex 4301 80 00 (ferijiet oħra, kollu, bl-irjus, bid-dnub jew bis-saqajn jew le): għajr annimali bid-dwiefer, pereżempju farien il-ġebel, felini slavaġ, foki, nutria. Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

 

Ex 4301 90 00 (Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħra tajbin għall-użu ta’ min jaħdem il-fer): rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

KAPITOLU 51

Suf, xagħar fin jew aħrax tal-annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin

Kummenti ġenerali

Għat-titoli minn 5101 sa 5103 huma stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal suf u xagħar mhux trattat fir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

It-terminu ‘mhux ittrattat’ huwa defint għall-prodott relevanti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Nota tal-Kapitolu 51

1.

Matul in-nomenklatura:

(a)

‘Suf’ tfisser il-fibra fina imkabbra min-nagħaġ jew mill-ħrief.

(b)

‘Xagħar fin tal-annimali’ tfisser ix-xagħar tal-alpaka, tal-ljama, tal-vikunja, tal-ġemel, tal-jak, tal-mogħoż ta’ Angora, Tibetani, Kaxmer jew bħalhom (iżda mhux mogħoż komuni), tal-fenek, (inkluż il-fenek ta’ Angora), tal-liebru, tal-kastur, tan-nutria jew tal-far tal-misk tal-ilma.

(ċ)

‘Xagħar aħrax tal-annimali’ tfisser ix-xagħar tal-annimali mhux imsemmija hawn fuq, għajr ix-xagħar u l-lanżit għall-manifattura tal-ixkupilji (it-titolu 0502 ) u l-krin 0511 ).

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

Matul in-nomenklatura l-espressjoni ‘xagħar aħrax tal-annimali’ tfisser ix-xagħar kollu tal-annimali għajr ‘xagħar fin tal-annimali’ bl-eċċezzjoni ta', inter alia, lanzit jew xagħar tal-ħnieżer (it-titolu 0502 ), ara wkoll in-Nota tal-Kapitolu 1.(c) hawn fuq.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 5101

Suf, mhux imqardex jew mimxut.

Suf mhux ipproċessat.

Ex 5102

Xagħar fin jew aħrax tal-annimali, mhux imqardex jew mimxut.

Xagħar mhux itrattat, inkluż xagħar aħrax mill-ġnub tal-annimali tal-ifrat (bovini) jew ekwini.

Ex 5103

Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax tal-annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda eskluż materjal garnetted.

Suf jew xagħar mhux itrattat.

KAPITOLU 67

Rix ippreparat u l-ewwel rix u oġġetti magħmula mir-rix jew mill-ewwel rix; fjuri artiċjali; oġġetti tax-xagħar uman

Estratt mir-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-titolu 6701 ikopri:

(A)

Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, ir-rix u l-ewwel rix, u partijiet mir-rix, li għalkemm għadhom ma jikkostitwixxux oġġetti magħmula, għaddew minn proċess għajr trattament sempliċi ta’ tindif, diżinfettar jew preservazzjoni (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni għat-titolu 0505 ); l-oġġetti ta’ dan it-titolu jistgħu, pereżempju, ikunu bbliċjati, miżbugħa, innukklati jew mibruma.

(B)

Oġġetti magħmula minn ġlud jew partijiet oħra ta’ għasafar bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, oġġetti magħmulin mir-rix jew l-ewwel rix jew partijiet mir-rix, anke jekk ir-rix jew l-ewwel rix, eċċ., mhumiex maħdumin iżda sempliċement imnaddfin, iżda dawn ma jinkludux oġġetti magħmulin minn zkuk jew rix. It-titolu għalhekk jinkludi:

(1)

Rix waħdiet li ġew marbuta bil-fili jew għall-użu bħala, pereżempju muntaturi milinerji, u rix waħdiet komposti wkoll immuntati minn elementi differenti.

(2)

Rix immuntat fi gruppi, u rix jew l-ewwel rix magħqud flimkien permezz ta’ kolol jew twaħħil fuq drapp tat-tessut jew bażi oħra.

(3)

Tiżjin magħmul minn għasafar, partijiet ta’ għasafar, rix jew l-ewwel rix għal kpiepel, boas, kullari, kapep jew oħħetti oħra ta’ lbies jew aċċessorji tal-ħwejjeġ.

(4)

Fannijiet magħmula minn rix ornamentali, b'oqsfa ta’ kwalunkwe materjal. Madankollu, il-fannijiet b'oqsfa jew metall prezzjuż huma kklassifikati fit-titolu 7113 .

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 6701 00 00

Ġlud u partijiet oħrajn tal-għasafar bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom, rix, partijiet ta’ rix, l-ewwel rix u oġġetti magħmulin minnu (għajr l-oġġetti tal-intestatura 0505 u r-rix u z-zkuk maħdumin).

Ġlud biss u partijiet oħra ta’ għasafar bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, rix u l-ewwel rix, u partijiet mir-rix, li għaddew minn proċess għajr trattament sempliċi ta’ tindif, diżinfettar jew preżervazzjoni.

Rekwiżiti speċifiċi għar-rix huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Oġġetti ta’ ġlud mhux maħdumin jew sempliċiment imnaddfa, rix jew l-ewwel rix, u partijiet mir-rix; pereżempju rix waħdiet li ġew marbuta bil-fili jew għall-użu bħala, pereżempju muntaturi milinerji, u rix waħdiet komposti wkoll immuntati minn elementi differenti, bit-tiżjin magħmul mir-rix jew l-ewwel rix, pereżempju għal kpiepel, boas, kullari; eskluż ir-rix dekorattiv ittrattat, ir-rix itrattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu personali tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali.

KAPITOLU 95

Ġugarelli, logħob u rekwiżiti tal-isports; bċejjeċ u aċċessorji tagħhom

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 9508 10 00

Ċirkli li jivvjaġġaw u wirjiet ta’ annimali li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (travelling menageries).

B'annimali ħajjin biss.

Ex 9508 90 00

Oħrajn: divertiment tal-fieri, teatri li jivvjaġġaw.

B'annimali ħajjin biss.

KAPITOLU 97

Xogħlijiet tal-arti, bċejjeċ tal-kollezzjoni u antikitajiet

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 9705 00 00

Kollezzjonijiet u bċejjeċ tal-kollezzjoni ta’ interess żoologiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, storiku, arkeoloġiku, paleontoloġiku, etnolografiku jew numiżmatiku.

Prodotti derivati mill-annimali biss.

Rekwiżiti speċifiċi għal trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Jeskludi t-trofej tal-kaċċa minn annimali bid-dwiefer jew minn għasafar li jkunu għaddew minn trattament komplut ta’ tassidermija sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tagħhom f'temperaturi ambjentali, u trofej tal-kaċċa minn speċijiet oħra għajr l-annimali bid-dwiefer u l-għasafar (ittrattati jew mhux ittrattati).

KAPITOLU 99

Kodiċi speċjali tan-Nomenklatura Magħquda

Subkapitolu II

Kodiċijiet statistiċi għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti  (5)

Kummenti ġenerali

Dawn il-kodiċi NM speċjali għandhom jiġu applikati għall-esportazzjoni biss – għall-importazzjoni, il-kodiċi NM relatati ma’ kull prodott uniku għandhom jiġu applikati.

Madankollu, dawn il-kodiċijiet NM speċjali għandhom jiġu applikati għall-prodotti li mhumiex konformi li joriġinaw mill-annimali, li joriġinaw minn pajjiżi terzi u huma ddestinati għall-provvista tal-bastimenti kif stabbilit fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 9930 24 00

Oġġetti mill-Kapitoli NM 1 sa 24 ikkonsenjati lill-bastimenti u l-ajruplani.

Prodotti li joriġinaw mill-annimali biss destinati għall-provvista lill-bastiment kif previst fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.

Ex 9930 99 00

Oġġetti kklassifikati band'oħra milli fil-Kapitoli NM 1 sa 24 u 27 ikkonsenjati lill-bastimenti u l-ajruplani.

Prodotti li joriġinaw mill-annimali biss destinati għall-provvista lill-bastiment kif previst fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.”


(1)   ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1.

(2)   ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(4)   ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.

(5)  L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1228/2010.