7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/12 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, biex jindirizza ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali tal-proġett tal-ITER
(2012/5/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-laqgħa tat-trilogu tal-1 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftehmu dwar il-modalitajiet biex jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-proġett ITER; Il-forniment ta’ dan il-finanzjament jeżiġi rieżami tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 b’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, sabiex jogħla l-limitu massimu fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-Subintestatura 1 A b’EUR 650 miljun għas-sena 2012 u b’EUR 190 miljun għas-sena 2013 fi prezzijiet attwali. |
(2) |
Iż-żieda tal-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-Subintestatura 1a għas-snin 2012 u 2013 se tkun kompletament ikkumpensata bit-tnaqqis tal-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għas-sena 2011 taħt l-Intestatura 2 u tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għas-snin 2011 u 2012 taħt l-Intestatura 5. |
(3) |
Sabiex tinżamm relazzjoni adegwata bejn l-impenji u l-ħlasijiet, il-limiti massimi annwali tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu aġġustati. L-aġġustament se jkun newtrali f’termini ta’ obbligi ta’ ħlas matul il-perjodu 2007-2013. |
(4) |
L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq (2), |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. SZPUNAR
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Għal dan il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehim imsemmi hawn fuq huma maqluba għal prezzijiet tal-2004.
ANNESS
QAFAS FINANZJARJU 2007-2013
(EUR miljun – prezzijiet tal-2004 kostanti) |
||||||||||
APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total 2007-2013 |
||
|
50 865 |
53 262 |
55 879 |
56 435 |
55 693 |
57 708 |
58 696 |
388 538 |
||
|
8 404 |
9 595 |
12 018 |
12 580 |
11 306 |
12 677 |
13 073 |
79 653 |
||
|
42 461 |
43 667 |
43 861 |
43 855 |
44 387 |
45 031 |
45 623 |
308 885 |
||
|
51 962 |
54 685 |
51 023 |
53 238 |
52 136 |
51 901 |
51 284 |
366 229 |
||
li minnhom: nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti |
43 120 |
42 697 |
42 279 |
41 864 |
41 453 |
41 047 |
40 645 |
293 105 |
||
|
1 199 |
1 258 |
1 375 |
1 503 |
1 645 |
1 797 |
1 988 |
10 765 |
||
|
600 |
690 |
785 |
910 |
1 050 |
1 200 |
1 390 |
6 625 |
||
|
599 |
568 |
590 |
593 |
595 |
597 |
598 |
4 140 |
||
|
6 199 |
6 469 |
6 739 |
7 009 |
7 339 |
7 679 |
8 029 |
49 463 |
||
|
6 633 |
6 818 |
6 816 |
6 999 |
7 044 |
7 274 |
7 610 |
49 194 |
||
|
419 |
191 |
190 |
0 |
0 |
0 |
0 |
800 |
||
APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI TOTAL |
117 277 |
122 683 |
122 022 |
125 184 |
123 857 |
126 359 |
127 607 |
864 989 |
||
bħala perċentwal tad-DNG |
1,08 % |
1,09 % |
1,06 % |
1,06 % |
1,03 % |
1,03 % |
1,01 % |
1,049 % |
||
|
||||||||||
APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-ĦLASIJIET TOTALI |
115 142 |
119 805 |
109 091 |
119 245 |
116 394 |
120 649 |
120 418 |
820 744 |
||
bħala perċentwal tad-DNG |
1,06 % |
1,06 % |
0,95 % |
1,01 % |
0,97 % |
0,98 % |
0,96 % |
1,00 % |
||
Marġini disponibbli |
0,18 % |
0,18 % |
0,29 % |
0,22 % |
0,26 % |
0,25 % |
0,27 % |
0,23 % |
||
Limitu massimu tar-riżorsi proprji bħala perċentwal tad-DNG |
1,24 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
(1) In-nefqa tal-pensjonijiet inkluża taħt il-limitu massimu ta’ din l-Intestatura hija kkalkulata netta mill-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema rilevanti, fi ħdan il-limitu ta’ EUR 500 miljun fil-prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.