17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/246 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010
(2012/588/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7-0051/2012), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0117/2012), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 45.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
ANNESS
RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW FIS-SNIN IMGĦODDIJA
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol |
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
||||||||
Prestazzjoni |
n.a. |
n.a. |
|
Jistieden lill-Aġenzija li, f’tabella li għandha tiġi annessa mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tippreżenta paragun tal-operazzjonijiet li twettqu matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u dawk imwettqa matul is-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità ta’ kwittanza tkun tista’ tevalwa b’mod aktar effikaċi l-prestazzjoni tal-Aġenzija minn sena għal oħra; |
||||||||
Il-governanza tal-Aġenzija |
n.a. |
n.a. |
|
|
||||||||
Approprjazzjonijiet operattivi trasferiti |
Il-prinċipju baġitarju tal-ispeċifikazzjoni ma kienx ġie osservat strettament. (Id-Direttur iffirma 19-il deċiżjoni għal madwar EUR 880 000 li jawtorizzaw it-trasferimenti baġitarji minn artikolu għal ieħor fil-kapitoli. Kuntrarjament għar-Regolament Finanzjarju, il-Bord tal-Gvernaturi ma rċeviex l-informazzjoni rikjesta. |
n.a. |
|
|
||||||||
Proċeduri ta’ akkwist |
n.a. |
n.a. |
Jistieden lill-Aġenzija ssolvi l-problema tal-użu ta’ kuntratt ta’ qafas għall-akkwist pubbliku lil hinn mill-valur massimu tiegħu, sabiex jingħata effett lil-liġi tal-baġit Ewropea |
|
||||||||
Riżorsi Umani u Verifiki Interni |
n.a. |
n.a. |
Jistieden lill-Aġenzija tieħu l-passi ħalli twettaq 14 mit-33 rakkomandazzjoni magħmulin mis-Servizz Intern tal-Verifika, jinnota li sitta minnhom meqjusin importanti ħafna: jiġifieri, il-ġestjoni tal-istennijiet tal-istakeholders u l-implementazzjoni ta’ ċerti standards interni ta’ kontroll, ossija dawk li jittrattaw mal-problemi tal-faxxikli individwali, ir-rapport annwali dwar il-kontroll intern u l-promozzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll intern |
|
17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/247 |
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7-0051/2012), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0117/2012), |
A. |
billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari, |
B. |
billi fl-10 ta’ Mejju 2011, il-Parlament ta l-kwittanza lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009 (5), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, inter alia:
|
C. |
billi l-baġit globali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 kien ta’ EUR 15 500 000 li jirrappreżenta żieda ta’ 3,3 % fuq is-sena finanzjarja 2009; billi l-kontribut inizjali tal-Unjoni Ewropea għall-baġit tal-Aġenzija għall-2010 kien ta’ EUR 13 743 434 meta mqabbel ma’ EUR 13 800 000 fl-2009 (6), li jirrappreżenta żieda ta’ 0,41 %, |
Il-ġestjoni tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja
1. |
Ifakkar li l-kontribut inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2010 kien jammonta għal EUR 13 743 434; jinnota b’dana kollu li EUR 506 566, ġejjin mill-irkupru tal-eċċess, kien magħdud ma’ dan, li b’riżultat ta’ hekk wassal għall-kontribut totali tal-Unjoni ta’ EUR 14 250 000 għal 2010; |
2. |
Jistabbilixxi mill-kontijiet annwali li l-baġit oriġinarju tal-Aġenzija għall-2010 kien emendat darbtejn u li seħħew xi trasferimenti; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza b’informazzjoni dwar ir-raġunijiet wara dawn il-bidliet; |
3. |
Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Aġenzija (AAR) li mill-baġit disponibbli fl-2010, 96,1 % kien impenjat sa għeluq dik is-sena; |
Approprjazzjonijiet riportati
4. |
Jinnota titjib fl-approprjazzjonijiet riportati tal-Aġenzija matul is-snin; jinnota b’mod partikolari li fl-2010, naqqset ir-rata tagħha ta’ tħassir għal 11 % mid-19 % tal-2009; jistieden, b’dana kollu, lill-Aġenzija tissokta ttejjeb il-qagħda billi tevita d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha; |
Riżorsi Umani
5. |
Josserva mir-Rapport Annwali tal-Aġenzija li l-għadd totali ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 kien ta’ 66; jinnota, barra minn hekk, li r-reklutaġġ kien magħmul minn 44 aġent temporanju (AT), 21 aġenti kontrattwali (AK) u post wieħed ta’ AK fin-Netwerking u Koordinazzjoni ffinanzjata mill-programm IPAC2; |
6. |
Jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri li l-Aġenzija ħadet biex twettaq l-objettivi msemmijin hawn taħt fil-Programm Annwali tal-Ħidma tagħha:
|
Prestazzjoni
7. |
Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha li l-Aġenzija tat data dettalja li tqabbel sena ma’ oħra billi jippermetti lill-awtorità ta’ kwittanza tivvaluta b’mod aktar effettiv il-prestazzjoni tal-Aġenzija; iqis dan bħala l-aħjar prattika li għandha tiġi segwita mill-Aġenziji l-oħra; |
8. |
Jilqa’ l-inizjattiva tal-Aġenzija li tniedi “valutazzjoni minn qabel” tal-impatt li se jkollhom sal-2020 fuq is-sigurtà u s-saħħa l-innovazzjonijiet teknoloġiċi fl-impjiegi ekoloġiċi; jinnota li t-tixrid tar-riżultati ta’ dawn il-proġetti lill-udjenzi li għalihom kienu intiżi issa beda fil-Kungress Dinja u f’sensiela ta’ seminari; japprezza għalhekk jekk jirċievi l-feedback għal dawn l-inizjattivi mill-Aġenzija; |
Il-verifika interna
9. |
Jilqa’ l-inizjattiva tal-Aġenzija li tagħti awtomatikament lill-awtorità ta’ kwittanza r-Rapport Annwali dwar l-Awditjar Intern tal-Aġenzija mħejji mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS); iqis li dan huwa indikazzjoni ta’ trasparenza u eżempju ta’ prattika tajba li għandu jiġi segwit mill-Aġenziji l-oħra kollha; iqis li r-rapporti ta’ verifika tal-IAS spiss jgħinu l-proċessi u miżuri żviluppati aktar li jimmitigaw/jikkontrollaw ir-riskji tal-Aġenzija; |
10. |
Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-IAS bdiet segwitu għar-rakkomandazzjoni miftuħin tal-verifiki mgħoddijin; jilqa’ b’mod partikolari li f’dak li għandu x’jaqsam mas-segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti mill-IAS, l-awditur intern ivvaluta li r-rakkomandazzjonijiet importanti ħafna kollha ġew adegwatament implementati u magħluqin għajr il-waħda dwar il-validazzjoni tas-sistemi ta’ kontabilità, li sfat downgraded għal “importanti” kaġun ta’ implimentazzjoni parzjali; jistieden, għalhekk, lill-Aġenzija timplementa bis-sħiħ din ir-rakkomandazzjoni u barra minn hekk tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda; |
11. |
Jinnota, barra minn hekk, li l-IAS wettaq verifika dwar il-websajt u l-komunikazzjoni esterna f’Novembru 2010; jinnota b’mod partikolari li dwar din il-verifika l-IAS qanqlet seba’ rakkomandazzjonijiet, li l-ebda waħda minnhom ma tqieset "kritika" imma tnejn tqiesu bħala "importanti ħafna" u kienu marbutin mas-segwenti:
jistieden, għalhekk, lill-Aġenzija timplimenta mill-ewwel dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda; |
12. |
Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu mir-rapporti preċedenti ta’ kwittanza, kif jingħad fl-Anness ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
13. |
Jirreferi, f’dan ir-rigward għall-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-Aġenziji. |
(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 45.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 201.
(6) ĠU L 64, 12.3.2010, p. 507.
(7) Testi adottati, P7_TA(2012)0164 (ara l-paġna 388 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).