17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/139


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2012

dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-Tmien, id-Disa’ u l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2010

(2012/561/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 (COM(2011) 736), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport ((SEC(2011) 1350 u SEC(2011) 1351),

wara li kkunsidra r-rendikonti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u tal-infiq tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 471 — C7-0273/2011),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp fl-2010,

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2011) 334),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (1) u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 rigward il-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2010 (05458/2012 — C7-0047/2012, 05459/2012 — C7-0048/2012, 05460/2012 — C7-0049/2012),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u revedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (4),

wara li kkunsidra d-Deċizjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni dwar it-territorji barranin”) (5), emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-ġestjoni tal-għajnuniet tal-Komunità skont it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba’ Konvenzjoni AKP-KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-ġestjoni tal-għajnuna Komunitarja skont il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuniet finanzjarji destinati għall-pajjiżi u għat-territorji barranin li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-raba’ parti tat-Trattat KE (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni għall-iffinanzjar tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra r-Regoli 76 u 77, it-tielet inċiż, u l-Anness VI, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0100/2012),

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali finali tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp huma kif annessi fit-Tabella 2 tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2010;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 326, 10.11.2011, p. 251.

(2)  ĠU C 326, 10.11.2011, p. 262.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(5)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.

(7)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(8)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(10)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.