17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/96


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2012

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2010

(2012/552/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 473 — C7-0256/2011) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 (COM(2011) 736), u għad-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma’ dak ir-rapport (SEC(2011) 1350 u SEC(2011) 1351),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 (COM(2011) 643), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma’ dak ir-rapport (SEC(2011) 1189),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 — C7-0052/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tingħata l-kwittanza,

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (8),

wara li kkunsidra r-Regola 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati (A7-0098/2012),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba,

1.   

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.   

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III — Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III — Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawk id-deċiżjonijiet lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU L 64, 12.3.2010.

(2)   ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.

(3)   ĠU C 366, 15.12.2011, p. 75.

(4)   ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(7)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(8)   ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.