|
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/39 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1370/2011
tal-21 ta’ Diċembru 2011
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Горнооряховски суджук (Gornooryahovski sudzhuk) (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Bulgarija biex id-denominazzjoni “Горнооряховски суджук” (Gornooryahovski sudzhuk) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ċipru bagħtet dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skont l-Artikolu 7 (3) (c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 |
|
(3) |
Permezz ta' ittra reġistrata tal-31 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni talbet lill-Partijiet ikkonċernati biex jilħqu ftehim bejniethom. Wara sitt xhur intlaħaq ftehim u fit-22 ta’ Lulju 2011, Ċipru rtirat l-oppożizzjoni tagħha. |
|
(4) |
B’hekk din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
Il-BULGARIJA
Горнооряховски суджук (Gornooryahovski sudzhuk) (IĠP)