22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/38


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1369/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-introduzzjoni tas-sistema kompjuterizzata għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet taz-zokkor għas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 (2), huwa xieraq li tiżdied il-frekwenza li biha l-Kummissjoni tibgħat din l-informazzjoni lill-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 952/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Kull xahar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli dwar il-prezz medju għaz-zokkor abjad ikkomunikat matul ix-xahar ta’ qabel id-data tal-informazzjoni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.