|
14.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1299/2011
tad-9 ta’ Diċembru 2011
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Azeites do Ribatejo (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Portugall għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Azeites do Ribatejo", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
|
(2) |
Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmi Regolament (3). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)
IL-PORTUGALL
Azeites do Ribatejo (DPO)