14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1298/2011

tad-9 ta’ Diċembru 2011

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pélardon (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fid-dokument uniku tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pélardon”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2). kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/2001 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata bl-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għalhekk l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(4)  ĠU C 35, 4.2.2011, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

FRANZA

Pélardon (DPO)