10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/47


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1291/2011

tad-9 ta’ Diċembru 2011

li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Novembru 2011 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-20 u t-30 ta' Novembru 2011 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.F, I.H, I.I, u I.J tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2353/2001, imressqa matul il-perjodu bejn l-20 u t-30 ta' Novembru 2011 jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


ANNESS

I.A

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4590

100 %

09.4599

100 %

09.4591

09.4592

09.4593

09.4594

09.4595

3,660488  %

09.4596

100  %

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4155

9,520183  %

I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4179

100  %

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4205

100  %

09.4206

100  %

I.J

Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4210

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.