8.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1274/2011

tas-7 ta’ Diċembru 2011

dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2012, l-2013 u l-2014 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikoli 28 u 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali u kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm kompla taħt Regolamenti konsekuttivi tal-Kumissjoni. L-aktar wieħed reċenti kien ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 915/2010 tat-12 ta’ Ottubru 2010 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2011, l-2012 u l-2013 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (3).

(2)

Fl-Unjoni, bejn 30 u 40 prodott tal-ikel jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta’ tliet snin, il-pestiċidi għandhom ikunu mmonitorjati f’dawk il-prodotti tal-ikel fuq sensiela ta’ ċikli ta’ tliet snin sabiex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati.

(3)

Fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni ta’ probabilità binomjali, jista’ jiġi kkalkulat li l-eżaminar ta’ 642 kampjun jippermetti, b’ċertezza ta’ aktar minn 99 %, l-iżvelar ta’ kampjun li jkun fih ammont ta’ residwi ta’ pestiċidi ogħla mil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % tal-prodotti jkun fihom residwi ta’ livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġbir ta’ dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Ir-riżultati analitiċi mill-programm ta’ kontroll uffiċjali tal-UE tal-2009 (4) wrew li ċerti pestiċidi huma iktar komunement preżenti fuq prodotti agrikoli minn qabel, li jindika bidliet fix-xejra tal-użu ta’ dawk il-pestiċidi. Dawk il-pestiċidi għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ kontroll flimkien ma’ dawk li kienu koperti mir-Regolament (UE) Nru 915/2010 sabiex jiġi żgurat li l-firxa ta’ pestiċidi koperti mill-programm ta’ kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati.

(5)

L-analiżi ta’ ċerti pestiċidi, b’mod partikolari dawk miżjuda mal-programm ta’ kontroll minn dan ir-Regolament jew dawk b’definizzjoni tar-residwu diffiċli ħafna, għandhom ikunu fakultattivi fl-2012 sabiex jitħalla ħin biex il-laboratorji uffiċjali jivvalidaw il-metodi mitluba mill-analiżi ta’ dawk il-pestiċidi, f’każ li jkunu għadhom ma għamluhiex.

(6)

Fejn id-definizzjoni tar-residwu tal-pestiċidi tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti mfarrka, dawk il-metaboliti għandhom jiġu rrapurtati separatament.

(7)

Gwida dwar il-“Validazzjoni tal-Metodu u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf” hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni (5). L-Istati Membri għandhom jitħallew, b’ċerti kundizzjonijiet, jużaw metodi ta’ monitoraġġ kwalitattiv.

(8)

Miżuri ta’ implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6) biex jintbagħtu r-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li jirreletaw it-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri kienu maqbula mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-EFSA.

(9)

Għall-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u l-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (7) li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni rrakkomandati mill-Kummissjoni Codex Alimentarius.

(10)

Huwa wkoll neċessarju li jiġi vvalutat jekk il-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment (8) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (9), humiex jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet ta’ residwu kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(11)

Huwa neċessarju wkoll li jiġu vvalutati l-effetti aggregati, kumulattivi u sinerġistiċi possibbli tal-pestiċidi meta l-metodoloġija ssir disponibbli. Din il-valutazzjoni għandha tibda b’xi organofosfati, karbamati, trijażoli u piretrojdi, kif stipulat fl-Anness I.

(12)

Fir-rigward tal-metodi ta’ residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta’ analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalutati meħtieġa.

(13)

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti.

(14)

Sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba koinċidenza bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament (UE) Nru 915/2010 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Dan għandu, madankollu, jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2011.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom, matul is-snin 2012, 2013 u 2014 jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta’ prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

L-għadd ta’ kampjuni għal kull prodott għandu jkun kif stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun għandu jintgħażel b’mod każwali.

Il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati skont id-definizzjonijiet ta’ residwu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Fejn l-ebda definizzjoni espliċita ta’ residwu ma tkun stabbilita f’dak ir-Regolament għal pestiċida partikolari, għandha tapplika d-definizzjoni tar-residwu kif stabbilita fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2012, l-2013 u l-2014 sal-31 ta’ Awwissu 2013, 2014 u 2015 rispettivament. Dawk ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD), kif stabbilit fl-Anness III.

2.   Fejn id-definizzjoni tar-residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew ta’ reazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni legali ta’ residwu. Ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-isomeri jew metaboliti prinċipali msemmija fid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sakemm ikunu kkalkulati individwalment.

Artikolu 4

Ir-Regolament (UE) Nru 915/2010 huwa revokat.

Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2011.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1

(2)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9

(3)  ĠU L 269, 13.10.2010, p. 8.

(4)  Ir-Rapport tal-2009 tal-Unjoni Ewropea dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi fl-Ikel. Il-Ġurnal tal-EFSA 2011; 9(11):2430 [529 pp.].

(5)  Dokument Nru SANCO/10684/ 2009, Implimentata sal-1.1.2010. http://ec.europa.eu/food/plant/protection/resources/qualcontrol_en.pdf

(6)  Gwida ġenerali dwar l-SSD għall-ġbir tad-dejta kollha tal-EFSA hija disponibbli fil-ġurnal tal-EFSA 2010; 8(1):1457 [54 pp.] at http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1457.htm

(7)  ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.

(8)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1

(9)  ĠU L 339, 6.12.2006. p. 16.


ANNESS I

Parti A:

Kombinazzjonijiet ta’ pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu mmonitorjati fi/fuq prodotti ta’ oriġini mill-pjanti

 

2012

2013

2014

Kummenti

2,4-D

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ 2,4-D u l-esteri tiegħu espressi bħala 2,4-D.

2,4-D aċidu liberu għandu jiġi analizzat fl-2012 fuq brunġiel, pastard u għeneb għall-ikel; fl-2013 fuq berquq u għeneb għall-inbid u fl-2014 fuq il-larinġ/mandolin. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

2-Fenilfenol

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7) f'qiegħ il-paġna

Abamektina

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8) f'qiegħ il-paġna

Definizzjoni tar-residwu: is-somma tal-avermektin B1a, l-avermektin B1b u l-isomeru delta-8,9 tal-avermektin B1a.

L-isomeru delta-8,9 tal-avermektin B1a għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fl-2012.

Aċefat

 (2)

 (3)

 (1)

 

Aċetamiprid

 (2)

 (3)

 (1)

 

Akrinatrina

 (2)

 (3)

 (1)

 

Aldikarb

 (2)

 (3)

 (1)

 

Amitraż

 (2)

 (3)

 (1)

Definizzjoni tar-residwu: amitraż li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż.

Fl-2012 għandhom jiġu analizzati fuq il-bżar il-ħelu; fl-2013 fuq it-tuffieħ u t-tadam; u fl-2014 fuq il-lanġas. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Dan huwa aċċettat jekk l-amitraż (prekursur) u l-metaboliti tiegħu riduċibbli għal metodu multiresidwu 2,4 dimetilformanilid (DMF) u N-(2,4 –dimetilfenil)-N′-metilformammid (DMPF) huma individwati u ddikjarati separatament.

Amitrolu

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Ażinfosmetil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ażossistrobina

 (2)

 (3)

 (1)

 

Benfurakarb

 (2)

 (3)

 (1)

Degradazzjoni rapida u sħiħa għal karbofuran u 3-idrossikarbofuran. Kompost prekursur (benfurakarb) għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Bifentrin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Bifenil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Bitertanol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Boskalid

 (2)

 (3)

 (1)

 

Jonju tal-bromur

 (2)

 (3)

 (1)

Għandu jiġi analizzat fl-2012 fuq il-bżar il-ħelu biss, fl-2013 fuq il-ħass, it-tadam u fl-2014 fuq ir-ross. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Bromopropilat

 (2)

 (3)

 (1)

 

Bromukonażol

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Bupirimat

 (2)

 (3)

 (1)

 

Buprofeżin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Kaptan

 (2)

 (3)

 (1)

Id-definizzjoni speċifika tar-residwu tas-somma ta’ kaptan u folpet għandha tapplika għall-pomaċi, għall-frawli, għal-lampuni, għall-passolini, għat-tadam u għall-fażola, għall-bqija tal-prodotti d-definizzjoni tar-residwu tinkludi biss il-kaptan.

Il-kaptan u l-folpet jridu jiġu rrappurtati individwalment u bħala s-somma kif maqbul fl-SSD.

Karbaril

 (2)

 (3)

 (1)

 

Karbendażim

 (2)

 (3)

 (1)

 

Karbofuran

 (2)

 (3)

 (1)

 

Karbosulfan

 (2)

 (3)

 (1)

Degradazzjoni rapida u konsiderevoli għal karbofuran u 3-idrossikarbofuran. Kompost prekursur (karbosulfan) għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Klorantraniliprol

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Klorfenapir

 (2)

 (3)

 (1)

 

Klorfenvinfos

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Klormekwat

 (2)

 (3)

 (1)

Fl-2012 għandhom jiġu analizzati fuq il-brunġiel, l-għeneb għall-ikel u l-qamħ; fl-2013 fuq is-segala/il-ħafur, it-tadam u l-għeneb għall-inbid u fl-2014 fuq il-karrotti, il-lanġas, ir-ross u d-dqiq tal-qamħ. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Klorotalonil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Klorprofam

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Definizzjoni tar-residwu: klorprofam u 3-Kloroanilina espressi bħala klorprofam).

Għall-patata (elenkata għall-2014) id-definizzjoni tar-residwu hija prekursur biss.

Klorpirifos

 (2)

 (3)

 (1)

 

Klorpirifosmetil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Klofenteżina

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fiċ-ċereali.

Klotjanidin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ċiflutrin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ċimossanil

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Ċipermetrina

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ċiprokonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ċiprodinil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ċiromażina

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Deltametrina (ċisdeltametrina)

 (2)

 (3)

 (1)

 

Diażinon

 (2)

 (3)

 (1)

 

Diklofluwanid

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)  (8)

Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi kompost prekursur biss. Il-metabolit DMSA (N,N-Dimetil-N-fenilsulfammid) għandu jkun immonitorjat u rrappurtat sa fejn il-metodu jkun ivvalidat.

Diklorvos

 (2)

 (3)

 (1)

 

Dikloran

 (2)

 (3)

 (1)

 

Dikofol

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fiċ-ċereali.

Dikrotofos

 (2)

 (3)

 (1)

Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi kompost prekursur biss.

Fl-2012 għandhu jiġi analizzat fuq il-brunġiel u l-pastard u fl-2014 fuq il-fażola. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Dietofenkarb

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Difenokonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Diflubenżuron

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Dimetoat

 (2)

 (3)

 (1)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma tad-Dimetoat u Ometoat espressa bħala dimetoat. Id-Dimetoat u l-Ometoat jridu jiġu rrappurtati individwalment u bħala s-somma kif maqbul fl-SSD.

Dimetomorf

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fuq iċ-ċereali

Dinikonażol

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Difenilammina

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ditijanon

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Ditiokarbammati

 (2)

 (3)

 (1)

Definizzjoni tar-residwu: ditiokarbammati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti elenkati kollha ħlief il-meraq tal-larinġ u ż-żejt taż-żebbuġa.

Dodina

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Endosulfan

 (2)

 (3)

 (1)

 

EPN

 (2)

 (3)

 (1)

 

Epossikonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Etefon

 (2)

 (3)

 (1)

Fl-2012 għandhom jiġu analizzati fuq il-meraq tal-larinġ, il-bżar il-ħelu, il-qamħ u l-għeneb għall-ikel; fl-2013 fuq it-tuffieħ, is-segala/il-ħafur, it-tadam u l-għeneb għall-inbid u fl-2014 fuq il-larinġ/il-mandolin, ir-ross u d-dqiq tal-qamħ. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Etjon

 (2)

 (3)

 (1)

 

Etirimol

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Ma għandux jiġi analizzat fiċ-ċereali.

Etofenpross

 (2)

 (3)

 (1)

 

Etoprofos

 (2)

 (3)

 (1)

 

Etofenpross

 (2)

 (3)

 (1)

 

Famossadon

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Fenamifos

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fenamidon

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fenarimol

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fuq iċ-ċereali.

Fenażakwin

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fuq iċ-ċereali.

Fenbukonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ossidu tal-fenbutatin

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Fl-2012 għandhom jiġu analizzati fuq il-brunġiel, il-bżar il-ħelu, u l-għeneb għall-ikel; fl-2013 fuq tuffieħ u tadam u fl-2014 fuq il-larinġ/mandolin u l-lanġas. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Feneżamid

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fenitrotijon

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fenossikarb

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fenpropatrin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fenpropimorf

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fenpirossimat

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Fentijon

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Fenvalerat/Esfenvalerat (is-somma)

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fipronil

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma Fipronil + metabolita tas-sulfun (MB46136) espress bħala Fipronil.

Fluważifop

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Definizzjoni tar-residwu: Fluważifop-P-butil (aċidu tal-fluważifop (ħieles u konjugat)).

Aċidu liberu mill-fluważifop u l-esteru butil għandhom jiġi analizzati fl-2012 fuq il-pastard, il-piżelli u il-bżar il-ħelu; fl-2013 fuq il-kaboċċi tar-ras u l-frawli u fl-2014 fuq fażola, karrotti u patata u spinaċi. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Fludiossonil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Flufenossuron

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fluwopiram

 

 (3)

 (1)

Nota (7)

Flukwinkonażol

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Flusilażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Flutriafol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Folpet

 (2)

 (3)

 (1)

Id-definizzjoni speċifika tar-residwu tas-somma ta’ kaptan u folpet għandha tapplika għall-pomaċi, għall-frawli, għal-lampuni, għall-passolini, għat-tadam u għall-fażola, għall-bqija tal-prodotti d-definizzjoni tar-residwu tinkludi biss il-folpet.

Il-folpet u l-kaptan jridu jiġu rrappurtati individwalment u bħala s-somma kif maqbul fl-SSD.

Formetanat

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ Formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala idrokloru tal-Formetanat.

Formotjon

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Fostiażat

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Glifosat

 (2)

 (3)

 (1)

Fl-2012 għandhom jiġu analizzati fuq il-qamħ; fl-2013 fuq segala/ħafur u fl-2014 fuq id-dqiq tal-qamħ. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Alossifop inkluż alossifop-R

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Definizzjoni tar-residwu: esteru metiliku alossifop-R, alossifop-R u konjugati ta’ alossifop-R espressi bħala alossifop-R.

Aċidu liberu alossifop għandu jiġi analizzat fl-2012 fuq pastard u piżelli; fl-2013 fuq il-kaboċċi tar-ras u l-frawli u fl-2014 fuq fażola (bil-miżwed), karrotti u patata u spinaċi. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Eżakonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Eżitiażoss

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fuq iċ-ċereali.

Imażalil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Imidakloprid

 (2)

 (3)

 (1)

 

Indossakarb

 (2)

 (3)

 (1)

 

Iprodion

 (2)

 (3)

 (1)

 

Iprovalikarb

 (2)

 (3)

 (1)

 

Isokarbofos

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7). Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi kompost prekursur biss.

Isofenfos-Metil

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Isoprokarb

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Kreżossim-metil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Lambda-ċialotrin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Linuron

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Lufenuron

 (2)

 (3)

 (1)

 

Malation

 (2)

 (3)

 (1)

 

Mandipropamid

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Mepanipirim

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Definizzjoni tar-residwu: Mepanipirim u l-metabolita tiegħu 2-anilino-4-(2-idrossipropil)-6-metilpirimidin espressi bħala mepanipirim

Mepikwat

 (2)

 (3)

 (1)

Fl-2012 għandhom jiġu analizzati fuq il-qamħ; fl-2013 fuq is-segala/il-ħafur, it-tadam u fl-2014 fuq il-lanġas, ir-ross u d-dqiq tal-qamħ. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Meptildinokap

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ 2,4- DNOPC u 2,4- DNOP espressa bħala meptildinokap.

Metalassil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Metkonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Metamidofos

 (2)

 (3)

 (1)

 

Metidation

 (2)

 (3)

 (1)

 

Metiokarb

 (2)

 (3)

 (1)

 

Metomil

 (2)

 (3)

 (1)

Il-metomil u t-tiodikarb jridu jiġu rrappurtati individwalment u bħala somma kif maqbul fl-SSD.

Metossiklor

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Metossifenożid

 (2)

 (3)

 (1)

 

Metobromuron

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi kompost prekursur biss.

Monokrotofos

 (2)

 (3)

 (1)

 

Miklobutanil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Nitenpiram

 (2)

 (3)

 (1)

Fl-2012 għandhom jiġu analizzati fuq il-bżar il-ħelu; fl-2013 fuq il-ħawħ u fl-2014 fuq il-ħjar u l-fażola (bil-miżwed). Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi kompost prekursur biss.

Ossadissil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ossamil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Ossidemeton-metil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Paklobutrażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Paration

 (2)

 (3)

 (1)

 

Paration-Metil

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Penkonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Penċikuron

 (2)

 (3)

 (1)

 

Pendimetalin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fentoat

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fosalon

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fosmet

 (2)

 (3)

 (1)

 

Fossim

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Pirimikarb

 (2)

 (3)

 (1)

 

Pirimifosmetil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Prokloraż

 (2)

 (3)

 (1)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ Prockloraż + il-metaboliti tiegħu li fihom il-frazzjoni 2,4,6-Triklorofenol espress bħala Procloraż).

Proċimidon

 (2)

 (3)

 (1)

 

Profenofos

 (2)

 (3)

 (1)

 

Propamokarb

 (2)

 (3)

 (1)

Fl-2012 għandhom jiġu analizzati fuq il-brunġiel, il-pastard u l-bżar il-ħelu; fl-2013 fuq it-tuffieħ, il-kaboċċi tar-ras, il-ħass, l-għeneb għall-ikel u t-tadam; u fl-2014 fuq il-fażola, il-karrotti, il-ħjar, il-larinġ/klementini, il-patata u l-frawli. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Proparġit

 (2)

 (3)

 (1)

 

Propikonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Propossur

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Propiżammid

 (2)

 (3)

 (1)

 

Protiokonażol

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (9)

Definizzjoni tar-residwu: protiokonażol-destio.

Protiofos

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi kompost prekursur biss.

Pimetrożina

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Fl-2012 irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja (b'enfasi fuq il-brunġiel u l-bżar il-ħelu). Fl-2013 għandu jiġi analizzat fuq il-kaboċċi tar-ras, il-ħas, il-frawli u t-tadam u fl-2014 fuq il-ħjar. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja.

Piraklostrobina

 (2)

 (3)

 (1)

 

Piretrini

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Piridaben

 (2)

 (3)

 (1)

 

Pirimetanil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Piriprossifen

 (2)

 (3)

 (1)

 

Kinossifen

 (2)

 (3)

 (1)

 

Rotenon

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Spinosad

 (2)

 (3)

 (1)

 

Spirodiklofen

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Spiromesifen

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Spirossammina

 (2)

 (3)

 (1)

 

Taw-Fluvalinat

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tebukonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tebufenożid

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tebufenpirad

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fuq iċ-ċereali.

Teflubenżuron

 (2)

 (3)

 (1)

 

Teflutrin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Terbutilażina

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Tetrakonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tetradifon

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fuq iċ-ċereali.

Tetrametrina

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi kompost prekursur biss.

Tiabendażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tiakloprid

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tiametossam

 (2)

 (3)

 (1)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ tiametossam u klotianidin espressa bħala tiametossam).

It-tiametossam u l-klotianidin iridu jiġu rrappurtati individwalment u bħala somma kif maqbul fl-SSD.

Tiofanatmetil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tolklofosmetil

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tolilfluwanid

 (2)

 (3)

 (1)

Ma għandux jiġi analizzat fuq iċ-ċereali.

Triadimefon u triadimenol

 (2)

 (3)

 (1)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ triadimefon u triadimenol.

It-tnejn li huma jridu jiġu rrappurtati individwalment u bħala somma kif maqbul fl-SSD.

Trijażofos

 (2)

 (3)

 (1)

 

Triklorfon

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (7)

Triflossistrobin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Triflumuron

 (2)

 (3)

 (1)

 

Trifluralin

 (2)

 (3)

 (1)

 

Tritikonażol

 (2)

 (3)

 (1)

 

Vinklożolin

 (2)

 (3)

 (1)

Nota (8)

Ma għandux jiġi analizzat fuq iċ-ċereali.

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ Vinklożolin u l-metaboliti kollha li fihom il-frazzjoni 3,5-dikloranilina, espressa bħala Vinklożolin)

Żossammid

 (2)

 (3)

 (1)

 


Parti B:

Kombinazzjonijiet ta’ pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu mmonitorjati fi/fuq prodotti ta’ oriġini mill-annimali

 

2012

2013

2014

Kummenti

Aldrin u Dieldrin

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: Aldrin u dieldrin ikkombinati, espressi bħala dieldrin.

Ażinfosetil

 (4)

 (5)

 (6)

 

Bifentrin

 (4)

 (5)

 (6)

 

Bissafen

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-bajd (2012), fil-ħalib u l-laħam tal-majjal (2013).

Boskalid

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Definizzjoni tar-residwu: Is-somma ta’ boskalid u M 510F01 inklużi l-konjugati tagħha espressa bħala boskalid.

Il-prekursur tal-boskalid irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-butir (2012), fil-ħalib (2013).

Karbendażim u tiofanatmetil, espressi bħala karbendażim

 

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: Karbendażim u tiofanatmetil, espressi bħala karbendażim.

Il-karbendażim irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja mill-2013 'il quddiem.

Klordan

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma taċ-ċisisomeri u t-transisomeri u ossiklordan espressi bħala klordan.

Klormekwat

 

 (5)

 (6)

Iridu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fil-ħalib tal-baqar mill-2013 'il quddiem.

Klorobenżilat

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Klorprofam

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Definizzjoni tar-residwu: Klorprofam u 4'-idrossiklorprofam-O-aċidu sulfoniku (4-HSA) espress bħala klorprofarm.

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-butir (2012), fil-ħalib fl-2013.

Klorpirifos

 (4)

 (5)

 (6)

 

Klorpirifosmetil

 (4)

 (5)

 (6)

 

Klopiralid

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Ċiflutrin

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: Ċiflutrin li jinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (is-somma tal-isomeri) (F).

Ċipermetrina

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (is-somma tal-isomeri)

Ċiprokonażol

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

DDT

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ p,p′-DDT, o,p′-DDT, p-p′-DDE u p,p′-DDD (TDE) espressa bħala DDT (F).

Deltametrin

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: ċisdeltametrina.

Diażinon

 (4)

 (5)

 (6)

 

Dikamba

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Diklorprop (inkl. Diklorprop-P)

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Endosulfan

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma tal- alfaisomeri u l-betaisomeri u tas-sulfat tal-Endosulfan espressa bħala Endosulfan)

Endrin

 (4)

 (5)

 (6)

 

Epossikonażol

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Etofenpross

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-butir (2012), fil-ħalib (2013).

Famossadon

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-butir (2012), fil-ħalib (2013).

Fenpropidin

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Definizzjoni tar-residwu: is-somma tal-fenpropidin u CGA289267 expressa bħala fenpropidin.

Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Fenpropimorf

 

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: aċidu karbossiliku fenpropimorf (BF 421-2) espress bħala fenpropimorf.

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal fl-2013.

Fention

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma tal-fention u l-analogu tal-ossiġenu tiegħu, is-sulfossidi u s-sulfon tagħhom espressa bħala prekursur (F).

Fenvalerat/Esfenvalerat

 (4)

 (5)

 (6)

 

Fluważifop

 

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: fluważifop-P-butil (aċidu tal-fluważifop (ħieles u konjugat)).

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib fl-2013.

Flukwinkonażol

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Iridu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fil-butir fl-2012.

fluwopiram

 

 (5)

 (6)

Nota (7)

Flurossipir

 

 

 (6)

 

Flusilażol

 

 (5)

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012.

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ flusilażol u l-metabolit tiegħu IN-F7321 ([bis-(4-fluworofenil)metil]silanol) espressa bħala flusilażol (F).

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal fl-2013.

Glufosinatammonju

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Definizzjoni tar-residwu: is-somma tal-glufosinat, l-imluħ tiegħu, MPP u NAG espressi bħala ekwivalenti ta’ glufosinat.

Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Glifosat

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Alossifop

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Definizzjoni tar-residwu: alossifop-R u konjugati ta’ alossifop-R espressi bħala alossifop-R (F).

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-butir (2012) u fil-ħalib (2013).

Eptaklor

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ eptaklor u eptaklor epossidu espressa bħala eptaklor.

Eżaklorobenżen

 (4)

 (5)

 (6)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru Alfa

 (4)

 (5)

 (6)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru Beta

 (4)

 (5)

 (6)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH), (Isomeru Gamma) (Lindan) (F)

 (4)

 (5)

 (6)

 

Indossakarb

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Definizzjoni tar-residwu: indossakarb bħala s-somma tal-isomeri S u R

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-butir (2012) u fil-ħalib (2013).

Jossinil

 

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ Jossinil, l-imluħ tiegħu u l-esteri tiegħu, espressa bħala jossinil (F)

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal fl-2013.

Idrażide maleika

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib id-definizzjoni tar-residwu hija idrażide maleika u l-konjugati tagħha definiti bħala idrażide maleika.

Iridu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fil-ħalib tal-baqar fl-2013.

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-bajd fl-2012.

Mepikwat

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Metaflumiżon

 (4)

 (5)

 (6)

Nota (7)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ u isomeri E u Z.

Iridu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fil-bjad fl-2012.

Metażaklor

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Definizzjoni tar-residwu: metażaklor inklużi l-prodotti ta’ degradazzjoni u ta’ reazzjoni, li jistgħu jkunu ddeterminati bħala 2,6-dimetilanilina, ikkalkulat fit-total bħala metażaklor

Metidation

 (4)

 (5)

 (6)

 

Metossiklor

 (4)

 (5)

 (6)

 

Paration

 (4)

 (5)

 (6)

 

Paration-Metil

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ Paration-Metil u Paraosson-Metil espressa bħala Paration-Metil.

Permetrin

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma taċ-ċispermetrin u t-transpermetrin.

Pirimifosmetil

 (4)

 (5)

 (6)

 

Prokloraż

 

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ Prockloraż + il-metaboliti tiegħu li fihom il-frazzjoni 2,4,6-Triklorofenol espress bħala Procloraż.

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal fl-2013.

Profenofos

 (4)

 (5)

 (6)

 

Protiokonażol

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Definizzjoni tar-residwu: Protiokonażoldestio.

Pirażofos

 (4)

 (5)

 (6)

 

Piridat

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ piridat, il-prodott tal-idroliżi tiegħu CL 9673 (6-kloro-4-idrossi-3-fenilpiridażin) u konjugati idrolizzabbli ta’ CL 9673 espressa bħala piridat.

Resmetrina

 (4)

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: is-somma tal-isomeri (F)

Spinosad

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Definizzjoni tar-residwu: is-somma ta’ Spinosin A u Spinosin D, espress bħala Spinosad (F).

Spirossammina

 

 (5)

 (6)

Definizzjoni tar-residwu: aċidu karbossiliku spirossammina espress bħala spirossammina.

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib fl-2013.

Taw-Fluvalinat

 (4)

 (5)

 (6)

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-butir (2012) u fil-ħalib (2013)

Tebukonażol

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Iridu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Tetrakonażol

 (4)

 (5)

 (6)

Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-butir (2012) u fil-ħalib (2013).

Tiakloprid

 

 

 (6)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Iridu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2014.

Toprameżon

 

 

 (6)

Nota (7)

Mhux rilevanti għall-prodotti 2012/2013.

Definizzjoni tar-residwu: BAS 670H.

Triażofos

 (4)

 (5)

 (6)

 


(1)  Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata), karrotti, ħjar, larinġ jew mandolin, lanġas, patata, ross, spinaċi (frisk jew iffriżat)) u dqiq tal-qamħ.

(2)  Brunġiel, banana, pastard jew brokkli, għeneb għall-ikel, meraq tal-larinġ, piżelli mingħajr miżwed (friski jew iffriżati), bżar (ħelu) qamħ u żejt taż-żebbuġa verġni (fattur tal-ipproċessar taż-żejt = 5, filwaqt li titqies ir-rendita standard tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta’ 20 % tal-ħsad taż-żebbuġ).

(3)  Tuffieħ, kaboċċi tar-ras, kurrat, ħass, tadam, ħawħ inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili; segala jew ħafur, frawli u għeneb għall-inbid (aħmar jew abjad).

(4)  Butir, bajd tat-tiġieġ.

(5)  Ħalib tal-baqar, laħam tal-majjal.

(6)  Laħam tat-tjur, fwied (bovini u ruminanti oħra, majjali u tjur).

(7)  Iridu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2012.

(8)  Sustanzi b'definizzjoni tar-residwu diffiċli. Il-laboratorji uffiċjali għandhom janalizzawhom għad-definizzjoni sħiħa tar-residwu skont il-kapaċità u r-riżultati tar-rapport kif maqbul fl-SSD.

(9)  Sustanzi mingħajr livell għoli ta’ sejbiet skont il-programm ta’ kontroll uffiċjali tal-2009. Għandu jiġi analizzat minn dawk il-laboratorji uffiċjali li għandhom il-metodu meħtieġ diġà vvalidat. Għal-laboratorji li ma għandhom l-ebda metodu validu, mhuwiex obbligatorju li jiġi vvalidat metodu fl-2012 u l-2013.


ANNESS II

Għadd ta’ kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

(1)

L-għadd ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

(2)

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2012 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta’ ċereali.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2013 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni, b'kollox, ta’ ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2014 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni, b'kollox, ta’ formuli u formuli ta’ prosegwiment għat-trabi.

(3)

Kampjun għal kull prodott bażiku li għandu jittieħed u jiġi analizzat skont it-tabella fil-punt (5) għandu jkun, fejn ikun possibbli, minn prodotti li joriġinaw mill-biedja organika.

(4)

L-Istati Membri li jużaw metodi ta’ analiżi ta’ residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta’ skrining kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta’ monitoraġġ kwalitattiv, huwa għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta’ metodi ta’ analiżi ta’ residwi multipli.

Jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu fil-mira abitwali biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

(5)

Numru ta’ kampjuni għal kull Stat Membru

Stat Membru

Kampjuni

BE

12 (*)

15 (**)

BG

12 (*)

15 (**)

CZ

12 (*)

15 (**)

DK

12 (*)

15 (**)

DE

93

EE

12 (*)

15 (**)

EL

12 (*)

15 (**)

ES

45

FR

66

IE

12 (*)

15 (**)

IT

65

CY

12 (*)

15 (**)

LV

12 (*)

15 (**)

LT

12 (*)

15 (**)

LU

12 (*)

15 (**)

HU

12 (*)

15 (**)

MT

12 (*)

15 (**)

NL

17

AT

12 (*)

15 (**)

PL

45

PT

12 (*)

15 (**)

RO

17

SI

12 (*)

15 (**)

SK

12 (*)

15 (**)

FI

12 (*)

15 (**)

SE

12 (*)

15 (**)

UK

66

GĦADD MINIMU TOTALI TA' KAMPJUNI: 642


(*)  Għadd minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku.

(**)  Għadd minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwi multipli.


ANNESS III

(1)

Id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) għall-ikel u l-għalf huwa l-format ta’ rrappurtar tar-riżultati tal-analiżijiet għal residwu tal-pestiċidi.

(2)

L-SSD jinkludi lista ta’ elementi ta’ dejta standardizzati (oġġetti li jiddeskrivu l-karatteristiki tal-kampjuni jew ir-riżultati analitiċi bħall-pajjiż tal-oriġini, il-prodott, il-metodu analitiku, il-limitu tad-detezzjoni, ir-riżultat, eċċ …), it-terminoloġiji kkontrollati u r-regoli ta’ validazzjoni biex tisaħħaħ il-kwalità tad-dejta.

Tabella 1

Lista ta’ elementi tad-dejta tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni

Il-Kodiċi tal-Element

Isem l-Element

It-Tabella tal-Element

It-Tip ta’ dejta (1)

Terminoloġija kkontrollata

Deskrizzjoni

S.01

labSampCode

Kodiċi tal-kampjun tal-laboratorju

xs:string (20)

 

Kodiċi alfanumeriku tal-kampjun analizzat.

S.03

lang

Il-lingwa

xs:string (2)

LANG

Il-lingwa użata biex jimtlew is-sezzjonijiet li ma fihomx test (ISO-639-1).

S.04

sampCountry

Il-pajjiż tat-teħid tal-kampjuni

xs:string (2)

COUNTRY

Il-pajjiż fejn inġabar il-kampjun. (ISO 3166-1-alfa-2).

S.06

origCountry

Pajjiż l-oriġini tal-prodott

xs:string (2)

COUNTRY

Il-pajjiż tal-oriġini tal-prodott (il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1-alfa-2).

S.13

prodCode

Il-kodiċi tal-prodott

xs:string (20)

MATRIX

Il-prodott tal-ikel analizzat deskritt skont il-katalogu MATRIX.

S.14

prodText

Deskrizzjoni tat-test sħiħ tal-prodott

xs:string (250)

 

Test liberu għad-deskrizzjoni fid-dettall tal-prodott fil-kampjun. Dan l-element isir obbligatorju jekk “il-kodiċi tal-prodott” ikun “XXXXXXA” (Mhux fil-lista).

S.15

prodProdMeth

Il-metodu ta’ produzzjoni

xs:string (5)

PRODMD

Kodiċi li jipprovdi tagħrif addizzjonali dwar it-tip ta’ produzzjoni għall-ikel li qed jiġi analizzat.

S.17

prodTreat

It-trattament tal-prodott

xs:string(5)

PRODTR

Użat biex jiddeskrivi t-trattamenti jew il-proċessi tal-prodott tal-ikel.

S.21

prodCom

Kumment dwar il-prodott

xs:string (250)

 

Informazzjoni addizzjonali dwar il-prodott, partikolarment dettalji ta’ preparazzjoni jekk inhuma disponibbli.

S.28

sampY

Is-sena tat-teħid tal-kampjuni

xs:decimal (4,0)

 

Is-sena tat-teħid tal-kampjun.

S.29

sampM

Ix-xahar tat-teħid tal-kampjuni

xs:decimal (2,0)

 

Ix-xahar tat-teħid tal-kampjuni. Jekk il-miżura tkun ir-riżultat ta’ teħid ta’ kampjuni matul perjodu ta’ żmien, din is-sezzjoni għandu jkun fiha x-xahar meta nġabar l-ewwel kampjun.

S.30

sampD

Il-ġurnata tat-teħid tal-kampjuni

xs:decimal (2,0)

 

Il-ġurnata tat-teħid tal-kampjuni. Jekk il-miżura tkun ir-riżultat ta’ teħid ta’ kampjuni matul perjodu ta’ żmien, din is-sezzjoni għandu jkun fiha l-ġurnata ta’ meta nġabar l-ewwel kampjun.

S.31

progCode

In-numru tal-programm

xs:string (20)

 

Il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-mandant tal-programm jew tal-proġett li għalih ittieħed il-kampjun analizzat.

S.32

progLegalRef

Referenza ġuridika għall-programm

xs:string (100)

 

Referenza għal-leġiżlazzjoni għall-programm identifikat min-numru tal-programm.

S.33

progSampStrategy

L-istrateġija għat-teħid tal-kampjuni

xs:string (5)

SAMPSTR

Strateġija għat-teħid tal-kampjuni (ref. EUROSTAT - Tipoloġija tal-istrateġija tat-teħid tal-kampjun, verżjoni ta’ Lulju 2009) li sar fil-programm jew fil-proġett identifikat mill-kodiċi tal-programm.

S.34

progType

It-tip tal-programm għat-teħid tal-kampjuni

xs:string (5)

SRCTYP

Indika t-tip ta’ programm li l-kampjuni nġabru għalih.

S.35

sampMethod

Il-metodu għat-teħid tal-kampjuni

xs:string (5)

SAMPMD

Kodiċi li jiddeskrivi l-metodu għat-teħid tal-kampjuni

S.39

sampPoint

l-punt għat-teħid tal-kampjuni

xs:string (10)

SAMPNT

Punt fil-katina alimentari minn fejn ittieħed il-kampjun. (Doc. ESTAT/F5/ES/155 “Dizzjunarju tad-dejta tal-attivitajiet tal-istabbilimenti”).

L.01

labCode

Il-laboratorju

xs:string (100)

 

Kodiċi tal-laboratorju (Kodiċi tal-laboratorju nazzjonali jekk ikun disponibbli). Dan il-kodiċi għandu jkun uniku u konsistenti tul it-trażmissjonijiet.

L.02

labAccred

L-akkreditazzjoni tal-laboratorju

xs:string (5)

LABACC

L-akkreditazzjoni tal-laboratorju għal ISO/IEC 17025.

R.01

resultCode

Il-kodiċi tar-riżultat

xs:string (40)

 

Numru ta’ identifikazzjoni uniku ta’ riżultat analitiku (ringiela tat-tabella tad-dejta) fil-fajl trażmess. Il-kodiċi tar-riżultat irid jinżamm fil-livell organizzattiv u se jintuża f'operazzjoni ulterjuri ta’ aġġornament/tħassir mill-mandanti.

R.02

analysisY

Is-sena tal-analiżi

xs:decimal (4,0)

 

Is-sena meta tlestiet l-analiżi.

R.06

paramCode

Il-kodiċi tal-parametru

xs:string (20)

PARAM

Parametru/analita tal-analiżi deskritta skont il-Kodiċi tas-Sustanza tal-katalogu PARAM.

R.07

paramText

It-test tal-parametru

xs:string (250)

 

Test liberu għad-deskrizzjoni tal-parametru. Dan l-element isir obbligatorju jekk “il-kodiċi tal-parametru” ikun “RF-XXXX-XXX-XXX” (Mhux fil-lista).

R.08

paramType

It-tip tal-parametru

xs:string (5)

PARTYP

Indika jekk il-parametru rrappurtat huwa residwu/analita individwali, is-somma ta’ definizzjoni ta’ residwu jew parti minn somma.

R.12

accredProc

Il-proċedura tal-akkreditazzjoni għall-metodu analitiku

xs:string (5)

MDSTAT

Proċedura ta’ akkreditazzjoni għall-metodu analitiku użat.

R.13

resUnit

L-unità tar-riżultat

xs:string (5)

UNIT

Ir-riżultati kollha għandhom ikunu rrappurtati bħala mg/kg.

R.14

resLOD

Ir-riżultat tal-LOD

xs:double

 

Limitu ta’ detezzjoni rrappurtata fl-unità speċifikata mill-varjabbli “Unità tar-riżultat”.

R.15

resLOQ

Ir-riżultat tal-LOQ

xs:double

 

Limitu ta’ kwantifikazzjoni rrappurtat fl-unità speċifikata mill-varjabbli “Unità tar-riżultat”.

R.18

resVal

Il-valur tar-riżultat

xs:double

 

Ir-riżultat tal-miżura analitika rrappurtat f'mg/kg jekk ir- resType = “VAL”.

R.19

resValRec

Irkupru tal-valur tar-riżultat

xs:double

 

Valur ta’ rkupru assoċjat mal-kejl tal-konċentrrazzjoni espressa bħala perċentwali (%). jiġifieri rrapporta 100 għal 100 %.

R.20

resValRecCorr

Il-valur tar-riżultat ikkoreġut għall-irkupru

xs:string (1)

YESNO

Iddefinixxi jekk il-valur tar-riżultat tranġa bil-kalkolu għall-irkupru.

R.21

resValUncertSD

Devjazzjoni Standard mill-inċertezza tal-valur tar-riżultat

xs:double

 

Devjazzjoni standard għall-miżura ta’ inċertezza

R.22

resValUncert

Inċertezza tal-valur tar-riżultat

xs:double

 

Indika l-valur tal-inċertezza mwessa' (normalment intervall tal-konfidenza ta’ 95 %) assoċjat mal-kejl espress fl-unità rrappurtata fis-sezzjoni “Unità tar-riżultat”.

R.23

moistPerc

Perċentwali ta’ umdità fil-kampjun oriġinali

xs:double

 

Perċentwali ta’ umdità fil-kampjun oriġinali.

R.24

fatPerc

Perċentwali ta’ xaħam fil-kampjun oriġinali

xs:double

 

Perċentwali ta’ xaħam fil-kampjun oriġinali.

R.25

exprRes

Espressjoni tar-riżultat

xs:string (5)

EXRES

Kodiċi li jiddeskrivi kif ir-riżultat irid ikun espress: Piż sħiħ, piż tax-xaħam, piż niexef, eċċ…

R.27

resType

Tip ta’ riżultat

xs:string (3)

VALTYP

Indika t-tip ta’ riżultat, jekk jistax ikun ikkwantifikat/iddeterminat jew le.

R.28

resLegalLimit

Limitu legali għar-riżultat

xs:double

 

Irrapporta l-limitu legali għall-analita fil-prodott fil-kampjun

R.29

resLegalLimitType

Tip ta’ limitu legali

xs:string(5)

LMTTYP

It-tip tal-limitu legali applikat għall-valutazzjoni tar-riżultat. ML, MRPL, MRL, limitu ta’ azzjoni eċċ.

R.30

resEvaluation

Valutazzjoni tar-riżultat

xs:string (5)

RESEVAL

Indika jekk ir-riżultat jaqbiżx il-limitu legali.

R.31

actTakenCode

Azzjoni li ttieħdet

xs:string (5)

ACTION

Iddeskrivi kwalunkwe azzjonijiet ta’ segwitu li ttieħdu b'riżultat ta’ eċċess tal-limitu legali.

R.32

resComm

Kumment dwar ir-riżultat

xs:string (250)

 

Kummenti addizzjonali għar-riżultat analitiku.


(1)  It-tip ta’ dejta doppja tikkorrispondi għat-tip tal-punt mobbli 64-bit bi preċiżjoni doppja, il-punt deċimali jirrappreżenta numri deċimali bi preċiżjoni arbitrarja, it-tip ta’ dejta bil-faxex jirrappreżenta faxex tal-karattri f'XML. It-tip ta’ dejta xs: it-tipi ta’ dejta doppji u dawk numeriċi li jippermettu separatur deċimali jirrikjedu li s-separatur deċimali jkun “.” filwaqt li s-separatur deċimali “,” mhuwiex permess.