7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1270/2011

tas-6 ta’ Diċembru 2011

li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e 9(1)(b) flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul is-sena tas-suq u li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stipulat mill-Kummisjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2011 tal-15 ta' April 2011 li jistipula l-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju ’l barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012 (3) jistipula l-limiti msemmija hawn fuq.

(3)

Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti minn applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2011. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit perċentwal ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet fl-1 ta' Diċembru 2011. Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor imressqa wara t-2 ta' Diċembru 2011 għaldaqstant ma għandhiex tintlaqa', u t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun sospiż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu fl-1 ta' Diċembru 2011, għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 51,679586 %.

2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li tressqu fil-5, fis-6 u fis-7 ta' Diċembru 2011. huma b'dan irrifjutati.

3.   It-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn it-8 ta' Diċembru 2011 u l-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 86.

(3)  ĠU L 102, 16.4.2011, p. 8.