7.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1267/2011
tas-6 ta’ Diċembru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2), il-Kummissjoni għandha tħejji lista ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza u għandha tippubblika dik il-lista fl-Anness IV għal dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għall-inklużjoni f’dik il-lista li waslulha sal-31 ta’ Ottubru 2009 u kkunsidrat biss it-talbiet kompluti. Il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll ikkonċernati ntalbu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fi żmien xahrejn sabiex il-Kummissjoni setgħet tivverifika jekk huma kinux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jew le. Huma biss dawk il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom l-analiżi sussegwenti tal-informazzjoni kollha mibgħuta wasslet għall-konklużjoni li huma kienu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li għandhom jiġu inklużi fil-lista mogħtija fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(3) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ talbiet min-naħa tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom intalbet informazzjoni addizzjonali, il-valutazzjoni tat-talbiet u l-istabbiliment tal-ewwel lista ħadu aktar żmien milli mistenni. Fid-dawl tal-esperjenza, l-Istati Membri għandhom jitħallew ikomplu jagħtu awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni, iżda dawk l-awtorizzazzjonijiet għandu jkollhom perjodu massimu ta’ validità, u l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu itwal li matulu jkunu jistgħu jkomplu jagħtu dawk l-awtorizzazzjonijiet. |
(4) |
Matul il-valutazzjoni tat-talbiet, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet meta wieħed jipprova jifhem iċ-ċirkustanzi li bihom korp tal-kontroll u awtorità tal-kontroll jistgħu jiġu rtirati mil-lista skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jeħtieġ li jiġu ċċarati dawk iċ-ċirkustanzi. Madankollu, dawk il-kjarifiki ma għandhom jimponu l-ebda obbligu ġdid fuq il-korpi tal-kontroll jew l-awtoritajiet tal-kontroll. |
(5) |
L-esperjenza wriet li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-konsegwenzi tal-irregolaritajiet jew tal-ksur li jaffettwaw l-istat organiku ta’ prodott. Sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet u tiġi ċċarata r-rabta bejn ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat minn dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi, jidher għalhekk li huwa meħtieġ li jitfakkru d-dmirijiet tal-korp tal-kontroll jew tal-awtorità tal-kontroll tal-Istati Membri fir-rigward ta’ prodotti mhux konformi importati skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Madankollu, dik il-kjarifika ma għandha timponi l-ebda obbligu ġdid fuq il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll u fuq l-Istati Membri. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal-lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2012. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll, jew referenza għal kategorija speċifika ta’ prodotti jew għal pajjiż terz speċifiku b’rabta ma’ dak il-korp tal-kontroll jew ma’ dik l-awtorità tal-kontroll, jistgħu jiġu rtirati mil-lista msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet li ġejjin:
Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jonqsu milli jieħdu azzjoni korrettiva xierqa u f’waqtha wara talba mill-Kummissjoni f’perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni skont is-severità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun ta’ inqas minn 30 ġurnata, il-Kummissjoni għandha tirtirahom mil-lista mingħajr dewmien skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Dik id-deċiżjoni ta’ rtirar għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-lista emendata mill-aktar fis possibbli għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bi kwalunkwe mezz tekniku xieraq, inkluż il-pubblikazzjoni fuq l-Internet.” |
(2) |
L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 15 Prodotti li mhumiex konformi 1. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura jew azzjoni meħuda skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u/jew skont ir-Regolament (KE) Nru 889/2008, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ prodotti li mhumiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu jkun jiddependi fuq it-tneħħija tar-referenzi għall-produzzjoni organika mit-tikketta, mir-riklami u mid-dokumenti ta’ akkumpanjament. 2. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura jew azzjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, f’każ ta’ suspett ta’ ksur u ta’ irregolaritajiet fir-rigward tal-konformità tal-prodotti importati skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 mar-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament, l-importatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 91(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. L-importatur u l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li jkunu ħarġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw minnufih lill-korpi tal-kontroll, lill-awtoritajiet tal-kontroll u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u tal-pajjiżi terzi involuti fil-produzzjoni organika tal-prodotti kkonċernati u, fejn ikun xieraq, lill-Kummissjoni. L-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll jistgħu jeħtieġu li l-prodott ma jitqiegħedx fis-suq b’indikazzjonijiet li jsemmu l-metodu tal-produzzjoni organika sakemm ikunu ġew issodisfati, bl-informazzjoni li tkun waslet mingħand l-operatur jew minn sorsi oħrajn, li ma jkun baqa’ l-ebda dubju dwar dan. 3. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura jew azzjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, meta awtorità tal-kontroll jew korp tal-kontroll ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz ikollhom suspett sostanzjat ta’ ksur jew ta’ irregolaritajiet fir-rigward tal-konformità tal-prodotti importati skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 mar-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 91(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-korpi tal-kontroll, lill-awtoritajiet tal-kontroll u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u tal-pajjiżi terzi involuti fil-produzzjoni organika tal-prodotti kkonċernati u lill-Kummissjoni.” |
(3) |
L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness IV għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.
ANNESS
“ANNESS IV
LISTA TAL-KORPI TAL-KONTROLL U TAL-AWTORITAJIET TAL-KONTROLL GĦALL-ISKOP TA’ EKWIVALENZA U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10
Għall-iskop ta’ dan l-anness, il-kategoriji tal-prodotti huma murija bil-kodiċijiet li ġejjin:
A |
: |
Prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati |
B |
: |
Annimali ħajjin jew prodotti tal-annimali mhux ipproċessati |
C |
: |
Prodotti tal-akkwakultura |
D |
: |
Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel (*) |
E |
: |
Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala għalf (*) |
F |
: |
Żrieragħ u materjal għat-tnissil |
Is-sit elettroniku, skont l-Artikolu 10(2)(e), fejn tinsab il-lista tal-operaturi li huma suġġetti għas-sistema ta’ kontroll, kif ukoll punt ta’ kuntatt fejn hija disponibbli faċilment l-informazzjoni dwar l-istatus taċ-ċertifikazzjoni tagħhom, il-kategoriji tal-prodotti kkonċernati, u l-operaturi u l-prodotti sospiżi u li tkun tneħħitilhom iċ-ċertifikazzjoni, jinsabu fl-indirizz elettroniku msemmi fil-punt 2 għal kull korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
‘Organska Kontrola’
1. |
Indirizz: Hamdije Čemerlića 2/10, 71000 Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.organskakontrola.ba |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘CCPB Srl’
1. |
Indirizz: Via Jacopo Barozzi N.8, 40126 Bologna, l-Italja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.ccpb.it |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Organic Food Development Center’
1. |
Indirizz: 8 Jiang-Wang-Miao St., Nanjing 210042, iċ-Ċina |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.ofdc.org.cn |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.’
1. |
Indirizz: Calle 16 de septiembre N° 204, Ejido Guadalupe Victoria, Oaxaca, il-Messiku, C.P. 68026 |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.certimexsc.com |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘California Certified Organic Farmers’
1. |
Indirizz: 2155 Delaware Avenue, Suite 150, Santa Cruz, CA 95060, l-Istati Uniti tal-Amerika |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.ccof.org |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Organic Certifiers’
1. |
Indirizz: 6500 Casitas Pass Road, Ventura, CA 93001, l-Istati Uniti tal-Amerika |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.organiccertifiers.com |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Australian Certified Organic’
1. |
Indirizz: PO Box 530 - 766 Gympie Rd, Chermside QLD 4032, l-Awstralja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.australianorganic.com.au |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Organic Standard’
1. |
Indirizz: 51-B, Bohdana Khmelnytskoho str., Kiev, 01030, l-Ukraina |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.organicstandard.com.ua |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Ekolojik Tarim Kontrol Organizasyonu’
1. |
Indirizz: 160 Sok. 13/7 Bornova, 35040 Izmir, it-Turkija |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.etko.org |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Organización Internacional Agropecuaria’
1. |
Indirizz: Av. Santa Fe 830 - (B1641ABN) – Acassuso, Buenos Aires – l-Arġentina |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.oia.com.ar |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘International Certification Services, Inc.’
1. |
Indirizz: 301 5th Ave SE Medina, ND 58467, l-Istati Uniti tal-Amerika |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.ics-intl.com |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Ecoglobe’
1. |
Indirizz: 1, A. Khachaturyan Str., apt. 66, 0033 Jerevan, l-Armenja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.ecoglobe.am |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Quality Assurance International’
1. |
Indirizz: 9191 Town Centre Road, Suite 200, San Diego, CA 92122, l-Istati Uniti tal-Amerika |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.qai-inc.com |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘LibanCert’
1. |
Indirizz: Chiah-Boulevard Kamil Chamoun – Baaklini Center – 4th floor, Bejrut, il-Libanu |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.libancert.org |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Istituto Certificazione Etica e Ambientale’
1. |
Indirizz: Via Nazario Sauro 2, 40121 Bologna, l-Italja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.icea.info |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Oregon Tilth’
1. |
Indirizz: 260 SW Madison Ave, Ste 106, Corvallis, OR 97333, l-Istati Uniti tal-Amerika |
2. |
Indirizz elettroniku: http://tilth.org |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Caucacert Ltd’
1. |
Indirizz: 2, Marshal Gelovani Street, 5th floor, Suite 410, Tbilisi 0159, il-Ġeorġja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.caucascert.ge |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Bio Latina Certificadora’
1. |
Indirizz: Av. Alfredo Benavides 330, Ofic. 203, Miraflores, Lima 18, il-Perù |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.biolatina.com |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘The national association for sustainable agriculture, Awstralja’
1. |
Indirizz: Unit 7/3 Mount Barker Road, Stirling SA 5152, l-Awstralja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.nasaa.com.au |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Organic crop improvement association’
1. |
Indirizz: 1340 North Cotner Boulevard, Lincoln, NE 68505-1838, l-Istati Uniti tal-Amerika |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.ocia.org |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Organic agriculture certification Thailand’
1. |
Indirizz: 619/43 Kiatngamwong Building, Ngamwongwan Rd., Tambon Bangkhen, Muang District, Nonthaburi 11000, it-Tajlandja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.actorganic-cert.or.th |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Instituto Biodinamico Certificações’
1. |
Indirizz: Rua Dr. Costa Leite, 1351, 18 602 110, Botucatu SP, il-Brażil |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.ibd.com.br |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘IMO Control Latinoamérica Ltda.’
1. |
Indirizz: Calle Pasoskanki 2134, Cochabamba, il-Bolivja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.imo.ch |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Uganda Organic Certification Ltd.’
1. |
Indirizz: P.O. Box 33743, Kampala, l-Uganda |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.ugocert.org |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Center of Organic Agriculture in Egypt’
1. |
Indirizz: 14 Ibrahim Shawarby St. New Nozha, P.O.Box 1535 Alf Maskan 11777, il-Kajr, l-Eġittu |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.coae-eg.com |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Bolicert Ltd.’
1. |
Indirizz: Street Colon 756, floor 2, office 2 A, Edif. Valdivia Casilla 13030, La Paz, il-Bolivja |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.bolicert.org |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Washington State Department of Agriculture’
1. |
Indirizz: 1111 Washington Street, PO Box 42560 Olympia WA 98504-2560, l-Istati Uniti tal-Amerika |
2. |
Indirizz elettroniku: http://agr.wa.gov |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Certisys’
1. |
Indirizz: Rue Joseph Bouché 57/3, 5310 Bolinne, il-Belġju |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.certisys.eu |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘Doalnara Certified Organic Korea, LLC’
1. |
Indirizz: 192-3 Jangyang-ri, Socho-myeon, Wonju-si, Gangwon, il-Korea t’Isfel |
2. |
Indirizz elettroniku: http://dcok.systemdcok.or.kr |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015 |
‘BioGro New Zealand Limited’
1. |
Indirizz: PO Box 9693 Marion Square, Wellington 6141, in-New Zealand |
2. |
Indirizz elettroniku: http://www.biogro.co.nz |
3. |
Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni |
5. |
Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015.” |
(*) L-ingredjenti għandhom jiġu ċċertifikati minn korp tal-kontroll jew minn awtorità tal-kontroll irrikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) jew jiġu prodotti u ċċertifikati fl-ambitu ta’ pajjiż terz irrikonoxxut skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew jiġu prodotti u ċċertifikati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007.