8.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/45


REGOLAMENT (UE) Nru 1233/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2011

dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Aġenziji għall-Krediti ta’ Esportazzjoni (“ECAs”), jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kummerċ dinji billi jappoġġjaw l-esportazzjoni u l-investimenti minn kumpaniji b'mod li jikkumplimenta l-forniment ta’ finanzjament u assigurazzjoni tas-settur privat. L-Unjoni hija parti fl-Arranġament dwar Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (“l-Arranġament”) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”). L-Arranġament, kif milħuq mill-Parteċipanti tiegħu, jirregola t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li l-ECAs jistgħu joffru sabiex irawmu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/76/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 li tissostiwixxi d-Deċiżjoni tal-4 ta’ April 1978 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali (2) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/77/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ ftehim kwadru dwar il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam ta’ krediti għall-esportazzjoni illi jkunu ġew appoġġjati uffiċjalment, (3) il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament u r-regoli speċifiċi għall-finanzjament ta’ proġetti japplikaw fl-Unjoni.

(3)

L-Arranġament jikkontribwixxi indirettament permezz tal-attività tal-ECAs għall-kummerċ ħieles u ġust u investiment minn kumpaniji li kieku jkollhom aċċess inqas għall-faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti mis-settur privat.

(4)

L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni dwar l-azzjoni esterna, bħall-konsolidazzjoni demokratika, r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-koerenza politika għall-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, meta jistabbilixxu, jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistemi nazzjonali għall-krediti ta’ esportazzjoni u meta jwettqu s-superviżjoni tagħhom tal-attivitajiet għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati.

(5)

Il-Parteċipanti għall-Arranġament huma involuti fi proċess kontinwu maħsub sabiex jimminimizza t-tgħawiġ fis-suq u jistabbilixxi l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fejn il-primjums iċċarġjati mill-ECAs huma bbażati fuq ir-riskju u għandhom ikunu adegwati sabiex ikopru l-ispejjeż operattivi u t-telf li jsiru fuq żmien twil u skont l-obbligazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, is-sistemi ta’ krediti ta’ esportazzjoni joperaw b'mod trasparenti u l-aġenziji jirrappurataw kif xieraq lill-OECD.

(6)

Krediti ta’ esportazzjoni mmirati tajjeb ipprovduti mill-ECAs jistgħu jikkontribwixxu għall-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq għall-kumpaniji tal-Unjoni, inklużi intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs).

(7)

Il-Parteċipanti għall-Arranġament u l-Istati Membri tal-Unjoni qablu li jiżvelaw ċerta informazzjoni dwar krediti ta’ esportazzjoni skont ir-regoli għat-trasparenza tal-OECD u tal-Unjoni għall-faċilità tal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet indaqs għall-Parteċipanti fl-Arranġament u għall-Istati Membri.

(8)

L-Unjoni tapplika miżuri ta’ trasparenza u rappurtar kif stabbilit f'Anness I.

(9)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni kompetittiva iktar intensiva fuq is-swieq dinjija u sabiex ikunu evitati żvantaġġi kompetittivi għall-kumpaniji tal-Unjoni, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-awtorizzazzjoni għan-negozjar mill-Istati Membri, għandhom jappoġġjaw l-isforzi mill-OECD biex jintlaħqu non-Parteċipanti għall-Arranġament. Il-Kummissjoni għandha tuża negozjati bilaterali u multilaterali sabiex tistabbilixxi standards globali għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. L-istandards globali f'dan il-qasam huma prerekwiżit biex ikun hemm kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ dinji.

(10)

Għalkemm il-pajjiżi OECD huma ggwidati minn dan l-Arranġament, pajjiżi non-OECD mhumiex Parteċipanti għall-Arranġament u dan jista' jwassal għal vantaġġ kompetittiv għall-esportaturi ta’ dawn il-pajjiżi. Dawk il-pajjiżi għalhekk qed ikunu inkoraġġuti japplikaw l-Arranġament sabiex jiżguraw kundizzjonijiet indaqs anki fuq livell globali.

(11)

Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar li għandha l-għan li tissimplifika u ttejjeb ir-regolamenti eżistenti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, fir-rieżamijiet futuri tal-Arranġament, se jiffukaw, fejn xieraq, fuq it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi minn fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, inklużi l-ECAs.

(12)

Il-Parteċipanti għall-Arranġament iddeċidew li jemendaw u jirrazzjonalizzaw l-Arranġament. It-tibdil miftiehem minnhom ikopri titjib fil-faċilità tal-użu, tisħiħ tal-konsistenza fost l-obbligi internazzjonali rilevanti u l-kisba ta’ aktar trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tan-non-Parteċipanti fl-Arranġament. Barra minn hekk, il-Parteċipanti għall-Arranġament qablu wkoll li jinkorporaw fit-test tal-Arranġament ir-regoli dwar il-finanzjament ta’ proġetti li ddaħħlu bid-Deċiżjoni 2001/77/KE, u r-regoli dwar krediti ta’ esportazzjoni għall-vapuri, li ddaħħlu bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/634/KE (4) li temenda d-Deċiżjoni 2001/76/KE.

(13)

Id-Deċiżjoni 2001/76/KE, kif emendata, għandha tiġi rrevokata u flokha jidħol dan ir-Regolament u t-test ikkonsolidat u mmodifikat tal-Arranġament anness miegħu, u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata.

(14)

Sabiex l-emendi għal-linji gwida stabbiliti fl-Arranġament kif miftiehem mill-Parteċipanti għall-Arranġament ikunu inkorporati fil-pront u mingħajr diffikultà fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex jemendaw l-Anness II fejn dan hu neċessarju. Għaldaqstant is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għal-linji gwida kif miftiehem mill-Parteċipanti għall-Arranġament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Applikazzjoni tal-Arranġament

Il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati (“l-Arranġament”) għandhom japplikaw fl-Unjoni. It-test tal-Arranġament huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Delega ta’ setgħa

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 3 sabiex temenda l-Anness II b'riżultat ta’ emendi għal-linji gwida miftiehma mill-Parteċipanti għall-Arranġament.

Fejn, fil-każ ta’ emendi għall-Anness II b'riżultat ta’ emendi għal-linji gwida miftiehma mill-Parteċipanti għall-Arranġament, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 għandha tapplika għall-atti delegati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 3

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-9 ta’ Diċembru 2011.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan fl-istess ħin.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 2 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 4

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw ladarba ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(5). F'każ simili, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 5

Trasparanza u rappurtaġġ

Il-miżuri ta’ trasparenza u rappurtar li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 6

Taħsir

Id-Deċiżjonijiet 2001/76/KE u 2001/77/KE huma b'dan imħassrin.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

W. SZCZUKA


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.

(2)  ĠU L 32, 2.2.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 32, 2.2.2001, p. 55.

(4)  ĠU L 206, 3.8.2002, p. 16.


ANNESS I

1.

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri li jeżerċitaw is-superviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-kreditu ta’ esportazzjoni, kull Stat Membru għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Rapport tal-Attività Annwali sabiex tiżdied it-trasparenza fuq livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw, skont il-qafas leġiżlattiv nazzjonali tagħhom, dwar assi u responsabbiltajiet, klejms imħallsa u rkupri, impenji ġodda, skoperturi u ħlas ta’ primjums. Fejn jistgħu jinħolqu responsabbiltajiet kontinġenti minn attivitajiet tal-kreditu ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali, dawk l-attivitajiet għandhom ikunu rappurtati bħala parti mir-Rapport tal-Attività Annwali.

2.

Fir-Rapport tal-Attività Annwali, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu kif ir-riskji ambjentali, li jistgħu jwasslu għal riskji rilevanti oħra, qed jittieħed kont tagħhom fl-attivitajiet tal-kreditu ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali tal-ECAs tagħhom.

3.

Il-Kummissjoni għandha tipproduċi analiżi annwali għall-Parlament Ewropew ibbażata fuq din l-informazzjoni, inkluża evalwazzjoni rigward il-konformità tal-ECAs mal-objettivi u l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni.

4.

Il-Kummissjoni, skont il-kompetenzi tagħha għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'rapport annwali dwar in-negozjati mwettqa, fejn il-Kummissjoni ikollha awtorizzazzjoni ta’ negozjar fid-diversi fora ta’ kooperazzjoni internazzjonali, sabiex tistabbilixxi standards globali fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati.

L-ewwel perjodu ta’ rapport fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, ikopri s-sena 2011.


ANNESS II

ARRANĠAMENT GĦAL KREDITI TA' ESPORTAZZJONI UFFIĊJALMENT APPOĠĠATI

WERREJ

KAPITOLU I:

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 52

1.

IL-FINI 52

2.

L-ISTATUS 52

3.

IL-PARTEĊIPAZZJONI 52

4.

L-INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NON-PARTEĊIPANTI 52

5.

L-AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI 52

6.

IL-FTEHIMIET SETTORJALI 53

7.

IL-FINANZI TAL-PROĠETT 53

8.

L-IRTIRAR 53

9.

IL-MONITORAĠĠ 53

KAPITOLU II:

IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI 53

10.

IL-ĦLAS PARZJALI, L-APPOĠĠ MASSIMU UFFIĊJALI U L-ISPEJJEŻ LOKALI 53

11.

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA' ĦLAS LURA 54

12.

IT-TERMINI MASSIMI TA' ĦLAS LURA 54

13.

IT-TERMINI TA' ĦLAS LURA GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA NON-NUKLEARI 54

14.

IL-ĦLAS LURA TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX 55

15.

IR-RATI TAL-IMGĦAX, IR-RATI TAL-PRIMJUM U L-ĦLASIJIET L-OĦRA 56

16.

IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI 56

17.

AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF 56

18.

L-ALLINJAMENT 56

19.

IR-RATI MINIMI FFISSATI TAL-IMGĦAX TAĦT APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦALL-FINANZJAMENT 56

20.

IL-KOSTRUZZJONI TAR-RRIK 56

21.

IL-VALIDITÀ TAR-RRIK 57

22.

L-APPLIKAZZJONI TAR-RRIK 57

23.

IL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU 57

24.

IR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU TAL-PAJJIŻ U DAK SOVRAN 57

25.

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ 58

26.

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI U REĠJONALI 59

27.

IL-PERĊENTWALI U L-KWALITÀ TAL-KOPERTURA UFFIĊJALI TAL-KREDITU TAL-ESPORTAZZJONI 59

28.

L-ESKLUŻJONI TA' ELEMENTI MAGĦŻULA TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ U TA' TEKNIKI MAGĦŻULA TAL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ 60

29.

IR-REVIŻJONI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU TAL-PAJJIŻ U GĦAR-RISKJU TA' KREDITU SOVRAN 61

KAPITOLU III:

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 61

30.

IL-PRINĊIPJI ĠENERALI 61

31.

IL-FOROM TAL-GĦAJNUNA MARBUTA 61

32.

IL-FINANZJAMENT ASSOĊJAT 62

33.

L-ELIĠIBILITÀ TA' PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 62

34.

L-ELIĠIBILITÀ TAL-PROĠETT 63

35.

IL-LIVELL MINIMU TA' KONĊESSJONALITÀ 63

36.

L-EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBILITÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 64

37.

IL-KALKULAZZJONI TAL-LIVELL TA' KONĊESSJONALITÀ TA' L-GĦAJNUNA MARBUTA 64

38.

IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 65

39.

L-ALLINJAMENT 65

KAPITOLU IV:

IL-PROĊEDURI 66

TAQSIMA 1:

IL-PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ 66

40.

IN-NOTIFIKI 66

41.

L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI 66

42.

IL-PROĊEDURI GĦALL-ALLINJAMENT 66

43.

IL-KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI 66

TAQSIMA 2:

IL-PROĊEDURI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI 67

44.

IN-NOTIFIKA MINN QABEL B'DISKUSSJONI 67

45.

IN-NOTIFIKA MINN QABEL MINGĦAJR DISKUSSJONI 67

TAQSIMA 3:

IL-PROĊEDURI GĦALL-GĦAJNUNA RELATA MAL-KUMMERĊ 67

46.

IN-NOTIFIKA MINN QABEL 67

47.

IN-NOTIFIKA FIL-PRONT 68

TAQSIMA 4:

IL-PROĊEDURI TA' KONSULTAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 68

48.

IL-FINI TAL-KONSULTAZZJONIJIET 68

49.

L-AMBITU TA' U Ż-ŻMIEN MAGĦŻUL GĦALL-KONSULTAZZJONIJIET 68

50.

IR-RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET 69

TAQSIMA 5:

L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ 69

51.

IL-PUNTI TA' KUNTATT 69

52.

L-AMBITU TAL-MISTOQSIJIET 69

53.

L-AMBITU TAR-RISPOSTI 69

54.

IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊIMBWIĊĊ 69

55.

IL-PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI 70

56.

IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJI KOMUNI 70

57.

L-AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI 70

58.

IN-NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI 71

59.

ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI 71

60.

IL-VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI 71

TAQSIMA 6:

ID-DISPOŻIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX (IR-RRIK) 71

61.

IL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX 71

62.

ID-DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX 71

63.

IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX 71

TAQSIMA 7:

IR-REVIŻJONIJIET 72

64.

IR-REVIŻJONI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT 72

65.

IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX 72

66.

IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI 72

L-ANNESS I:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONIGĦALL-BASTIMENTI 73

L-ANNESS II:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TA' L-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA NUKLEARI 76

L-ANNESS III:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONIGĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI 78

L-ANNESS IV:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI, IL-PROĠETTI TAL-ENERĠIJI RINOVABBLI U TAL-ILMA, FIS-SEĦĦ GĦAL PERJODU TA' PROVA SAT-30 TA' ĠUNJU 2007 89

L-ANNESS V:

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI 92

L-ANNESS VI:

IL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM 97

L-ANNESS VII:

IL-KRITERJI U L-KONDIZZJONIJIET LI JIREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ LI TIRRIFLETTI L-GARANTI TA' PAJJIŻ TERZ JEW ISTITUZZJONI MULTILATERALI JEW REĠJONALI 99

L-ANNESS VIII:

IL-KRITERJI U L-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAL-MITIGAZZJONI/TAL-ESKLUŻJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ FIL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM 101

L-ANNESS IX:

IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP 108

L-ANNESS X:

IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANSAZZJONIJIET TA' PROĠETT TAL-FINANZI 109

L-ANNESS XI:

IL-LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET 111

KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Il-fini

(a)

Il-fini ewlieni tal-Arranġament dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati, li fid-dokument kollu se jissejjaħ l-Arranġament, huwa li jipprovdi qafas għall-użu ordnat tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati.

(b)

L-Arranġament ifittex li jrawwem l-istess kondizzjonijiet għal kulħadd fejn għandu x'jaqsam l-appoġġ uffiċjali, kif ġie ddefinit fl-Artikolu 5 a), sabiex tkun inkoraġġita kompetizzjoni fost l-esportaturi li tkun ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq termini u kondizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġjati li huma l-aktar favorevoli.

2.   L-Istatus

L-Arranġament, li ġie żviluppat fi ħdan il-qafas tal-OECD, inizjalment daħal fis-seħħ f'April 1978 u jdum għal perjodu indefinit. L-Arranġament huwa ftehim bejn l-irġiel bejn il-Parteċipanti; mhuwiex Att tal-OECD (1), għalkemm jirċievi l-appoġġ amministrattiv tas-Segretarjat tal-OECD (minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ: “is-Segretarjat”).

3.   Il-parteċipazzjoni

Il-Parteċipanti għall-Arranġament bħalissa huma: l-Awstralja, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti. Membri oħra tal-OECD u non-Membri jistgħu jiġu mistiedna jsiru Parteċipanti mill-Parteċipanti korrenti.

4.   L-Informazzjoni disponibbli għan-non-parteċipanti

(a)

Il-Parteċipanti jimpenjaw irwieħhom li jaqsmu l-informazzjoni man-non-Parteċipanti dwar notifiki li huma relatati mal-appoġġ uffiċjali kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 a).

(b)

Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant għandu jirrispondi għal talba mingħand non-Parteċipant f'sitwazzjoni kompetittiva dwar it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu, kif kieku jirrispondi għal talba mingħand Parteċipant.

5.   L-Ambitu tal-applikazzjoni

L-Arranġament għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu li jiġi provdut minn jew f'isem gvern għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew ta’ servizzi, inklużi kirjiet finanzjarji, li għandhom terminu ta’ ħlas lura ta’ sentejn jew aktar.

(a)

L-appoġġ uffiċjali jista' jiġi provdut f'forom differenti:

1.

Garanzija jew assigurazzjoni (sempliċi kopertura) tal-kreditu ta’ esportazzjoni.

2.

Appoġġ uffiċjali għall-finanzjament:

kreditu/finanzjament dirett u finanzjament mill-ġdid, jew

appoġġ għar-rata tal-imgħax.

3.

Kwalunkwe taħlita tal-forom t'aktar 'il fuq.

(b)

L-Arranġament għandu japplika għall-għajnuna marbuta; il-proċeduri li ġew stabbiliti fil-Kapitolu IV għandhom japplikaw ukoll għal għajnuna mhux marbuta relatatata mal-kummerċ.

(c)

L-Arranġament ma japplikax għall-esportazzjonijiet ta’ Tagħmir Militari jew ta’ Komoditajiet Agrikoli.

(d)

M'għandux ikun provdut appoġġ uffiċjali jekk hemm evidenza ċara li l-kuntratt kien strutturat b'xerrej f'pajjiż li mhux id-destinazzjoni finali tal-oġġetti, primarjament bl-għan li jinkisbu termini ta’ ħlas lura aktar favorevoli.

6.   Il-ftehimiet settorjali

(a)

Il-ftehimiet Settorjali li ġejjin huma parti mill-Arranġament:

Il-Bastimenti (l-Anness I)

L-Impjanti tal-Enerġija Nukleari (l-Anness II)

L-Inġenji tal-Ajru Ċivili (l-Anness III)

Il-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli u tal-Ilma (l-Anness IV)

(b)

Parteċipant għal ftehim Settorjali jista' japplika d-dispożizzjonijiet tiegħu għal appoġġ uffiċjali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi li huma koperti minn dak il-ftehim Settorjali. Fejn ftehim Settorjali ma jinkludix dispożizzjoni korrispondenti għal dik tal-Arranġament, Parteċipant għall-ftehim Settorjali għandu japplika d-dispożizzjoni tal-Arranġament.

7.   Il-finanzi tal-proġett

(a)

Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-termini u l-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Anness X għall-esportazzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi għat-transazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness X.

(b)

Il-paragrafu a) ma japplikax għall-esportazzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi li huma koperti mill-ftehim Settorjali dwar l-Inġenji tal-Ajru Ċivili

8.   L-irtirar

Parteċipant jista' jirtira billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. is-Sistema tal-Informazzjoni Onlajn tal-OECD (OLIS). L-irtirar jidħol fis-seħħ 180 jum kalendarju wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika.

9.   Il-monitoraġġ

Is-Segratarjat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Arranġament.

KAPITOLU II

IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

It-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji għall-krediti tal-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f'dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra.

L-Arranġament jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq it-termini u l-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu uffiċjalment appoġġjati. Il-Parteċipanti jirrikonoxxu li termini u kondizzjonijiet finanzjarji aktar restrittivi minn dawk li ġew provduti mill-Arranġament tradizzjonalment japplikaw għal ċerti setturi kummerċjali jew industrijali. Il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw termini u kondizzjonijiet finanzjarji tas-soltu bħal dawn, b'mod partikolari l-prinċipju li permezz tiegħu t-termini tal-ħlas lura ma jeċċedux it-tul ta’ servizz utli tal-oġġetti.

10.   Il-ħlas parzjali, l-appoġġ massimu uffiċjali u l-ispejjeż lokali

(a)

Il-Parteċipanti għandhom jeħtieġu li x-xerrejja tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett ta’ appoġġ uffiċjali jħallsu b'mod parzjali minimu ta’ 15 fil-mija tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie ddefinit fl-Anness XI. Għall-valutazzjoni tal-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni jista' jitnaqqas b'mod proporzjonali jekk it-transazzjoni tinkludi oġġetti u servizzi minn pajjiż terz li mhumiex uffiċjalment appoġġjati. Il-finanzjament/l-assigurazzjoni ta’ 100 fil-mija tal-primjum huwa/hija permissibbli. Il-primjum jista' jkun inkluż jew jista' ma jkunx inkluż fil-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni. F'dan il-kuntest, il-ħlasijiet li nżammu bħala garanzija li saru wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jitqiesux bħala ħlas parzjali.

(b)

L-appoġġ uffiċjali għal ħlasijiet parzjali bħal dawn għandu jieħu l-forma ta’ assigurazzjoni jew garanzija biss kontra r-riskji ta’ qabel il-kreditu tas-soltu.

(c)

Ħlief kif inhu provdut fil-paragrafi b) u d), il-Parteċipanti m'għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali li jeċċedi l-85 fil-mija tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni, li jinkludi l-provvista ta’ pajjiż terz, imma li jeskludi l-ispejjeż lokali.

(d)

Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali, sakemm:

(1)

L-appoġġ uffiċjali totali kkombinat li ġie provdut skont il-paragrafi (c) u (d) m'għandux jeċċedi l-100 fil-mija tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, l-ammont tal-ispejjeż lokali appoġġjati m'għandux jeċċedi l-ammont tal-ħlas parzjali.

(2)

M'għandux ikun provdut b'termini aktar favorevoli/inqas restrittivi minn dak li ġew miftiehma għall-esportazzjonijiet relatati.

(3)

Għall-pajiżi tal-Kategorija I kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 11 a), għandu jkun limitat għal sempliċi kopertura.

11.   Il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi għat-termini massimi ta' ħlas lura

(a)

Il-pajjiżi tal-Kategorija I huma dawk li qegħdin fil-gradwatorja tal-Bank Dinji (2). Il-pajjiżi l-oħra kollha qegħdin fil-Kategorija II. Il-livell ta’ gradwatorja tal-Bank Dinji jiġi kkalkulat mill-ġdid fuq bażi annwali. Pajjiż se jbiddel il-kategorija biss wara li l-kategorija tal-Bank Dinji tiegħu baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi.

(b)

Għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi japplikaw il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin:

(1)

Klassifikazzjoni għal finijiet ta’ Arranġament tiġi ddeterminata permezz tad-DGN per capita kif jiġi kkalkulat mill-Bank Dinji għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji tal-pajjiżi li qed jisselfu.

(2)

F'każi fejn il-Bank Dinji m'għandux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika d-data dwar id-DGN per capita, il-Bank Dinji għandu jintalab jistima jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux DGN per capita 'l fuq jew 'l isfel mil-limitu korrenti. Il-pajjiż għandu jkun ikklassifikat skont l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċidux li jaġixxu mod ieħor.

(3)

Jekk pajjiż jiġi kklassifikat mill-ġdid skont l-Artikolu 11 a), il-klassifikazzjoni mill-ġdid se tidħol fis-seħħ ġimgħatejn wara li s-Segretarjat jikkomunika l-konklużjonijiet li nġibdu mid-data mill-Bank Dinji li ssemmiet aktar 'il fuq lill-Parteċipanti kollha.

(4)

F'każi fejn il-Bank Dinji jirrivedi l-figuri, reviżjonijiet bħal dawn m'għandhomx jitqiesu f'relazzjoni mal-Arranġament. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta’ pajjiż tista' tinbidel permezz ta’ Linja Komuni u l-Parteċipanti għandhom iqisu b'mod favorevoli bidla minħabba żbalji u omissjonijiet fil-figuri li sussegwentement ġew rikonoxxuti fl-istess sena kalendarja li fiha l-figuri tqassmu għall-ewwel darba mis-Segretarjat.

12.   It-termini massimi ta' ħlas lura

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-terminu massimu ta’ ħlas lura jvarja skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni li ġiet iddeterminata mill-kriterji fl-Artikolu 11.

(a)

Għall-pajjiżi tal-Kategorija I, it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ ħames snin, bil-possibbiltà li jkun hemm ftehim sa tmien snin u nofs meta jiġu segwiti l-proċeduri għal notifika minn qabel li ġew stabbiliti fl-Artikolu 45.

(b)

Għall-pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ għaxar snin.

(c)

Fil-każ ta’ kuntratt li jinvolvi aktar minn pajjiż tad-destinazzjoni wieħed, il-Parteċipanti għandhom ifittxu li jistabbilixxu Linja Komuni skont il-proċeduri fl-Artikoli 55 sa 60 biex jintlaħaq ftehim dwar it-termini xierqa.

13.   It-termini ta' ħlas lura għal impjant tal-enerġija non-nukleari

(a)

Għal impjant tal-enerġija non-nukleari, it-terminu massimu ta’ ħlas lura għandu jkun ta’ 12-il sena. Jekk Parteċipant biħsiebu jappoġġja terminu ta’ ħlas lura li huwa itwal minn dak provdut fl-Artikolu 12, il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont il-proċeduri fl-Artikolu 45.

(b)

Impjanti tal-enerġija non-nukleari huma stazzjonijiet tal-enerġija kompleti jew partijiet minnhom, li ma jaħdmux bl-enerġija nukleari; jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-personal) li huma meħtieġa b'mod dirett għall-kostruzzjoni u għall-montaġġ ta’ stazzjonijiet tal-enerġija non-nukleari bħal dawn. Dan ma jinkludux l-oġġetti li s-soltu huwa responsabbli għalihom ix-xerrej, eż. l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, mat-toroq, mal-bini fuq il-lant tax-xogħol, mal-linji tal-enerġija, u mal-installazzjoni għat-trasmissjoni tal-enerġija u mal-provvista tal-ilma; kif ukoll l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba proċeduri ta’ approvazzjoni uffiċjali (eż. il-permessi għas-sit, il-permessi biex jitgħabba l-fjuwil) fil-pajjiż tax-xerrej, ħlief:

(1)

f'każi fejn ix-xerrej tal-installazzjoni tat-trasmissjoni tal-enerġija huwa l-istess wieħed bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija, it-terminu massimu ta’ ħlas lura għall-installazzjoni tat-trasmissjoni tal-enerġija oriġinali għandu jkun l-istess bħal dak għall-impjant tal-enerġija non-nukleari (jiġifieri 12-il sena); u

(2)

it-terminu massimu ta’ ħlas lura għas-substazzjonijiet, għat-transformers u għal-linji ta’ trasmissjoni b'limitu ta’ vultaġġ minimu ta’ 100 kv għandu jkun l-istess bħal dak għall-impjant tal-enerġija non-nukleari.

14.   Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax

(a)

Is-somma kapitali tal-kreditu tal-esportazzjoni għandha titħallas lura f'rati ndaqs.

(b)

Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel rata tal-kapital u tal-imgħax għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

Għall-krediti tal-esportazzjoni li ġew provduti b'appoġġ għat-transazzjonijiet tal-kiri, jistgħu jkunu applikati ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura indaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a).

(d)

Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata b'mod xieraq, il-krediti tal-esportazzjoni jistgħu jkunu provduti skont termini għajr dawk li ġew stabbiliti mill-a) saċ-c) aktar 'il fuq. Il-provvista ta’ appoġġ bħal dan għandha tkun spjegata permezz ta’ żbilanċ fiż-żmien magħżul tal-fondi disponibbli għal min huwa marbut u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli taħt skeda ta’ ħlas lura indaqs u semi-annwali, u għandha tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(1)

L-ebda ħlas lura waħdu tal-kapital jew serje ta’ ħlasijiet kapitali f'perjodu ta’ sitt xhur m'għandu jeċċedi l-25 fil-mija tas-somma kapitali tal-kreditu.

(2)

Il-kapital għandu jitħallas lura bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar. L-ewwel ħlas lura tal-kapital għandu jsir mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 fil-mija tas-somma kapitali tal-kreditu għandha titħallas lura 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(3)

L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(4)

L-akbar tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tal-ħlas lura m'għandux jeċċedi:

Għal transazzjonijiet b'xerrejja sovrani (jew b'garanti sovran għall-ħlas lura), erba' snin u nofs għal transazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija I u ħames snin u tliet xhur għall-pajjiżi tal-Kategorija II.

Għal transazzjonijiet ma’ xerrejja mhux sovrani (u mal-ebda garanti sovran għall-ħlas lura), ħames snin għall-pajjiżi tal-Kategorija I u sitt snin għall-pajjiżi tal-Kategorija II.

Minkejja d-dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti fiż-żewġ subparagrafi preċedenti, għat-transazzjonijiet li jinvolvu appoġġ għal impjanti tal-enerġija non-nukleari skont l-Artikolu 13, sitt snin u tliet xhur.

(5)

Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 45 li tispjega r-raġuni għaliex ma kienx provdut appoġġ skont il-paragrafi a) sa c).

(e)

L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu m'għandux ikun ikkapitalizzat.

15.   Ir-rati tal-imgħax, ir-rati tal-primjum u l-ħlasijiet l-oħra

(a)

L-imgħax jeskludi:

(1)

kwalunkwe ħlas bħala primjum jew ħlas ieħor biex ikunu assigurati jew iggarantiti l-krediti tal-fornitur jew il-krediti finanzjarji;

(2)

kwalunkwe ħlas bħala ħlasijiet jew kommissjonijiet bankarji li jirrelataw mal-kreditu tal-esportazzjoni għajr għall-ħlasijiet bankarji annwali jew semi-annwali li jistgħu jitħallsu matul il-perjodu ta’ ħlas lura kollu; u

(3)

it-taxxi f'ras il-għajn imposti mill-pajjiż li qed jimporta.

(b)

Fejn l-appoġġ uffiċjali qed jiġi provdut permezz ta’ krediti/finanzjament dirett jew finanzjament mill-ġdid, il-primjum jew jista' jiġi miżjud mal-valur nominali tar-rata tal-imgħax jew jista' jkun ħlas separat; iż-żewġ komponenti għandhom ikunu speċifikati lill-Parteċipanti b'mod separat.

16.   Il-perjodu ta' validità għall-krediti tal-esportazzjoni

It-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji għall-kreditu tal-esportazzjoni jew għal-linja ta’ kreditu individwali, għajr għall-perjodu ta’ validità għar-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (ir-RRIK) li ġew stabbiliti fl-Artikolu 21, m'għandhomx ikunu ffissati għal perjodu li jeċċedi s-sitt xhur qabel l-impenn finali.

17.   Azzjoni biex ikun evitat jew imminimizzat it-telf

L-Arranġament ma jipprevjenix lill-awtoritajiet tal-kreditu tal-esportazzjoni jew lill- istituzzjonijiet finanzjarji milli jiftiehmu dwar termini u kondizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk provduti mill-Arranġament, jekk azzjoni bħal din tittieħed wara l-għoti ta’ kuntratt (meta l-ftehim dwar il-krediti tal-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari diġà saru effettivi) u hija maħsuba biss biex ikun evitat jew imminimizzat it-telf minn avvenimenti li jistgħu jagħtu lok għal nuqqas ta’ ħlas jew għal klejms.

18.   L-allinjament

Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b'mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, Parteċipant jista' jallinja, skont il-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 42, it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li jiġu offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant. It-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji provduti skont dan l-Artikolu jitqiesu bħala li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, II u meta applikabbli, mal-Annessi I, II, III, IV u X.

19.   Ir-rati minimi ffissati tal-imgħax taħt appoġġ uffiċjali għall-finanzjament

(a)

Il-Parteċipanti li qed jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal self b'rata ffissata għandhom japplikaw ir-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (RRIK) bħala rati minimi tal-imgħax. Ir-RRIK huma rati tal-imgħax li ġew stabbiliti skont il-prinċipji li ġejjin:

(1)

Ir-RRIK għandhom jirrappreżentaw ir-rati tal-imgħax tas-self kummerċjali fis-suq domestiku tal-munita kkonċernata;

(2)

Ir-RRIK għandhom jikkorrispondu mill-qrib mar-rata għal dawk li qed jissellfu li ġejjin minn ambitu domestiku tal-ewwel klassi;

(3)

Ir-RRIK għandhom ikunu bbażati fuq kemm jiswew il-fondi tal-finanzi b'rata ffissata tal-imgħax;

(4)

Ir-RRIK m'għandhomx jgħawġu l-kondizzjonijiet kompetittivi domestiċi; u

(5)

Ir-RRIK għandhom jikkorrispondu mill-qrib ma’ rata disponibbli għal dawk li qed jissellfu li ġejjin minn ambitu barrani tal-ewwel klassi.

(b)

Il-provvista ta’ appoġġ uffiċjali għall-finanzjament m'għandiex tpaċi jew tikkompensa, b'mod parzjali jew b'mod sħiħ, il-primjum xieraq tar-riskju ta’ kreditu li għandu jintalab għar-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas lura skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

20.   Il-kostruzzjoni tar-rrik

(a)

Kull Parteċipant li jixtieq jistabbilixxi RRIK inizjalment għandu jagħżel waħda mis-sistemi b'żewġ rati bażi li ġejjin għall-munita nazzjonali tiegħu:

(1)

rendimenti ta’ bonds tal-gvern ta’ tliet snin għal terminu ta’ ħlas lura sa u li jinkludu l-ħames snin; rendimenti ta’ bonds tal-gvern ta’ ħames snin għal aktar minn ħames snin u sa u jinkludu t-tmien snin u nofs; u rendimenti ta’ bonds tal-gvern ta’ seba' snin għal aktar minn tmien snin u nofs; jew

(2)

rendimenti ta’ bonds tal-gvern ta’ ħames snin għall-maturitajiet kollha.

L-eċċezzjonijiet għas-sistema b'rata bażi għandhom ikunu miftiehma mill-Parteċipanti.

(b)

Ir-RRIK għandhom ikunu ffissati f'marġni ffissat ta’ 100 punt bażi 'l fuq mir-rata bażi ta’ kull Parteċipant sakemm il-Parteċipanti ma jkunux ftiehmu mod ieħor.

(c)

Il-Parteċipanti l-oħra għandhom jużaw ir-RRIK iffissata għal munita partikolari jekk jiddeċiedu li jiffinanzjaw f'dik il-munita.

(d)

Parteċipant jista' jbiddel is-sistema b'rata bażi tiegħu wara li jagħti avviż b'sitt xhur bil-quddiem u bil-parir tal-Parteċipanti.

(e)

Parteċipant jew non-Parteċipant jista' jitlob li tiġi stabbilita RRIK għall-munita ta’ non-Parteċipant. F'konsultazzjoni man-non-Parteċipant interessat, Parteċipant jew is-Segretarjat f'isem dak in-non-Parteċipant jista' jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tar-RRIKK f'dik il-munita billi jintużaw proċeduri tal-Linja Komuni skont l-Artikoli 55 sa 60.

21.   Il-validità tar-rrik

Ir-rata tal-imgħax li tapplika għal transazzjoni m'għandiex tkun iffissata għal perjodu li jkun itwal minn 120 jum. Għandu jiġi miżjud marġni ta’ 20 punt bażi mar-RRIK jekk it-termini u l-kondizzjonijiet tal-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament jkunu ffissati qabel id-data tal-kuntratt.

22.   L-applikazzjoni tar-rrik

(a)

Fejn l-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament jiġi provdut għal self b'rata mhux fissa, il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra m'għandhomx jitħallew joffru l-għażla li jbaxxu jew ir-RRIK (fiż-żmien tal-kuntratt oriġinali) jew ir-rata tas-suq tul medda qasira ta’ żmien għall-perjodu kollu kemm idum is-self.

(b)

Fil-każ ta’ ħlas lura ta’ self jew ta’ kwalunkwe porzjon minnu, volontarju u bikri, dak li qed jissellef għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni governattiva li tipprovdi l-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għall-ispejjeż u għat-telf kollha li ġarrbet minħabba ħlas lura bikri bħal dan, inkluża l-ispiża tal-istituzzjoni governattiva biex tissostitwixxi l-parti tal-influss tal-flus kontanti b'rata fissa li ġie interrott mill-ħlas lura bikri.

23.   Il-primjum għar-riskju ta' kreditu

Il-Parteċipanti għandhom jitolbu l-primjum, minbarra l-ħlasijiet fuq l-imgħax, biex ikopru r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas lura tal-krediti tal-esportazzjoni. Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju, għandhom jikkonverġu u m'għandhomx ikunu inadegwati biex ikopru l-ispejjeż u t-telf operattivi tul medda twila ta’ żmien.

24.   Ir-rati minimi tal-primjum għar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż u dak sovran

Il-Parteċipanti għandhom jitolbu mhux inqas mir-Rata Minima tal-Primjum (MPR) applikabbli għar-Riskju ta’ Kreditu tal-Pajjiż u dak Sovran, irrispettvament minn jekk ix-xerrej/dak li qed jissellef hux entità privata jew pubblika.

(a)

L-MPR applikabbli tiġi ddeterminata skont il-fatturi li ġejjin:

il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli kif ġiet stabbilita fl-Artikolu 25;

jekk il-kopertura uffiċjali tal-kreditu tal-esportazzjoni hijiex limitata strettament għar-riskju tal-pajjiż kif ġie ddefinit fl-Artikolu 25 a);

iż-żmien tar-riskju (jiġifieri, l-Orizzont tar-Riskju jew il-HOR);

il-perċentwali tal-kopertura u l-kwalità tal-prodott uffiċjali tal-kreditu tal-esportazzjoni provdut kif ġie stabbilit fl-Artikolu 27; u

kwalunkwe mitigazzjoni/esklużjoni tar-riskju tal-pajjiż applikata kif ġie stabbilit fl-Artikolu 28.

(b)

L-MPRs jiġu espressi f'perċentwali tal-valur prinċipali tal-kreditu bħallikieku l-primjum inġabar b'mod sħiħ fid-data tal-ewwel tnaqqis tal-kreditu. Spjegazzjoni tal-formula matematika li ntużat biex jiġu kkalkulati l-MPRs tiġi provduta fl-Anness VI.

(c)

Ma ġiet stabbilita l-ebda MPR għall-pajjiżi li ġew ikklassifikati fil-Kategorija 0, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 25, imma l-Parteċipanti m'għandhomx jitolbu rati tal-primjum li jbiegħu bi prezz inqas mill-ipprezzar tas-suq privat disponibbli.

(d)

Fil-prinċipju, il-pajjiżi ta’ “l-ogħla riskju” fil-Kategorija 7 għandhom ikunu soġġetti għal rati ta’ primjum li jeċċedu l-MPRs li ġew stabbiliti għal dik il-Kategorija; dawn ir-rati tal-primjum għandhom jiġu ddeterminati mill-Parteċipant li jkun qed jipprovdi l-appoġġ uffiċjali.

(e)

Fil-kalkulazzjoni tal-MPR għal transazzjoni, il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli li għandha tiġi applikata għandha tkun il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tax-xerrej, sakemm:

sigurtà fil-forma ta’ garanzija irrevokabbli, mingħajr kondizzjonijiet, meta ssir it-talba, legalment valida u li tista' tiġi infurzata tal-obbligu totali tal-ħlas lura tad-dejn għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu tiġi provduta minn entità, li hija idonea għall-kreditu f'relazzjoni mad-daqs tad-dejn iggarantit, f'pajjiż terz, f'liema każ il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-pajjiż fejn jinsab il-garanti; jew

Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 26, qed taġixxi jew bħala istituzzjoni li qed tissellef jew bħala garanti għat-transazzjoni, f'liema każ il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-Istituzzjoni Multilaterli jew Reġjonali speċifika involuta.

(f)

Il-kriterji u l-kondizzjonijiet li jirrelataw mal-applikazzjoni ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż skont is-sitwazzjonijiet li ġew deskritti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24 e) ġew stabbiliti fl-Anness VII.

(g)

Jekk l-appoġġ uffiċjali huwa limitat strettament għar-riskju tal-pajjiż kif ġie ddefinit fl-Artikolu 25 a), jiġifieri l-kopertura tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef hija kompletament eskluża, l-MPR titnaqqas b'10 fil-mija; dan jinqabad mill-formula matematika li ntużat biex jiġu kkalkulati l-MPRs fl-Anness VI.

(h)

Il-konvenzjoni tal-HOR li ntużat fil-kalkulazzjoni ta’ MPR hija nofs il-perjodu ta’ żburżament flimkien mal-perjodu sħiħ tal-ħlas lura u tassumi profil regoli ta’ ħlas lura tal-kreditu tal-esportazzjoni, jiġifieri ħlas lura f'rati ndaqs u semi-annwali tal-kapital flimkien mal-imgħax dovut li jibda minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Għall-krediti tal-esportazzjoni bi profili ta’ ħlas lura li mhumiex standard, il-perjodu ekwivalenti ta’ ħlas lura (espress f'termini ta’ rati indaqs u semi-annwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja: il-perjodu ekwivalenti ta’ ħlas lura = (tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu ta’ ħlas lura -0.25)/0.5.

(i)

Il-Parteċipant li japplika l-MPR fil-każ li ssemma fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu e) t'aktar 'il fuq li twassal għal rata ta’ primjum aktar baxxa mill-MPR applikabbli għall-pajjiż tax-xerrej għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 44 a). Il-Parteċipant li japplika l-MPR fil-każ li jissemma fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24 e) jew fl-Artikolu 24 g) għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 45 a).

25.   Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż

Il-pajjiżi għandhom jiġu kklassifikati skont il-probabbiltà ta’ jekk humiex se jħallsu l-imgħax fuq id-djun esterni tagħhom (jiġifieri ir-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż).

(a)

Il-ħames elementi tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż huma:

moratorju ġenerali fuq il-ħlasijiet lura ordnat mill-gvern tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef/tal-garanti jew minn dik l-aġenzija ta’ pajjiż li permezz tagħha qed isir il-ħlas lura;

avvenimenti politiċi u/jew diffikultajiet ekonomiċi li jinqalgħu barra mill-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika jew miżuri leġiżlattivi/amministrattivi li ttieħdu barra l-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika li jipprevjenu jew idewmu t-trasferiment tal-fondi li tħallsu fil-konfront tal-kreditu;

dispożizzjonijiet legali li ġew adottati fil-pajjiż tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef li jiddikjaraw li l-ħlasijiet lura li saru fil-munita lokali huma ħlas validu tad-dejn, minkejja li minħabba l-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju, ħlasijiet lura bħal dawn, meta jiġu konvertiti fil-munita tal-kreditu, ma jibqgħux ikopru aktar l-ammont tad-dejn fid-data tat-trasferiment tal-fondi;

kwalunkwe miżura jew deċiżjoni oħra tal-gvern ta’ pajjiż barrani li tipprevjeni l-ħlas lura taħt kreditu; u

każi ta’ force majeure li jiġru barra l-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika, jiġifieri gwerra (inkluża gwerra ċivili), esproprjazzjoni, rivoluzzjoni, rewwixta, irvelli ċivili, ċikluni, għargħar, terremoti, eruzzjonijiet, mewġ imqanqal minn maremot u inċidenti nukleari.

(b)

Il-pajjiżi jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7). Ġew stabbiliti l-MPRs għall-Kategorija 1 sa 7, imma mhux għall-Kategorija 0, għaliex il-livell ta’ riskju tal-pajjiż jitqies li huwa negliġibbli għall-pajjiżi f'din il-Kategorija.

(c)

Il-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli, kif ġew iddefiniti mill-Bank Dinji fuq bażi annwali skont id-DGN per capita, jiġu kklassifikati fil-Kategorija 0.

Għall-finijiet tal-MPRs, kwalunkwe pajjiż tal-OECD li ġie kklassifikat fil-Kategorija 0 minħabba l-istatus ta’ Dħul Għoli tiegħu għandu jibqa' kklassifikat fil-Kategorija 0 sakemm jaqa' 'l isfel mil-limitu tad-DGN ta’ Dħul Għoli għal sentejn konsekuttivi, f'liema żmien il-klassifikazzjoni tal-pajjiż għandha tiġi riveduta skont l-Artikolu 25 d) sa f).

Kwalunkwe pajjiż tal-OECD 'il fuq mil-limitu ta’ Dħul Għoli għal sentejn konsekuttivi għandu jiġi kklassifikat, skont id-definizzjoni, fil-Kategorija 0. Klassifikazzjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament wara li s-Segretarjat ikun ikkomunika l-istatus ta’ pajjiż kif ġie ddeterminat mill-Bank Dinji.

Il-pajjiżi l-oħra li jitqiesu li huma f'livell simili ta’ riskju jistgħu jiġu kklassifikati wkoll fil-Kategorija 0.

(d)

Il-pajjiżi kollha għajr il-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli (3) jiġu kklassifikati permezz tal-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż, li hija magħmula minn:

Il-Mudell tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż (il-Mudell), li jipproduċi valutazzjoni kwantitativa tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż li hija bbażata, għal kull pajjiż, fuq tliet gruppi ta’ indikaturi tar-riskju: l-esperjenza tal-ħlas tal-Parteċipanti, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni ekonomika. Il-metodoloġija tal-Mudell tikkonsisti minn passi differenti li jinkludu l-valutazzjoni tat-tliet gruppi tal-indikaturi tar-riskju u l-kombinazzjoni u t-tagħbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) flessibbli tal-gruppi tal-indikaturi tar-riskju.

Il-valutazzjoni kwalitativa tar-riżulutati tal-Mudell, meqjusa pajjiż b'pajjiż biex ikunu integrati r-riskju politiku u/jew il-fatturi tar-riskju l-oħra li ma tqisux b'mod sħiħ jew b'mod parzjali mill-Mudell. Jekk ikun xieraq, dan jista' jwassal għal aġġustament għall-valutazzjoni kwantitativa tal-Mudell biex tkun riflessal-valutazzjoni finali tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż.

(e)

Il-Klassifikazzjonijiet tar-Riskju tal-Pajjiż għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa u għandhom jiġu riveduti mill-inqas kull sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Risju tal-Pajjiż għandhom jiġu kkomunikati immedjatament mis-Segretarjat. Meta pajjiż jiġi kklassifikat mill-ġdid f'Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż aktar baxxa jew ogħla, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-klassifikazzjoni mill-ġdid tkun ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat, il-Parteċipanti għandhom jitolbu r-rati tal-primjum bi jew aktar mill-MPRs assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż il-ġdida.

(f)

Is-Segretarjat għandu jagħmel pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tar-riskju tal-pajjiż li applikabbli.

26.   Il-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali

L-Istituzzjonijiet Multilaterali u Reġjonali għandhom jiġu kklassifikati u riveduti kif inhu xieraq; is-Segretarjat għandu jagħmel pubbliċi klassifikazzjonijiet applikabbli bħal dawn.

27.   Il-perċentwali u l-kwalità tal-kopertura uffiċjali tal-kreditu tal-esportazzjoni

L-MPRs jiġu ddiferenzjati biex titqies il-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta mill-Parteċipanti kif ġie stabbilit fl-Anness VI. Id-differenzazzjoni hija bbażata fuq il-perspettiva tal-esportatur (jiġifieri li jkun innewtralizzat l-effett kompetittiv li jinqala' minħabba l-kwalitajiet differenti tal-prodott provdut lill-esportatur/istituzzjoni finanzjarja).

(a)

Il-kwalità ta’ prodott tal-kreditu tal-esportazzjoni hija funzjoni ta’ jekk il-prodott huwiex assigurazzjoni, garanzija jew kreditu/finanzjament dirett, u għall-prodotti tal-assigurazzjoni jekk il-kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms (jiġifieri l-perjodu bejn id-data li fiha huwa dovut il-ħlas min-naħa tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef u d-data li fiha l-assiguratur huwa obbligat li jirrimborża l-esportatur/istituzzjoni finanzjarja) hiex provduta mingħajr ħlas barrani.

(b)

Il-prodotti kollha eżistenti tal-kreditu tal-esportazzjoni li ġew offruti mill-Parteċipanti għandhom jiġu kklassifikati f'waħda mit-tliet kategoriji tal-prodotti li huma:

Prodott ta’ livell inqas mill-istandard, jiġifieri assigurazzjoni mingħajr kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms u assigurazzjoni mingħajr kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms bi ħlas barrani xieraq tal-primjum;

Prodott standard, jiġifieri assigurazzjoni b'kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms mingħajr ħlas barrani xieraq tal-primjum u kreditu dirett/finanzjament xieraq; u

Prodott ta’ livell ogħla mill-istandard, jiġifieri garanziji.

28.   L-esklużjoni ta' elementi magħżula tar-riskju tal-pajjiż u ta' tekniki magħżula tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż

Skond il-kriterji u l-kondizzjonijiet speċifiċi li ġew stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parteċipanti jistgħu jeskludu ċerti elementi ta’ riskju tal-pajjiż jew jużaw tekniki ddefiniti ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġew elenkati fl-Artikolu 28 b) li jirriżultaw f'MPRs applikabbli aktar baxxi permezz tal-applikazzjoni ta’ Fattur ta’ Mitigazzjoni/Esklużjoni tar-Riskju tal-Pajjiż (MEF) fil-formula tal-MPR. L-MEF tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)

Fejn għandha x'taqsam l-esklużjoni ta’ elemanti magħżula tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż minn kopertura uffiċjali tal-kreditu tal-esportazzjoni:

F'sitwazzjonijiet fejn l-ewwel tlett elementi tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż biss, kif ġew stabbiliti fl-Artikolu 25 a), jiġu esklużi fit-totalità tagħhom mill-kopertura, jista' jiġi applikat MEF ta’ 0.5.

F'sitwazzjonijiet fejn ir-raba' u l-ħames elementi tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż biss, kif ġew stabbiliti fl-Artikolu 25 a), jiġu esklużi fit-totalità tagħhom mill-kopertura, jista' jiġi applikat MEF ta’ 0.2.

(b)

Fejn għandhom x'jaqsmu t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġejjin, l-MPR applikabli kif ukoll il-kriterji u l-kondizzjonijiet li fihom tista' tiġi applikata l-MEF ġew stabbiliti fl-Anness VIII:

Struttura lil Hinn Mix-Xtut tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont Ta' Depożitu f'idejn Terz Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Escrow Account)

Sigurtà Soda Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Hard Security)

Sigurtà Bbażata fuq l-Assi Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Asset-Based Security)

Finanzjament Garantit bl-Assi u Bbażat fuq l-Assi Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Asset-Secured and Asset-Based Financing)

Il-Kofinanzjament mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs - Co-financing with International Financial Institutions)

Il-Finanzjament bil-Munita Lokali (Local Currency Financing)

Assigurazzjoni jew Garanzija bil-Kondizzjonijiet ta’ Pajjiż Terz (Third Country Insurance or Conditional Guarantee)

Debitur li Jirrappreżenta Riskju Aħjar mis-Sovran (Debtor Representing a Better Risk Than the Sovereign)

(c)

L-applikazzjoni ta’ aktar minn teknika waħda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġew deskritti fl-Artikolu 28 b) m'għandiex ikollha impatt kumulattiv dirett fuq l-MEF applikabli. L-għażla ta’ MEF xieraq biex tkun riflessal-kombinazzjoni ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż għandha tqis l-impatt possibbli li jikkoinċidi ta’ żewġ tekniki jew aktar fuq riskji tal-kreditu tal-pajjiżi identiċi. Normalment, fil-każ ta’ koinċidenza, is-sigurtà tal-aħjar kwalità biss għandha titqies fid-determinazzjoni ta’ MEF applikabbli u xieraq.

(d)

Il-Parteċipant li japplika l-MPR fil-każi li jissemmew fl-Artikolu 28 a) sa c) għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 44 a).

(e)

Il-lista tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż fl-Artikolu 28 b) mhix maħsuba biex tkun lista magħluqa; skont l-Artikolu 66, il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw u jirrivedu l-korp tal-esperjenza bl-użu ta’ dawn it-tekniki li jinkludu l-kriterji, il-kondizzjonijiet, iċ-ċirkostanzi u l-MEFs applikabbli li ġew stabbiliti fl-Anness VIII.

29.   Ir-reviżjoni tal-validità tar-rati minimi tal-primjum għar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż u għar-riskju ta' kreditu sovran

(a)

Biex tkun ivvalutata l-adegwatezza tal-MPRs u biex jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, l-aġġustamenti, jew 'il fuq jew 'l isfel, għandhom jintużaw b'mod parallel tliet għodod biex tittieħed reazzjoni għall-informazzjoni dwar il-primjum (PFTs) biex jiġu mmonitorjati u aġġustati l-MPRs.

(b)

Il-PFT tad-Dħul u l-Ħruġ tal-Flus u l-PFT tal-Akkumulazzjonijiet tal-Imgħax huma metodi ta’ kontabilità li jivvalutaw il-validità tal-MPRs fuq bażi aggregata, tal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż u tal-Orizzont tar-Riskju skont ir-riżultati effettivi tal-Parteċipanti f'relazzjoni mar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż u ma’ dak sovran tal-krediti tal-esportazzjoni li huma soġġetti għall-MPRs.

(c)

It-tielet PFT huwa magħmul minn erba' settijiet ta’ Indikaturi tas-Suq Privat (4) li jipprovdu informazzjoni dwar l-ipprezzar tas-suq tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż u dak sovran.

KAPITOLU III

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

30.   Il-prinċipji ġenerali

(a)

Il-Parteċipanti ftiehmu li jkollhom politiki komplementari għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta. Il-politiki tal-krediti tal-esportazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kompetizzjoni miftuħa u fuq l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jipprovdu riżorsi esterni meħtieġa għall-pajjiżi, għas-setturi jew għall-proġetti bi ftit aċċess jew bl-ebda aċċess għall-finanzjament tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jiżguraw l-aħjar valur għall-flus, jimminimizzaw it-tgħawwiġ kummerċjali, u jikkontribwixxu għal użu effettiv mil-lat tal-iżvilupp ta’ dawn ir-riżorsi.

(b)

Id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna marbuta tal-Arranġament ma japplikawx għall-programmi tal-għajnuna tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali.

(c)

Dawn il-prinċipji ma jippreġudikawx il-fehmiet tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) dwar il-kwalità tal-għajnuna marbuta u ta’ dik mhux marbuta.

(d)

Parteċipant jista' jitlob informazzjoni addizzjonali li hija rilevanti għall-istatus tal-irbit ta’ kwalunkwe forma ta’ għajnuna. Jekk hemm inċertezza dwar jekk ċerta prattika ta’ finanzjament taqax fi ħdan l-ambitu tad-definizzjoni ta’ għajnuna marbuta li ġiet stabbilita fl-Anness XI, il-pajjiż donatur għandu jipprovdi evidenza b'appoġġ għal kwalunkwe klejm li tgħid li l-għajnuna tabilħaqq “mhix marbuta” skont id-definizzjoni fl-Anness XI.

31.   Il-forom tal-għajnuna marbuta

L-għajnuna marbuta tista' tieħu l-forma ta':

(a)

Self tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) kif iddefinit fil-“Prinċipji ta’ Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)”;

(b)

L-għotjiet tal-ODA ki ġew iddefiniti fil-“Prinċipji ta’ Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)”; u

(c)

Flussi Uffiċjali Oħra (OOF), li jinkludu għotjiet u self imma jeskludu l-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li huma skont l-Arranġament; jew

(d)

Kwalunkwe assoċjazzjoni, eż. taħlita, fil-liġi jew fil-fatt, fi ħdan il-kontroll tad-donatur, tas-sellief jew ta’ dak li qed jissellef li tinvolvi tnejn jew aktar mill-komponenti ta’ finanzjament preċedenti, u/jew li ġejjin:

1.

kreditu tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjat permezz ta’ kreditu/finanzjament dirett, finanzjament mill-ġdid, appoġġ għar-rata tal-imgħax, garanzija jew assigurazzjoni li għalih japplika l-Arranġament; u

2.

fondi oħra bi jew bi kważi t-termini tas-suq, jew ħlas parzjali mix-xerrej.

32.   Il-finanzjament assoċjat

(a)

Il-finanzjament assoċjat jista' jieħu diversi forom li jinkludu krediti misti, finanzjament mist, finanzjament konġunt, finanzjament parallel jew transazzjonijiet integrati waħdanija. Il-karatteristiċi ewlenin huma li lkoll jinkludu:

komponent konċessjonali li huwa marbut fil-liġi jew fil-fatt mal-komponenti non-konċessjonali;

jew parti waħda jew il-pakkett ta’ finanzjament kollu li huwa, fil-fatt, għajnuna marbuta; u

fondi konċessjonali li huma disponibbli biss jekk il-komponent marbut non-konċessjonali jkun aċċettat mir-riċevent.

(b)

Assoċjazzjoni jew rabta “fil-fatt” tiġi ddeterminata minn tali fatturi bħal:

l-eżistenza ta’ ftehimiet informali bejn l-awtoritajiet riċeventi u dawk donaturi;

l-intenzjoni min-naħa tad-donatur li jiffaċilita l-aċċettabilità ta’ pakkett ta’ finanzjament permezz tal-użu tal-ODA;

l-irbit effettiv ta’ pakkett ta’ finanzjament sħiħ max-xiri fil-pajjiż donatur;

l-istatus tal-irbit tal-ODA u l-mezzi tat-tfigħ tal-offerti għal jew l-għoti tal-kuntratt ta’ kull transazzjoni finanzjarja; jew

kwalunkwe prattika oħra, li ġiet identifikata mid-DAC jew mill-Parteċipanti fejn jeżisti kollegament de facto bejn żewġ komponenti ta’ finanzjament jew aktar.

(c)

Il-prattiki li ġejjin m'għandhomx jipprevjenu d-determinazzjoni ta’ assoċjazzjoni jew ta’ rabta “fil-fatt”:

il-qasma ta’ kuntratt permezz ta’ notifika separata tal-partijiet komponenti ta’ kuntratt wieħed;

il-qasma ta’ kuntratti li jiġu ffinanzjati f'diversi stadji;

in-nuqqas ta’ notifika ta’ partijiet interdipendenti ta’ kuntratt; u/jew

in-nuqqas ta’ notifika minħabba li parti mill-pakkett ta’ finanzjament mhix marbuta.

33.   L-Eliġibilità ta' pajjiż għall-għajnuna marbuta

(a)

M'għandux ikun hemm għajnuna marbuta lil pajjiżi li, skont id-DGN per capita tagħhom, mhumiex eliġibbli għal self ta’ 17-il sena mill-Bank Dinji. Il-Bank Dinji jikkalkula mill-ġdid il-limitu għal din il-kategorija fuq bażi annwali (5). Pajjiż se jiġi kklassifikat mill-ġdid biss wara li l-kategorija tal-Bank Dinji tiegħu baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi.

(b)

Il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:

(1)

Klassifikazzjoni għall-finijiet ta’ Arranġament tiġi ddeterminata permezz tad-DGN per capita kif jiġi kkalkulat mill-Bank Dinji għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi li qed jissellfu tal-Bank Dinji; is-Segretarjat għandu jagħmel pubblika din il-klassifikazzjoni.

(2)

F'każi fejn il-Bank Dinji m'għandux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika d-data dwar id-DGN per capita, il-Bank Dinji għandu jintalab biex jistma jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux DGN per capita li huwa 'l fuq jew 'l isfel mil-limitu korrenti. Il-pajjiż għandu jiġi kklassifikat skont l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċiedux li jaġixxu mod ieħor.

(3)

Jekk l-eliġibilità ta’ pajjiż għall-għajnuna marbuta tinbidel skont l-Artikolu 33 a), il-klassifikazzjoni mill-ġdid għandha tidħol fis-seħħ ġimgħatejn wara li s-Segretarjat ikun ikkomunika l-konklużjonijiet li nġibdu mid-data tal-Bank Dinji li ssemmiet aktar 'il fuq lill-Parteċipanti kollha. Qabel id-data effettiva tal-klassifikazzjoni mill-ġdid, ma jista' jiġi nnotifikat l-ebda finanzjament ta’ għajnuna marbuta għal pajjiż li sar eliġibbli reċentement; wara dik id-data, ma jista' jiġi nnotifikat l-ebda finanzjament ta’ għajnuna marbuta għal pajjiż li ġie promoss reċentement, ħlief li jistgħu jiġu nnotifikati t-transazzjonijiet individwali li ġew koperti taħt linja ta’ kreditu li kienet impenjata minn qabel sakemm tiskadi l-linja ta’ kreditu (li m'għandiex tkun ta’ aktar minn sena mid-data effettiva).

(4)

F'każi fejn il-Bank Dinji jirrivedi l-figuri, reviżjonijiet bħal dawn m'għandhomx jitqiesu f'relazzjoni mal-Arranġament. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta’ pajjiż tista' tinbidel permezz ta’ Linja Komuni, skont il-proċeduri xierqa fl-Artikolu 55 sa 60, u l-Parteċipanti għandhom iqisu b'mod favorevoli bidla minħaba żbalji u omissjonijiet fil-figuri li sussegwentement ġew rikonoxxuti fl-istess sena kalendarja bħala l-figuri li tqassmu l-ewwel mis-Segretarjat.

(5)

Minkejja l-klassifikazzjonijiet tal-pajjiżi li mhumiex eliġibbli jew li huma eliġibbli biex jiriċievu l-għajnuna marbuta, il-Parteċipanti għandhom jevitaw li jipprovdu kwalunkwe kreditu ta’ għajnuna marbuta, ħlief għal għotjiet diretti, għajnuna alimentari u umanitarja kif ukoll għajnuna maħsuba biex ittaffi l-effetti ta’ inċidenti nukleari jew inċidenti industrijali kbar jew biex ma jitħallewx iseħħu, għall-Belarus, għall-Bulgarija, għar-Rumanija, għall-Federazzjoni Russa u għall-Ukraina. Jekk id-DGN per capita ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn il-pajjiż jeċċedi, għal tliet snin konsekuttivi, il-limitu tal-Bank Dinji għan-nuqqas ta’ eliġibilità għas-self ta’ 17-il sena, l-eliġibilità tal-pajjiż għal krediti bħal dawn għandha tkun soġġetta għall-Artikoli 33 a) u b) 1) sa 4) t'aktar 'il fuq, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet tal-għajnuna marbuta l-oħra kollha tal-Arranġament (6).

34.   L-Eliġibilità tal-proġett

(a)

L-għajnuna marbuta m'għandiex tkun estiża għall-proġetti pubbliċi jew privati li normalment għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli jekk ikunu ffinanzjati skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament.

(b)

It-testijiet ewlenija għal eliġibilità tal-għajnuna bħal din huma:

jekk il-proġett hux finanzjarjament mhux vijabbli, jiġifieri il-proġett għandu nuqqas ta’ kapaċità b'ipprezzar xieraq li ġie ddeterminat skont il-prinċipji tas-suq, biex ikun iġġenerat biżżejjed dħul u ħruġ ta’ flus ħalli jkunu koperti l-ispejjeż operattivi tal-proġett u sabiex jitħallas l-imgħax fuq il-kapital użat, jiġifieri l-ewwel test ewlieni; jew

jekk hux raġonevoli li jiġi konkluż, ibbażat fuq komunikazzjoni mal-Parteċipanti l-oħra, li mhux probabbli li l-proġett jista' jkun iffinanzjat skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament, jiġifieri t-tieni test ewlieni. Fejn għandhom x'jaqsmu l-proġetti li huma akbar minn 50 miljun SDRs għandha tingħata attenzjoni speċjali lid-disponibilità mistennija ta’ finanzjament skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament meta titqies jekk għajnuna bħal din hiex xierqa.

(c)

It-testijiet prinċipali taħt is-subparagrafu b) t'aktar 'il fuq huma maħsuba biex jiddeskrivu kif proġett għandu jiġi evalwat biex ikun iddeterminat jekk għandux jiġi ffinanzjat b'għajnuna bħal din jew bi krediti tal-esportazzjoni skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. Permezz tal-proċess ta’ konsultazzjoni li ġie deskritt fl-Artikoli 48 sa 50, matul iż-żmien huwa mistenni li jiżviluppa korp ta’ esperjenza li se jiddefinixxi b'mod akar preċiż, kemm għall-aġenziji tal-kreditu tal-esportazzjoni kif ukoll għal dawk tal-għajnuna, gwida ex ante dwar il-linja bejn iż-żewġ kategorji ta’ proġetti.

35.   Il-livell minimu ta' konċessjonalità

Il-Parteċipanti m'għandhomx jipprovdu għajnuna marbuta li għandha livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 35 fil-mija, jew ta’ 50 fil-mija jekk il-pajjiż benefiċjarju huwa Pajjiż Inqas Żviluppat (LDC), ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti aktar 'l isfel, li huma wkoll eżenti mill-proċeduri ta’ notifika li ġew stabbiliti fl-Artikolu 47 a):

(a)

L-għajnuna teknika: l-għajnuna marbuta fejn il-komponent tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jikkonsisti biss minn kooperazzjoni teknika li hija inqas minn jew 3 fil-mija tal-valur totali tat-transazzjoni jew miljun Drittijiet Speċjali ta’ Preljev (SDRs), liema minnhom huwa l-aktar baxx; u

(b)

Il-proġetti ż-żgħar: il-proġetti kapitali ta’ inqas minn miljun SDRs li huma ffinanzjati għalkollox mill-għotjiet tal-għajnuna għall-iżvilupp.

36.   L-Eżenzjonijiet mill-eliġibilità tal-pajjiż jew tal-proġett għall-għajnuna marbuta

(a)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 33 u 34 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta fejn il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 80 fil-mija jew aktar ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 32.

(b)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta b'valur ta’ inqas minn żewġ miljuni SDRs ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 32.

(c)

L-għajnuna marbuta għal-LDCs, kif inhuma ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, mhix soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 33 u 34.

(d)

Minkejja l-Artikoli 33 u 34, b'mod eċċezzjonali, Parteċipant jista' jipprovdi appoġġ permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:

il-proċedura ta’ Linja Komuni kif inhi ddefinita fl-Anness XI u kif inhi deskritta fl-Artikoli 55 sa 60; jew

ġustifikazzjoni minħabba l-għajnuna permezz ta’ appoġġ minn korp sostanzjali tal-Parteċipanti kif ġie deskritt fl-Artikoli 48 u 49; jew

ittra lis-Segretarju-Ġenerali tal-OECD, skont il-proċeduri fl-Artikolu 50, li l-Parteċipanti jistennew li la se jkun tas-soltu u lanqas se jkun frekwenti

37.   Il-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità tal-għajnuna marbuta

Il-livell ta’ konċessjonalità tal-għajnuna marbuta jiġi kkalkulat billi jintuża l-istess metodu bħalma sar għall-element tal-għotja li ntuża mid-DAC, ħlief li:

(a)

Ir-rata tal-iskont użata biex ikun ikkalkulat il-livell ta’ konċessjonalità ta’ self f'munita partikolari, jiġifieri ir-Rata ta’ Skont Differenzjat (DDR),hija soġġetta għal bidla anwali fil-15 ta’ Jannar u tiġi kkalkulata kif ġej:

Il-medja tar-RRIK + Marġni

Il-Marġni (M) jiddependi mit-terminu ta’ ħlas lura (R) kif ġej:

R

M

inqas minn 15-il sena

0,75

minn 15-il sena sa, imma ma jinkludux l-20 sena

1,00

minn 20 sena sa, imma ma jinkludux it-30 sena

1,15

minn 30 sena u 'l fuq

1,25

Għall-muniti kollha, il-medja tar-RRIK tiġi kkalkulata billi tittieħed medja tar-RRIK ta’ kull xahar li huma validi matul il-perjodu ta’ sitt xhur bejn il-15 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel u l-14 ta’ Frar tas-sena korrenti. Ir-rata kkalkulata, inkluż il-Marġni, titqarreb lejn l-eqreb għaxar punti bażi. Jekk hemm iktar minn RRIK waħda għall-munita, għal din il-kalkulazzjoni għandha tintuża r-RRIK għall-itwal maturità kif ġie stabbilit fl-Artikolu 20 a).

(b)

Id-data bażi għall-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità huwa l-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie stabbilit fl-Anness XI.

(c)

Għall-fini tal-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità totali ta’ pakkett ta’ finanzjament assoċjat, il-livelli ta’ konċessjonalità tal-krediti, tal-fondi u tal-ħlasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li huma żero:

il-krediti tal-esportazzjoni li huma skont l-Arranġament;

fondi oħra b'rati tas-suq jew b'rati kważi tas-suq;

fondi uffiċjali oħra b'livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas mill-minimu permess taħt l-Artikolu 35 ħlief f'każi ta’ allinjament; u

ħlas parzjali mix-xerrej.

Il-ħlasijiet fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu li ma jitqiesux bħala ħlas parzjali għandhom ikunu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità.

(d)

Ir-rata ta’ skont fl-allinjament: fl-allinjament tal-għajnuna, l-allinjament identiku jfisser allinjament b'livell ta’ konċessjonalità identiku li jiġi kkalkulat mill-ġdid bir-rata ta’ skont fis-seħħ fiż-żmien tal-allinjament.

(e)

L-ispejjeż lokali u x-xiri ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità biss jekk ikunu ffinanzjati mill-pajjiż donatur.

(f)

Il-livell ta’ konċessjonalità totali ta’ pakkett jiġi ddeterminati billi jiġi mmultiplikat il-valur nominali ta’ kull komponent tal-pakkett bil-livell ta’ konċessjonalità rispettiv ta’ kull komponent, jingħaddu r-riżultati, u jiġi diviż dan it-total bil-valur nominali aggregat tal-komponenti.

(g)

Ir-rata ta’ skont għal self ta’ għajnuna partikolari hija r-rata fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika. Madankollu, f'każi ta’ notifika fil-pront, ir-rata ta’ skont hija dik li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta t-termini u l-kondizzjonijiet tas-self tal-għajnuna kienu ffissati. Bidla fir-rata ta’ skont matul it-tul ta’ żmien tas-self ma jbiddilx il-livell ta’ konċessjonalità tiegħu.

(h)

In-notifika għandha tkun riveduta, jekk issir bidla fil-munita qabel ma jkun konkluż il-kuntratt. Ir-rata ta’ skont li tintuża biex ikun ikkalkulat il-livell ta’ konċessjonalità se tkun dik applikabbli fid-data tar-reviżjoni. Reviżjoni mhix meħtieġa jekk il-munita alternattiva u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità jiġu indikati fin-notifika oriġinali.

(i)

Minkejja s-subparagrafu g), ir-rata ta’ skont li ntużat biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ konċessjonalità tat-transazzjonijiet individwali li nbdew taħt linja ta’ kreditu tal-għajnuna għandha tkun ir-rata li kienet innotifikat oriġinarjament għal-linja ta’ kreditu.

38.   Il-perjodu ta' validità għall-għajnuna marbuta

(a)

Il-Parteċipanti m'għandhomx jiffissaw it-termini u l-kondizzjonijiet għall-għajnuna marbuta, kemm jekk din tirrelata mal-finanzjament tat-transazzjonijiet individwali jew ma’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, għal aktar minn sentejn. Fil-każ ta’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tal-firma tiegħu, li għandha tkun innotifikata skont l-Artikolu 47; l-estensjoni ta’ linja ta’ kreditu għandha tkun innotifikata bħallikieku kienet transazzjoni ġdida b'nota li tispjega li hija estensjoni u li qed tiġi mġedda skont it-termini permessi fiż-żmien tan-notifika tal-estensjoni. Fil-każ tat-transazzjonijiet individwali, inklużi dawk li ġew innotifikati taħt protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tan-notifika tal-impenn skont l-Artikolu 46 jew 47, kif ikun xieraq.

(b)

Meta għall-ewwel darba pajjiż ma jibqax eliġibbli għal Self tal-Bank Dinji ta’ 17-il sena, il-perjodu ta’ validità ta’ protokolli ta’ għajnuna marbuta u linji ta’ kreditu eżistenti u ġodda li ġew innotifikati, għandu jiġi ristrett għal sena wara d-data tal-klassifikazzjoni mill-ġdid potenzjali skont il-proċeduri fl-Artikolu 33 b).

(c)

It-tiġdid ta’ protokolli u linji ta’ kreditu bħal dawn huwa possibbli biss skont termini li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 33 u 34 tal-Arranġament wara:

klassifikazzjoni mill-ġdid tal-pajjiżi; u

bidla fid-dispożizzjonijiet tal-Arranġament.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, jistgħu jinżammu t-termini u l-kondizzjonijiet eżistenti minkejja bidla fir-rata ta’ skont li ġiet stabbilita fl-Artikolu 37.

39.   L-allinjament

Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b'mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, skont il-proċeduri li ġew stabbliti fl-Artikolu 42, Parteċipant jista' jallinja t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant.

KAPITOLU IV

IL-PROĊEDURI

Taqsima 1:   Il-proċeduri komuni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ

40.   In-notifiki

In-notifiki li ġew stabbiliti permezz tal-proċeduri fl-Arranġament għandhom isiru skont, u għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Anness V, u għandha tintbagħat kopja tagħhom lis-Segretarjat.

41.   L-Informazzjoni dwar l-appoġġ uffiċjali

(a)

Hekk kif Parteċipant jimpenja l-appoġġ uffiċjali li nnotifika skont il-proċeduri fl-Artikoli 44 sa 47, għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan billi jinkludi n-numru ta’ referenza tan-notifika fuq il-Formola 1C rilevanti tas-Sistema ta’ Rappurtaġġ tal-Kredituri (CRS).

(b)

Fi skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 52 sa 54, Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u bil-kondizzjonijiet tal-kreditu li qed jipprevedi li se jappoġġja għal transazzjoni partikolari u jista' jitlob informazzjoni simili mill-Parteċipanti l-oħra.

42.   Il-proċeduri għall-allinjament

(a)

Qabel ma jallinja t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li wieħed jippresumi li se jkunu offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant skont l-Artikoli 18 u 39, Parteċipant għandu jagħmel kull sforz raġonevoli, inkluż kif inhu xieraq billi jintużaw il-konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ li ġew deskritti fl-Artikolu 54, sabiex jivverifika li dawn it-termini u l-kondizzjonijiet huma uffiċjalment appoġġjati u għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

Il-Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha bit-termini u bil-kondizzjonijiet li biħsiebu jappoġġja billi jsegwi l-istess proċeduri ta’ notifika li huma meħtieġa għat-termini u għall-kondizzjonijiet allinjati. Fil-każ tal-allinjament ta’ non-Parteċipant, il-Parteċipant allinjat għandu jsegwi l-istess proċeduri ta’ notifika li kienu jkunu meħtieġa kieku t-termini allinjati kienu offruti minn Parteċipant.

(2)

Minkejja 1) t'aktar 'il fuq, jekk il-proċeduri ta’ notifika applikabbli għandha teħtieġ li l-Parteċipant allinjat jirtira l-impenn tiegħu lil hinn mid-data tal-egħluq tal-offerta finali, mela l-Parteċipant allinjat għandu jagħti avviż tal-intenzjoni tiegħu għal allinjament kemm jista' jkun kmieni.

(3)

Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġja t-termini u l-kondizzjonijiet innotifikati, għandu immedjatament jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan.

(b)

Parteċipant li biħsiebu joffri termini u kondizzjonijiet finanzjarji identiċi għal dawk li ġew innotifikati skont l-Artikoli 44 u 45 jista' jagħmel dan ladarba l-perjodu ta’ stennija stipulat f'dawk l-Artikoli jkun skada. Dan il-Parteċipant għandu jagħti notifika tal-intenzjoni tiegħu kemm jista' jkun kmieni.

43.   Il-konsultazzjonijiet speċjali

(a)

Parteċipant li għandu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva) huma aktar ġenerużi minn dawk provduti fl-Arranġament għandu jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu immedjatament jagħmel informazzjoni bħal din disponibbli.

(b)

Il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva għandu jiċċara t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji tal-offerta tiegħu f'jumejn ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat.

(c)

Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, kwalunkwe Parteċipant jista' jitlob li s-Segretarjat jorganizza laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni f'ħdan ħamest ijiem ta’ xogħol sabiex tiġi diskussal-kwistjoni.

(d)

Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni tal-Parteċipanti, m'għandhomx jidħlu fis-seħħ it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ uffiċjali.

Taqsima 2:   Il-proċeduri għall-krediti tal-esportazzjoni

44.   In-notifika minn qabel b'diskussjoni

(a)

Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn jekk ir-Rata Minima tal-Primjum li ġiet applikata kienet iddeterminata skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24 e) jew l-Artikolu 28 skont l-Anness V tal-Arranġament. Jekk kwalunkwe Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra. Jekk l-MPR applikabbli wara l-mitigazzjoni/esklużjoni tar-riskju hija inqas minn jew daqs 75 fil-mija tal-MPR li kieku tirriżulta mill-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż xerrej mingħajr kwalunkwe mitigazzjoni jew esklużjoni tar-riskju, il-Parteċipant li jinnotifika għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas 20 jum kalendarju qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn.

(b)

Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni biex tkun iffaċilitata r-reviżjoni tal-korp ta’ esperjenza skont l-Artikolu 66. Il-Parteċipanti għandhom iżommu rekords tal-esperjenza tagħhom fir-rigward tar-rati tal-primjum li ġew innotifikati skont il-paragrafu a) t'aktar 'il fuq.

45.   In-notifika minn qabel mingħajr diskussjoni

(a)

Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha, mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn skont l-Anness V tal-Arranġament, jekk biħsiebu:

(1)

Jappoġġja terminu ta’ ħlas lura ta’ aktar minn ħames snin imma li ma jeċċedix it-tmien snin u nofs għal pajjiż tal-Kategorija I.

(2)

Jipprovdi appoġġ għal impjant ta’ enerġija non-nukleari b'terminu ta’ ħlas lura itwal mill-massimu rilevanti fl-Artikolu 12, imma li ma jeċċedix it-12-il sena kif inhu stipulat fl-Artikolu 13 a).

(3)

Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 14 d).

(4)

Japplika rata ta’ primjum skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24 e).

(5)

Japplika rata ta’ primjum skont l-Artikolu 24 g).

(b)

Jekk il-parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ għal transazzjoni bħal din, għandu immedjatament jinforma lill-parteċipanti l-oħra kollha.

Taqsima 3:   Il-proċeduri għall-għajnuna relata mal-kummerċ

46.   In-notifika minn qabel

(a)

Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel jekk biħsiebu jipprovdi appoġġ uffiċjali għal:

Għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta’ żewġ miljuni SDRs jew aktar, u b'livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 80 fil-mija;

Għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta’ inqas minn żewġ miljuni SDRs u b'element ta’ għotja (kif inhu ddefinit mid-DAC) ta’ inqas minn 50 fil-mija;

Għajnuna marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta’ żewġ miljuni SDRs jew aktar u b'livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 80 fil-mija; jew

Għajnuna marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta’ inqas minn żewġ miljuni SDRs u b'livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 50 fil-mija, ħlief għall-każi li ġew stabbiliti fl-Artikolu 35 a) u b).

(b)

In-notifika minn qabel għandha ssir mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol qabel ma tagħlaq l-offerta jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-aktar kmieni.

(c)

Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġja t-termini u l-kondizzjonijiet notifikati, għandu jinforma immedjatament lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan.

(d)

Id-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, kif inhu deskritt fl-Artikolu 32.

47.   In-notifika fil-pront

(a)

Parteċipant għandu jinforma fil-pront lill-parteċipanti l-oħra kollha, jiġifieri f'jumejn ta’ xogħol bl-impenn, jekk jipprovdi appoġġ uffiċjali għal għajnuna marbuta b'valur ta’ jew:

Żewġ miljuni SDRs jew aktar u livell ta’ konċessjonalità ta’ 80 fil-mija jew aktar; jew

Inqas minn żewġ miljuni SDRs u livell ta’ konċessjonalità ta’ 50 fil-mija jew aktar ħlief għall-każi li ġew stabbiliti fl-Artikolu 35 a) u b).

(b)

Parteċipant għandu wkoll jinnotifika fil-pront lill-parteċipanti l-oħra kollha meta jiġi ffirmat protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu jew ftehim simili.

(c)

M'hemmx għalfejn tingħata notifika minn qabel jekk parteċipant biħsiebu jallinja termini u kondizzjonijiet finanzjarji li kienu soġġetti għal notifika fil-pront.

Taqsima 4:   Il-proċeduri ta' konsultazzjoni għall-għajnuna marbuta

48.   Il-fini tal-konsultazzjonijiet

(a)

Parteċipant li qed ifittex kjarifika dwar motivazzjoni kummerċjali possibbli għall-għajnuna marbuta jista' jitlob li tiġi provduta valutazzjoni tal-kwalità tal-għajnuna (li d-dettalji tagħha jinsabu fl-anness ix) sħiħa.

(b)

Barra minn hekk, Parteċipant jista' jitlob konsultazzjonijiet mal-parteċipanti l-oħra, skont l-Artikolu 49. Dawn jinkludu konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ kif ġie spjegat fil-qosor fl-Artikolu 54 sabiex ikunu diskussi:

l-ewwelnett, jekk offerta ta’ għajnuna tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 33 u 34; u

jekk ikun meħtieġ, jekk offerta ta’ għajnuna hiex iġġustifikata anki jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 33 u 34 ma ġewx sodisfatti.

49.   L-ambitu ta' u ż-żmien magħżul għall-konsultazzjonijiet

(a)

Matul il-konsultazzjonijiet, parteċipant jista' jitlob, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja:

il-valutazzjoni ta’ evalwazzjoni dettaljata ta’ studju ta’ probabbiltà/proġett;

jekk hemmx offerta li tikkompeti b'finanzjament mhux konċessjonali jew tal-għajnuna;

l-aspettattiva li l-proġett jiġġenera jew jiffranka munita barranija;

jekk hemmx kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet multilaterali bħall-Bank Dinji;

il-preżenza ta’ Irkant Kompetittiv Internazzjonali (icb), b'mod partikolari jekk dik tal-fornitur tal-pajjiż donatur hija l-offerta evalwata l-aktar baxxa;

l-implikazzjonijiet ambjentali;

kwalunkwe parteċipazzjoni mis-settur privat; u

iż-żmien magħżul tan-notifiki (eż. Sitt xhur qabel ma jagħlqu l-offerti jew qabel id-data tal-impenn) tal-krediti konċessjonali jew ta’ għajnuna.

(b)

Il-konsultazzjoni għandha tkun ikkompletata u s-sejbiet dwar iż-żewġ kwistjonijiet fl-Artikolu 48 għandhom jiġu nnotifikati mis-Segretarjat lill-Parteċipanti kollha mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel id-data tal-għeluq tal-offerti jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-ewwel. Jekk hemm nuqqas ta’ ftehim fost il-partijiet li jikkonsultaw, is-Segretarjat għandu jistieden lill-Parteċipanti l-oħra biex jesprimu l-fehmiet tagħhom f'ħamest ijiem ta’ xogħol. Għandu jirrapporta dawn il-fehmiet lill-Parteċipant li jinnotifika, li għandu jqis mill-ġdid ikomplix jekk jidher li m'hemm l-ebda appoġġ sostanzjali għal offerta ta’ għajnuna.

50.   Ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet

(a)

Donatur li jixtieq jipproċedi bi proġett minkejja n-nuqqas ta’ appoġġ sostanzjali għandu jipprovdi notifika minn qabel tal-intenzjonijiet tiegħu lill-Parteċipanti l-oħra, mhux iktar tard minn 60 jum kalendarju wara li tkun ikkompletata l-Konsultazzjoni, jiġifieri l-aċċettazzjoni tal-konklużjoni tal-President. Id-donatur għandu jikteb ukoll ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD fejn jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u jispjega l-interess nazzjonali primarju mhux relatat mal-kummerċ li qed iġiegħel din l-azzjoni. Il-parteċipanti jistennew li avveniment bħal dan la se jkun tas-soltu u lanqas se jkun frekwenti.

(b)

Id-donatur għandu jinnotifika immedjatament lill-Parteċipanti li bagħat ittra lis-Segretarju-Ġenerali tal-OECD, b'kopja tagħha tkun inkluża man-notifika. La d-donatur u lanqas l-ebda Parteċipant ieħor m'għandu jagħmel impenn ta’ għajnuna marbuta sakemm jgħaddu għaxart ijiem ta’ xogħol minn wara tkun inħarġet din in-notifika lill-Parteċipanti. Għall-proġetti fejn matul il-proċess ta’ konsultazzjoni kienu identifikati offerti kummerċjali li jikkompetu, il-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol li ssemma' aktar 'il fuq għandu jkun estiż għal 15-il jum.

(c)

Is-segretarjat għandu jimmonitorja l-progress u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

Taqsima 5:   L-Iskambju tal-informazzjoni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ

51.   Il-punti ta' kuntatt

Il-komunikazzjonijiet kollha għandhom isiru bejn il-punti ta’ kuntatt magħżula f'kull pajjiż permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. L-OLIS, u għandhom jiġu trattati b'mod konfidenzjali.

52.   L-ambitu tal-mistoqsijiet

(a)

Parteċipant jista' jistaqsi lil parteċipant ieħor dwar l-attitudni li jieħu fir-rigward ta’ pajjiż terz, ta’ istituzzjoni f'pajjiż terz, jew ta’ metodu partikolari ta’ kif isir in-negozju.

(b)

Parteċipant li rċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista' jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, fejn jagħti t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li qed jistaqsi għandu jkun lest li jappoġġja.

(c)

Jekk issir mistoqsija lil aktar minn Parteċipant wieħed, għandha tinkludi lista ta’ destinatarji.

(d)

Kopja tal-mistoqsijiet kollha għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat.

53.   L-ambitu tar-risposti

(a)

Il-Parteċipant li lilu ġiet indirizzata mistoqsija għandu jirrispondi f'ebat ijiem kalendarji u għandu jipprovdi l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli. Ir-risposta għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista' jagħti tad-deċiżjoni li probabbilment se jieħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-risposta sħiħa għandha ssegwi kemm jista' jkun malajr. Għandhom jintbagħtu kopji lid-destinatarji l-oħra tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.

(b)

Jekk risposta għal mistoqsija wara ssir invalida minħabba kwalunkwe raġuni, pereżempju għaliex:

saret, inbidlet jew ġiet irtirata applikazzjoni, jew

qed jitqiesu termini oħra,

mingħajr dewmien, għandha tintbagħat risposta u għandha tintbagħat kopja lid-destinatarji l-oħra kollha tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.

54.   Il-konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ

(a)

Parteċipant għandu jaqbel fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol għal talbiet għal konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ.

(b)

Talba għal konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ għandhom ikunu disponibbli għall-Parteċipanti u għan-non-Parteċipanti. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista' jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

(c)

Il-president tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa, eż. Linja Komuni. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni.

55.   Il-proċeduri u l-format tal-linji komuni

(a)

Il-proposti għal linja komuni jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. Is-Segretarjat għandu jibgħat proposta għal Linja Komuni lill-Parteċipanti kollha, u fejn tkun involuta għajnuna marbuta, lill-punti ta’ kuntatt tad-DAC kollha. L-identità ta’ min ħa l-inizjattiva ma tinkixifx fuq ir-Reġistru tal-Linji Komuni fuq il-Bord tal-Bullettini tal-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista' verbalment jikxef l-identità ta’ min ħa l-inizjattiva lil Parteċipant jew lil membru tad-DAC jekk jintalab jagħmel dan. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ talbiet bħal dawn.

(b)

Il-propsta għal Linja Komuni għandha tkun iddatata u għandu jkollha l-format li ġej:

In-numru ta’ referenza, segwit minn “Linja Komuni”.

L-isem tal-pajjiż li qed jimporta u tax-xerrej.

L-isem tal-proġett jew deskrizzjoni tiegħu kemm jista' jkun preċiża biex il-proġett ikun identifikat b'mod ċar.

It-termini u l-kondizzjonijiet previsti mill-pajjiż li ħa l-inizjattiva.

Il-proposta għal linja komuni.

In-nazzjonalità u l-ismijiet tal-offerenti magħrufa li qed jikkompetu.

Id-data tal-għeluq tal-offerti kummerċjali u finanzjarji u n-numru tal-offerta safejn huwa magħruf.

Informazzjoni oħra rilevanti, inklużi r-raġunijiet għaliex kienet proposta l-linja komuni, id-disponibilità ta’ studji tal-proġett u/jew ċirkostanzi speċjali.

(c)

Proposta għal Linja Komuni mressqa skont l-Artikolu 33 b) 4 għandha tkun indirizzata lis-Segretarjat u għandha tintbagħat kopja lill-Parteċipanti l-oħra. Il-Parteċipant li jagħmel il-proposta għal Linja Komuni għandu jipprovdi spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għaliex iqis li l-klassifikazzjoni ta’ pajjiż għandha tkun differenti mill-proċedura li ġiet stabbilita fl-Artikolu 33 b).

(d)

Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli b'mod pubbliku l-Linji Komuni miftiehma.

56.   Ir-reazzjonijiet għall-proposti għal linji komuni

(a)

Ir-reazzjonijiet għandhom isiru f'20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti jiġu inkoraġġiti jirreaġixxu għal proposta għal Linja Komuni kemm jista' jkun malajr.

(b)

Reazzjoni tista' tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva.

(c)

Parteċipant li javża li m'għandu l-ebda pożizzjoni għaliex ma ġiex avviċinat minn esportatur jew mill-awtoritajiet fil-pajjiż riċeventi f'każ ta’ għajnuna għall-proġett, għandu jitiqes bħala li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni.

57.   L-aċċettazzjoni tal-linji komuni

(a)

Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, imma l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha tibqa' miftuħa għal perjodu ieħor ta’ tmint ijiem kalendarji.

(b)

Wara dan il-perjodu l-ieħor, Parteċipant li ma rrifjutax b'mod espliċitu l-proposta għal linja komuni għandu jitiqes li aċċetta l-linja komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, jista' jaċċetta l-Linja Komuni taħt il-kondizzjoni li jkun hemm aċċettazzjoni espliċita min-naħa ta’ Parteċipant wieħed jew aktar.

(c)

Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni ikun qed jaċċetta b'mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. Huwa mifhum li aċċettazzjoni parzjali bħal din tista' twassal lil Parteċipanti oħra biex ibiddlu l-attitudni tagħhom lejn Linja Komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha huma liberi li joffru jew jallinjaw it-termini u l-kondizzjoniiet li mhumiex koperti minn Linja Komuni.

(d)

Linja Komuni li ma ġietax aċċettata tista' titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 55 u 56. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti mhumiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom.

58.   In-nuqqas ta' ftehim dwar il-linji komuni

Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jistgħux jiftiehmu dwar Linja Komuni f'perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji, dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din.

59.   Id-data effettiva tal-linja komuni

Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet irrifjutata; il-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fuq l-OLIS rekord aġġornat b'mod permanenti tal-Linji Komuni kollha li kien hemm ftehim dwarhom jew li għad m'hemmx deċiżjoni dwarhom.

60.   Il-validità tal-linji komuni

(a)

Linja Komuni, ladarba tkun miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat jiġi informat li m'għadiex ta’ interess, u li ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha. Linja Komuni għandha tibqa' valida għal perjodu ieħor ta’ sentejn jekk Parteċipant ifittex estensjoni f'14-il jum kalendarju mid-data oriġinali tal-iskadenza. Jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura. Linja Komuni miftiehma skont l-Artikolu 33 b) 4) għandha tkun valida sakemm id-data tal-Bank Dinji għas-sena ta’ wara tkun disponibbli.

(b)

Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-linji komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati skont dan, permezz taż-żamma tal-elenku “l-istatus tal-Linji Komuni validi” fuq l-OLIS. Skond dan, inter alia s-Segretarjat għandu:

Iżid Linji Komuni ġodda fejn dawn ġew aċċettati mill-Parteċipanti.

Jaġġorna d-data tal-iskadenza meta Parteċipant jitlob estensjoni.

Iħassar Linji Komuni li skadew.

Joħroġ, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, lista ta’ Linji Komuni li mistennija jiskadu fit-tliet xhur ta’ wara.

Taqsima 6:   Id-dispożizzjonijiet operattivi għall-komunikazzjoni tar-rati minimi tal-imgħax (ir-rrik)

61.   Il-komunikazzjoni tar-rati minimi tal-imgħax

(a)

Ir-RRIK għal muniti li jiġu ddeterminati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 għandhom jintbagħtu permezz ta’ komunikazzjoni istantanja mill-inqas darba fix-xahar lis-Segretarjat biex tkun iċċirkolata lill-Parteċipanti kollha.

(b)

Notifika bħal din għandha tasal is-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar li ġie kopert minn din l-informazzjoni. Is-Segretarjat imbagħad għandu jinforma immedjatament lill-Parteċipanti kollha bir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli pubblikament.

62.   Id-data effettiva għall-applikazzjoni tar-rati tal-imgħax

Kwalunkwe bidla fir-RRIK għandha tidħol fis-seħħ fil-ħmistax-il jum wara t-tmiem ta’ kull xahar.

63.   Il-bidliet immedjati fir-rati tal-imgħax

Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu n-notifika ta’ emenda lil RRIK matul xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem wara li n-notifika ta’ din l-emenda tkun ġiet riċevuta mis-Segretarjat.

Taqsima 7:   Ir-reviżjonijiet

64.   Ir-reviżjoni regolari tal-arranġament

(a)

Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu b'mod regolari l-funzjonament tal-Arranġament. Fir-reviżjoni, il-Parteċipanti għandhom jeżaminaw, inter alia, il-proċeduri ta’ notifika, l-implimentazzjoin u l-operazzjoni tas-sistema tad-DDR, ir-regoli u l-proċeduri tal-għajnuna marbuta, il-kwistjonijiet ta’ allinjament, l-impenji minn qabel u l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni usa' fl-Arranġament.

(b)

Din ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar l-esperjenza tal-Parteċipanti u fuq is-suġġerimenti tagħhom biex jittejbu l-operazzjoni u l-effikaċja tal-Arranġament. Il-Parteċipanti għandhom iqisu l-għanijiet tal-Arranġament u s-sitwazzjoni ekonomika u monetarja prevalenti. L-informazzjoni u s-suġġerimenti li l-Parteċipanti jixtiequ jressqu għal din ir-reviżjoni għandhom jaslu s-Segretarjat mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju qabel id-data tar-reviżjoni.

65.   Ir-reviżjoni tar-rati minimi tal-imgħax

(a)

Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu perjodikament s-sistema għall-iffissar tar-RRIK sabiex ikun żgurat li r-rati notifikati jirriflettu l-kondizzjonijiet korrenti tas-suq u jissodisfaw l-għanijiet li jsostnu l-istabbiliment tar-rati operattivi. Reviżjonijiet bħal dawn għandhom ikopru wkoll l-marġni li għandu jiġi miżjud meta dawn ir-rati jiġu applikati.

(b)

Parteċipant jista' jressaq quddiem il-President tal-Parteċipanti talba ssostanzjata għal reviżjoni straordinarja f'każ li dan il-Parteċipant iqis li r-RRIK għal munita waħda jew aktar m'għadiex tirrifletti l-kondizzjonijiet korrenti tas-suq.

66.   Ir-reviżjoni tar-rati minimi tal-primjum u kwistjonijiet relatati

Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw u jirrivedu b'mod regolari l-aspetti kollha tar-regoli u tal-proċeduri tal-primjums. Dan għandu jinkludi:

(a)

il-metodoloġija għall-mudell tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż sabiex ikun rivedut il-validità tiegħu fid-dawl tal-esperjenza;

(b)

ir-rati Minimi tal-Primjum għar-Riskju ta’ kreditu tal-pajjiż u għal dak sovran sabiex ikunu aġġustati matul iż-żmien ħalli jkun żgurat li jibqgħu miżura preċiża tar-riskju, billi jitqiesu t-tliet PFTs: il-metodi tad-dħul u l-ħruġ tal-flus u tal-akkumulazzjonijiet tal-imgħax u, fejn ikun xieraq, l-indikaturi tas-suq privat;

(c)

id-differenzazzjonijiet fl-MPRs li jqisu l-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta; u

(d)

il-korp tal-esperjenza relatat mal-użu tal-mitigazzjoni u/jew tal-esklużjoni tar-riskju kif ġie stabbilit fl-Artikolu 28 u l-validità kontinwa u kemm jibqgħu xierqa l-Fatturi tal-Mitigazzjoni/tal-Esklużjoni tar-Riskju speċifiċi permissibbli. Biex tkun mgħejjuna r-reviżjoni, is-Segretarjat għandu jipprovdi r-rapporti tan-notifiki kollha.


(1)  Kif iddefinit fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-OECD.

(2)  Ibbażata fuq ir-reviżjoni annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi tiegħu, għall-fini tal-kategorija tal-klassifikazzjoni tal-kategorija tal-pajjiż se jintuża limitu ta’ Dħul Gross Nazzjonali (DGN) per capita, b'limitu bħal dan ikun disponibbli fuq il-websajt tal-OECD (www.oecd.org/ech/xcred).

(3)  Għal finijiet amministrattivi, uħud mill-pajjiżi li ġeneralment ma jirċivux krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati ma jistgħux jiġu kklassifikati.

(4)  L-Indikaturi tas-Suq Privat huma: bonds sovrani, metodu ta’ qari read-across, suq tal-konfiski u self sindikat.

(5)  Ibbażat fuq ir-reviżjoni annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi, għall-fini tal-eliġibilità għall-għajnuna marbuta se jintuża limitu ta’ Dħul Gross Nazzjonali (DGN) per capita; limitu bħal dan huwa disponibbli fuq il-websajt tal-OECD (www.oecd.org/ech/xcred).

(6)  Għall-finijiet tal-Artikolu 33 b) 5), l-ismantellament ta’ impjant tal-enerġija nukleari jista' jitqies bħala għajnuna umanitarja. F'każ ta’ inċident nukleari jew inċident kbir industrijali li jikkawża tniġġiż transkonfinali serju, kwalunkwe Parteċipant affetwat jista' jipprovdi għajnuna marbuta sabiex jitneħħew jew jitaffew l-effetti tiegħu. Fkaż ta’ riskju sinifikanti li jista' jiġri inċident bħal dan, kwalunkwe Parteċipant li huwa potenzjalment affetwat li biħsiebu jipprovdu għajnuna biex jipprevjeni li dan iseħħ għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 46. Il-Parteċipanti l-oħra għandhom iqisu b'mod favorevoli aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-għajnuna marbuta skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi.

L-ANNESS I

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI

KAPITOLU I

L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI

1.   Il-parteċipazzjoni

Il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali huma: l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea u n-Norveġja.

2.   L-ambitu tal-applikazzjoni

Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, jistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċifiċi għal krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-kuntratti tal-esportazzjoni ta':

(a)

Kwalunkwe bastiment ġdid ta’ fuq il-baħar ta’ 100 gt u aktar li jintuża għat-trasport ta’ oġġetti jew ta’ persuni, jew għat-twettiq ta’ servizz speċjalizzat (pereżempju, bastimenti tas-sajd, bastimenti għall-manifattura tal-ħut, bastimenti li jkissru s-silġ u bħala dreġers, li jippreżentaw b'mod permanenti permezz tal-mezzi ta’ propulsjoni u direzzjoni (ir-rota tat-tmun) tagħhom il-karatteristiċi kollha ta’ navigazzjoni awtonoma fil-baħar miftuħ), laneċ tal-irmonk ta’ 365 kw u aktar u strutturi ta’ bastimenti li mhumiex lesti li jżommu f'wiċċ l-ilma u li huma mobbli. Il-Ftehim Settorjali ma jkoprix il-bastimenti militari. Il-baċiri li jżommu f'wiċċ l-ilma u l-unitajiet mobbli lil hinn mix-xtut (mobile offshore units) mhumiex koperti mill-Ftehim Settorjali, imma jekk jinqalgħu il-problemi b'rabta mal-krediti tal-esportazzjoni għal strutturi bħal dawn, il-parteċipanti għall-Ftehim Settorjali (li minn hawn 'il quddiem se jissejħu il-“Parteċipanti”), wara li jitqiesu t-talbiet issostanzjanzati minn kwalunkwe Parteċipant, jistgħu jiddeċiedu li għandhom ikunu koperti.

(b)

Kwalunkwe konverżjoni ta’ vapur. Il-konverżjoni ta’ vapur tfisser kwalunkwe konverżjoni ta’ bastimenti ta’ fuq il-baħar ta’ aktar minn 1 000 gt sakemm l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni jinkludu bidliet radikali fil-pjan tat-tagħbija, fil-buq jew fis-sistema ta’ propulsjoni.

(c)

(1)

Għalkemm il-bastimenti tat-tip ħoverkraft mhumiex inklużi fil-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti jitħallew jagħtu krediti tal-esportazzjoni għall-bastimenti tal-ħoverkraft b'kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jipprevalu fil-Ftehim Settorjali. Jimpenjaw irwieħhom sabiex japplikaw din il-possibbiltà b'mod moderat u biex ma jagħtux kondizzjonijiet ta’ kreditu bħal dawn lil bastimenti tal-ħoverkraft f'każi fejn ġie stabbiliti li m'hi offruta l-ebda kompetizzjoni skont il-kondizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali.

(2)

Fil-Ftehim Settorjali, it-terminu “ħoverkraft” huwa ddefinit kif ġej: vettura amfibja ta’ mill-inqas 100 tunnellata maħsuba biex tkun appoġġjata għalkollox mill-ajra li tinħareġ mill-vettura fejn tifforma spazju li jinżamm fi struttura flessibbli madwar il-periferija tal-vettura u s-superfiċje tal-art jew tal-ilma taħt il-vettura, u li tista' tiġi imbuttata u kkontrollata minn skrejjen tal-arja jew minn arja li tgħaddi minn kanali minn fannijiet jew minn strumenti simili.

(3)

Huwa mifhum li l-għotja ta’ krediti tal-esportazzjoni b'kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jipprevalu f'dan il-Ftehim Settorjali għandha tkun limitata għal dawk il-bastimenti tal-ħoverkraft li jintużaw tul rotot marittimi u tul rotot li mhumiex fuq l-art, ħlief biex jintlaħqu l-faċilitajiet tat-terminals li jinsabu f'distanza massima ta’ kilometru mill-ilma.

KAPITOLU II

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

3.   It-terminu massimu ta’ hlas lura

It-terminu massimu ta’ ħlas lura, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta’ 12-il sena wara l-konsenja.

4.   Ħlas bi flus kontanti

Il-Parteċipanti għandhom jeħtieġu ħlas minimu bi flus kontanti ta’ 20 fil-mija tal-prezz tal-kuntratt mal-konsenja.

5.   Il-ħlas lura tal-kapital

Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandha titħallas lura f'rati indaqs normalment f'intervalli regolari ta’ sitt xhur u massimu ta’ 12-il xahar.

6.   Il-primjum minimu

Id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament f'relazzjoni mal-livelli ta’ referenza minimi tal-primjum m'għandhomx ikunu applikati sakemm dispożizzjonijiet bħal dawn ma ġewx riveduti aktar mill-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali.

7.   L-għajnuna

Kwalunkwe Parteċipant li jixtieq jipprovdi l-għajnuna, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament, irid jikkonferma li l-vapur ma jiġix operat taħt reġistru miftuħ matul it-terminu ta’ ħlas lura u li nkisbet l-assigurazzjoni xierqa li s-sid aħħari joqgħod fil-pajjiż riċeventi, mhux sussidjarju mhux operattiv ta’ interess barrani u impenja ruħu li ma jbigħx il-vapur mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern tiegħu.

KAPITOLU III

IL-PROĊEDURI

8.   In-notifika

Għall-fini tat-trasparenza, kull parteċipant, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament u s-Sistema tar-Rappurtaġġ tal-Kredituri tal-IBRD/Unjoni ta’ Berne/OECD, għandu jipprovdi informazzjoni annwali dwar is-sistema tiegħu għall-provvista ta’ appoġġ uffiċjali u dwar il-mezzi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali, inklużi l-iskemi li huma fis-seħħ.

9.   Ir-reviżjoni

(a)

Il-Ftehim Settorjali għandu jiġi rivedut kull sena jew fuq it-talba ta’ kwalunkwe Parteċipant fi ħdan il-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tarzna tal-OECD, u għandu jsir rapport lill-Parteċipant għall-Arranġament.

(b)

Biex ikunu ffaċilitati l-koerenza u l-konsistenza bejn l-Arranġament u l-Ftehim Settorjali u billi titqies in-natura tal-industrija tat-tarzna, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali u għall-arranġament se jikkonsultaw u jikkoordinaw kif inhu xieraq.

(c)

Fuq deċiżjoni min-naħa tal-Parteċipanti għall-Arranġament biex jinbidel l-arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) se jeżaminaw deċiżjoni bħal din u jqisu r-rilevanza tagħha għal dan il-Ftehim Settorjali. Sakemm issir konsiderazzjoni bħal din, l-emendi għall-Arranġament mhux se japplikaw għal dan il-Ftehim Settorjali. F'każ li l-Parteċipanti jistgħu jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament għandhom jirrapportaw dan bil-miktub lill-Parteċipanti għall-Arranġament. F'każ li l-Parteċipanti ma jistgħux jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament safejn l-applikazzjoni tagħhom għat-tarzna hija kkonċernata, għandhom jinformaw lill-Parteċipanti għall-Arranġamenti bl-oġġezzjonijiet tagħhom u għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet magħhom sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet. F'każ li ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim bejn iż-żewġ gruppi, il-fehmiet tal-Parteċipanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-emendi għat-tarzna għandha tipprevali.

(d)

Mad-dħul fis-seħħ tal-“Ftehim dwar il-Kondizzjonijiet Normali tal-Kompetizzjoni fl-Industrija tal-Kostruzzjoni u tat-Tiswija ta’ Bastimenti tal-Merkanzija” dan il-Ftehim Settorjali għandu jieqaf japplika għal dawk il-Parteċipanti li huma legalment meħtieġa li japplikaw il-Ftehim dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni għall-Bastimenti tal-1994 [C/WP6(94)6]. Parteċipanti bħal dawn għandhom jaħdmu għal reviżjoni immedjata sabiex il-Ftehim tal-1994 jinġieb skont dan il-Ftehim Settorjali.

Żjieda

L-IMPENJI GĦAX-XOGĦOL FUTUR

Minbarra x-xogħol Futur tal-Arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali jaqblu:

(a)

Li jiżviluppaw lista illustrattiva tat-tipi ta’ bastimenti li ġeneralment jitqiesu bħala li huma vijabbli b’mod mhux kummerċjali, fejn jitqiesu d-dixxiplini dwar l-għajnuna marbuta li ġew stabbiliti fl-Arranġament.

(b)

Li jirrivedu d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament f’relazzjoni mal-livelli minimi ta’ referenzi tal-primjums sabiex ikunu inkorporati f’dan il-Ftehim Settorjali.

(c)

Li jiddiskutu, bla ħsara għall-iżviluppi fin-negozjati internazzjonali rilevanti, l-inklużjoni ta’ dixxiplini oħra dwar ir-rati minimi tal-imgħax li jinkludu RRIK u rati varjabbli speċjali.

(d)

Li jiddiskutu l-applikabilità ta’ rati annwali ta’ ħlas lura tal-kapital.

L-ANNESS II

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA NUKLEARI

KAPITOLU I

L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI

1.   L-ambitu tal-applikazzjoni

(a)

Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament:

Jistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċjali li japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-kuntratti għall-esportazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-enerġija nukleari kompleti jew ta’ partijiet minnhom, li jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha, inkluż it-taħriġ tal-personal, meħtieġa direttament għall-kostruzzjoni u għall-montaġġ ta’ stazzjonijiet tal-enerġija nukleari bħal dawn. Jistabbilixxi wkoll it-termini li japplikaw biex ikun appoġġjat il-fjuwil nukleari.

Ma japplikax għal oġġetti li s-soltu jkun responsabbli għalihom ix-xerrej, b'mod partikolari l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, mat-toroq, mal-bini fuq il-lant tax-xogħol, mal-linji tal-enerġija, u mal-installazzjoni għat-trasmissjoni tal-enerġija u mal-provvista tal-ilma, kif ukoll l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba proċeduri ta’ approvazzjoni uffiċjali (eż. il-permessi għas-sit, il-permess għall-kostruzzjoni, il-permess biex jitgħabba l-fjuwil) fil-pajjiż tax-xerrej, ħlief:

f'każi fejn ix-xerrej tal-installazzjoni tat-trasmissjoni tal-enerġija huwa l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt ġie konkluż f'relazzjoni mal-installazzjoni tat-trasmissjoni tal-enerġija oriġinali għal dak l-impjant tal-enerġija, it-terminu massimu ta’ ħlas lura u r-rati minimi tal-imgħax għall-installazzjoni tat-trasmissjoni tal-enerġija oriġinali għandhom ikunu l-istess bħal dawk għall-impjant tal-enerġija nukleari (jiġifieri, 15-il sena u r-RRSIK).

Ma japplikax għas-substazzjonijiet, għat-transformers u għal-linji ta’ trasmissjoni.

(b)

Dan il-Ftehim Settorjali japplika wkoll għall-modernizzazzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari eżistenti f'każi fejn kemm il-valur totali tal-modernizzazzjoni tkun ta’ jew aktar minn 80 miljun SDRs (il-Kategorija X) kif ukoll it-tul ta’ żmien ekonomiku tal-impjant probabbli li tiġi estiża b'mill-inqas 15-il sena. Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kriterji ma tiġix sodisfatta, japplikaw it-termini tal-Arranġament.

(c)

Aktar milli l-Ftehim Settorjali għandhom japplikaw it-termini tal-Arranġament għall-appoġġ uffiċjali pprovdut għall-ismantellament ta’ impjant tal-enerġija nukleari. L-ismantellament jiġi ddefinit bħala l-għeluq jew l-ismantellar ta’ impjant tal-enerġija nukleari. Il-proċeduri ta’ Linja Komuni li ġew stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 60 tal-Arranġament jipprovdi l-possibbiltà li t-termini ta’ ħlas lura jkunu ristretti jew estiżi.

2.   Ir-reviżjoni

Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali b'mod regolari.

KAPITOLU II

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

3.   It-terminu massimu ta' ħlas lura

It-terminu massimu ta’ ħlas lura, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta’ 15-il sena.

4.   Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax

(a)

Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandha titħallas lura f'rati ndaqs.

(b)

Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza li ma tkunx inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel rata tal-kapital u tal-imgħax għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

Għall-krediti tal-esportazzjoni li ġew provduti b'appoġġ għat-transazzjonijiet tal-kiri, jistgħu jiġu applikati ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a).

5.   Ir-rati minimi tal-imgħax

(a)

Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament permezz ta’ finanzjament dirett, finanzjament mill-ġdid jew appoġġ għar-rata tal-imgħax għandu japplika rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipant għandu japplika r-Rati ta’ Referenza Speċjali tal-Imgħax Kummerċjali (RRSIK). Fejn l-impenn tar-RRSIK iffissat inizjalment huwa limitat għal perjodu massimu li ma jeċċedix il-15-il sena, li jibda mid-data tal-għotja tal-kuntratt, kwalunkwe appoġġ uffiċjali għall-perjodu li baqa' tas-self għandu wkoll ikun limitat għal garanziji jew għal appoġġ għar-rata tal-imgħax bir-RRSIK rilevanti li jipprevalu fiż-żmien tal-finanzjament mill-ġdid (roll-over).

(b)

Fejn jiġi provdut appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal tagħmir għall-provvista parzjali ta’ impjant tal-enerġija nukleari li għalih il-fornitur m'għandu l-ebda responsabbiltà għall-montaġġ, ir-rata minima tal-imgħax għandha tkun ir-RRSIK skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Alternattivament, Parteċipant jista' joffri r-RRIK rilevanti skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament, sakemm il-perjodu massimu mid-data tal-għotja tal-kuntratt sad-data tal-ħlas lura finali ma jeċċedix l-għaxar snin.

6.   Il-kostruzzjoni tar-RRSIK

Ir-RRSIK għandhom ikunu ffissati b'marġni ffissat ta’ 75 punt bażi 'l fuq mir-RRIK għall-munita kkonċernata, ħlief dik għall-Jen Ġappuniż, il-marġni għandu jkun ta’ 40 punt bażi. Għal dawn il-muniti li għandhom akar minn RRIK waħda, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20 a) tal-Arranġament, biex jinbnew ir-RRSIK għandha tintuża r-RRIK għall-itwal terminu.

7.   L-ispejjeż lokali u l-kapitalizzazzjoni tal-imgħax

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 d) tal-Arranġament ma japplikawx fejn l-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament jiġi provdut fuq il-bażi tar-RRSIK. L-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament b'rati li mhumiex ir-RRSIK kemm għall-ispejjeż lokali kif ukoll għall-kapitalizzazzjoni tal-imgħax li jakkumula qabel il-punt tal-bidu meħuda flimkien m'għandux ikopri ammont li jeċċedi l-15 fil-mija tal-valur tal-esportazzjoni.

8.   L-appoġġ uffiċjali għall-fjuwil nukleari

(a)

It-terminu massimu ta’ ħlas lura għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil m'għandiex teċċedi l-erba' snin mill-konsenja. Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil għandu japplika r-rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipant għandu japplika r-RRIK rilevanti. It-tagħbija inizjali tal-fjuwil għandha tikkonsisti f'mhux aktar mill-qalba nukleari li ġiet installata inizjalment, flimkien ma’ żewġ rikarigi sussegwenti, li flimkien jikkonsistu sa żewġ terzi ta’ qalba nukleari.

(b)

It-terminu massimu ta’ ħlas lura għal rikarigi sussegwenti tal-fjuwil nukleari huwa ta’ sitt xhur. Jekk f'ċirkostanzi eċċezzjonali termini itwal, imma jkun xi jkun il-każ li ma jeċċedux is-sentejn, jitqiesu xierqa, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 44 tal-Arranġament. Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal rikarigu sussegwenti ta’ fjuwil nukleari għandu japplika rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipant għandu japplika r-RRIK rilevanti.

(c)

L-appoġġ uffiċjali għall-provvista separata tas-Servizzi għall-Arrikkiment tal-Uranju m'għandhomx ikunu provduti skont termini aktar favorevoli minn dak li japplikaw għall-fjuwil nukleari.

(d)

L-ipproċessar mill-ġdid u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq (inkluż ir-rimi tal-iskart) għandhom jitħallasu fuq bażi ta’ flus kontanti.

(e)

Il-Parteċipanti m'għandhomx jipprovdu fjuwil nukleari jew servizzi bla ħlas.

9.   L-għajnuna

Il-Parteċipanti m'għandhomx jipprovdu appoġġ għall-għajnuna, sakemm din ma tkunx fil-forma ta’ għajnuna mhux marbuta.

KAPITOLU III

IL-PROĊEDURI

10.   Il-konsultazzjoni minn qabel

Filwaqt li jirrikonoxxu l-vantaġġi li jistgħu jakkumulaw jekk tista' tinkiseb attitudni komuni lejn it-termini għal impjant tal-enerġija nukleari, il-Parteċipanti jaqblu li jinvolvu rwieħhom f'konsultazzjoni minn qabel fil-każi kollha fejn hemm intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali.

11.   In-notifika minn qabel

(a)

Il-Parteċipant li beda konsultazzjoni minn qabel għandu jinnotifika lill-parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel ma jieħu deċiżjoni finali bit-termini li biħsiebu jappoġġja skont l-Anness V tal-Arranġament.

(b)

Il-Parteċipanti l-oħra m'għandhomx jieħdu deċiżjoni finali dwar it-termini li se jappoġġjaw matul il-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol li ġie speċifikat fis-subparagrafu a) t'aktar 'il fuq imma f'ħamest ijiem għandhom jiskambjaw informazzjoni mal-Parteċipanti l-oħra kollha fil-konsultazzjoni dwar it-termini xierqa ta’ kreditu għat-transazzjoni bl-għan li tinkiseb attitudni komuni dwar termini bħal dawn.

(c)

Jekk ma tinkisibx attitudni komuni permezz ta’ dawn il-mezzi fil-perjodu ta’ għaxart ijiem wara li tiġi riċevuta n-notifika inizjali, id-deċiżjoni finali ta’ kull Parteċipant fil-konsultazzjoni għandha tiġi ttardjata għal għaxart ijiem tax-xogħol addizzjonali fejn matul dan il-perjodu għandhom isiru aktar sforzi sabiex tinkiseb attitudni komuni permezz ta’ konsultazzjoni wiċċimbwiċċ.

L-ANNESS III

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI

PARTI 1

INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA U KBAR U MAGNI GĦAL INĠENJI TAL-AJRU BĦAL DAWN

KAPITOLU I

L-AMBITU

1.   Il-forma u l-ambitu tal-applikazzjoni

(a)

Il-parti 1 tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, tistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċjali li japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-bejgħ jew mal-kiri ta’ inġenji tal-ajru ċivili ġodda u kbar, li ġew elenkati fl-Appendiċi 1, u l-magni li ġew installati f’inġenji tal-ajru bħal dawn. Inġenju tal-ajru ġdid huwa inġenju tal-ajru li sidu huwa l-manifattur, jiġifieri inġenju tal-ajru li la kien ikkonsenjat u lanqas intuża qabel għall-fini li kien intenzjonat għalih li jġorr passiġġieri li jħallsu nol u/jew merkanzija. Dan m’għandux jipprekludi l-appoġġ minn Parteċipant għal termini li huma xierqa għal inġenji tal-ajru ġodda għal transazzjonijiet fejn, bl-għarfien minn qabel ta’ dak il-Parteċipant, tqiegħdu għal-lest arranġamenti temporanji ta’ finanzjament kummerċjali għaliex il-provvista ta’ appoġġ uffiċjali ġiet ittardjata. F’każi bħal dawn, it-terminu ta’ ħlas lura, inkluż il-“punt tal-bidu tal-kreditu” u d-“data tal-ħlas lura finali”, għandhom ikunu l-istess kif kienu jkunu li kieku l-bejgħ jew il-kiri tal-inġenju tal-ajru rċieva appoġġ uffiċjali mid-data li fiha l-inġenju tal-ajru kien ikkonsenjat oriġinarjament.

(b)

It-termini tal-Kapitolu I japplikaw ukoll għal magni u għal partijiet li jistgħu jinbidlu meta kkontemplati bħala parti mill-ordni oriġinali tal-inġenju ta l-ajru, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tal-Parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Ma japplikawx għas-simulaturi tat-titjiriet, li huma soġġetti għat-termini tal-Arranġament.

2.   L-għan

L-għan ta’ dan il-Parti tal-Ftehim Settorjali huwa li jkun stabbilit ekwilibriju bbilanċjat li fis-swieq kollha:

jagħmel indaqs il-kondizzjonijiet finanzjarji kompetittivi bejn il-Parteċipanti;

jinnewtralizza l-finanzi fost il-Parteċipanti bħala fattur fl-għażla fost l-inġenji tal-ajru li qed jikkompetu; u

jevita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

KAPITOLU II

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA

3.   Il-ħlas parzjali

(a)

Il-Parteċipanti għandhom jeħtieġu ħlas parzjali minimu ta’ 15 fil-mija tal-prezz totali tal-inġenju tal-ajru, li jinkludi l-prezz tal-istruttura tal-inġenju, kwalunkwe magna installata flimkien mal-magni żejda u mal-partijiet li jistgħu jinbidlu sal-punt li jissemma fl-Artikolu 33 tal-parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(b)

L-appoġġ uffiċjali għal ħlas parzjali bħal dan jista’ biss jieħu l-forma ta’ assigurazzjoni u garanziji, jiġifieri sempliċi kopertura, kontra r-riskji ta’ qabel il-kreditu tas-soltu.

4.   It-terminu massimu ta’ ħlas lura

It-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ 12-il sena.

5.   Il-muniti eliġibbli

Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ uffiċjali għall-finanzjament huma d-Dollari tal-Istati Uniti, il-Euros u l-Isterlini tar-Renju Unit.

6.   Il-ħlas lura tal-kapital

(a)

Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni normalment għandha titħallas lura f’rati ndaqs u regolari bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u bl-ewwel rata li għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Fil-każ ta’ kiri, jista’ jiġi applikat profil ta’ ħlas lura bħal dan jew għall-ammont tal-kapital biss jew għall-kapital u għall-imgħax ikkombinati flimkien.

(b)

Parteċipant li biħsiebu jappoġġja l-ħlas lura tal-kapital skont termini differenti minn dawk li ġew stabbiliti fil-paragrafu a) għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

L-ebda ħlas lura waħdu jew serje ta’ ħlasijiet lura f’perjodu ta’ sitt xhur m’għandu jeċċedi l-25 fil-mija tas-somma kapitali li tista’ titħallas lura matul it-terminu tal-ħlas lura.

(2)

Il-parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel.

7.   Il-ħlas tal-imgħax

(a)

L-imgħax normalment m’għandux ikun ikkapitalizzat matul il-perjodu ta’ ħlas lura.

(b)

L-imgħax għandu jkun jista’ jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u bl-ewwel ħlas li għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

Parteċipant li biħsiebu jappoġġja ħlas tal-imgħax skont termini differenti minn dawk li ġew stabbiliti fil-paragrafu a) u b) għandu jagħti notifika minn qabel.

8.   Ir-rati minimi tal-imgħax

(a)

Il-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament, li m’għandux jeċċedi l-85 fil-mija tal-prezz totali tal-inġenju tal-ajru li jissemma fis-subparagrafu a) tal-Artikolu 3 tal-Ftehim Settorjali, għandu japplika rati minimi tal-imgħax sa massimu ta’ 62.5 fil-mija tal-prezz totali tal-inġenju tal-ajru kif ġej:

skont termini ta’ ħlas lura sa u li jinkludu l-għaxar snin - TB10 + 120 punti bażi;

skont termini ta’ ħlas lura ta’ aktar minn għaxra sa 12-il sena - TB10 + 175 punti bażi;

fejn TB10 tfisser ir-rendiment ta’ bonds tal-gvern ta’ għaxar snin għall-munita rilevanti (ħlief il-Euro) b’maturità kostanti bil-kalkulazzjoni tal-medja tul il-ġimgħatejn kalendarji ta’ qabel. Fil-każ tal-Euro, TB10 tfisser ir-rendiment ta’ maturità ta’ għaxar snin tal-kurva tar-rendiment tal-Euro, ikkalkulata mill-Eurostat sabiex tiġi stabbilita r-RRIK tal-Euro, bil-kalkulazzjoni tal-medja tul il-ġimgħatejn kalendarji ta’ qabel. Għall-muniti kollha għandu jiġi applikat marġni kif ġie speċifikat aktar ‘il fuq.

(b)

Il-perċentwali massima tal-prezz totali tal-inġenju tal-ajru li tista’ tiġi ffinanzjata bir-rati minimi ffissati tal-imgħax li ġew speċifikati fis-subparagrafu a) t’aktar ‘il fuq għandha tkun limitata għal 62.5 fil-mija meta l-ħlas lura tas-self jiġi mifrux tul it-tul ta’ żmien kollu tal-finanzjament u 42.5 fil-mija meta l-ħlas lura tas-self jiġi mifrux tul il-maturitajiet ta’ aktar tard. Il-Parteċipanti huma liberi li jużaw jew il-metodu tal-ħlas lura, bla ħsara għal- limitu massimu applikabbli għal dik ix-xerja. Parteċipanti li joffri qatgħa bħal din għandu jinnotifika lill-parteċipanti l-oħra bl-ammont, bir-rata tal-imgħax, bid-data meta ġiet iffissata r-rata tal-imgħax, bil-perjodu ta’ validità għar-rata tal-imgħax u bix-xejra tal-ħlas lura. Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu ż-żewġ limiti massimi fiż-żmien ta’ kull reviżjoni skont l-Artikolu 17 ta’ dan il-Ftehim Settorjali sabiex ikun eżaminat jekk limitu massimu jipprovdix aktar vantaġġi mill-ieħor sabiex ikun aġġustat l-aktar wieħed vantaġġjuż ħalli jkun hemm bilanċ aktar ekwilibrat.

(c)

Bla ħsara għal-limitu ta’ 85 fil-mija li ġie speċifikat fis-subparagrafu a) t’aktar ‘il fuq:

(1)

Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu b’mod addizzjonali appoġġ uffiċjali għall-finanzjament b’mod komparabbli għal dak provdut mill-Korporazzjoni ta’ Għoti ta’ Fondi Privati għall-Esportazzjoni (PEFCO). Informazzjoni ta’ kull ħmistax dwar l-ispejjeż tas-self tal-PEFCO u dwar ir-rati applikabbli tat-tislif, bid-drittijiet uffiċjali tal-garanzija esklużi, fuq finanzi b’rati ffissati għall-iżburżamenti immedjati tul serje ta’ dati, għal offerti ta’ kuntratti u għal offerti ta’ appalti għandha tkun ikkomunikata lill-Parteċipanti l-oħra fuq bażi regolari. Parteċipant li joffri qatgħa bħal din għandu jinnotifika lill-parteċipanti l-oħra bl-ammont, bir-rata tal-imgħax, bid-data meta ġiet iffissata r-rata tal-imgħax, bil-perjodu ta’ validità għar-rata tal-imgħax u bix-xejra tal-ħlasijiet lura. Kwalunkwe parteċipant li jallinja finanzjament bħal dan li ġie offrut minn Parteċipant ieħor għandu jallinjah fit-termini u fil-kondizzjonijiet kollha tiegħu ħlief għall-perjodu ta’ validità tal-offerti ta’ impenn kif ġie stabbilit fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(2)

Dawn ir-rati, kif ġie nnotifikat, għandhom jiġu applikati mill-Parteċipanti kollha sakemm ir-rata tal-imgħax tal-iżburżament ta’ 24 xahar ma teċċedix il-225 punt bażi ’l fuq mit-TB10. F’każ li r-rata tal-24 xahar teċċedi l-225 punt bażi, il-Parteċipanti huma liberi li japplikaw ir-rata ta’ 225 punt bażi għall-iżburżament tal-24 xahar u r-rati korrispondenti kollha u għandhom jikkonsultaw immedjatament sabiex tinstab soluzzjoni permanenti.

(d)

Ir-rati minimi tal-imgħax jinkludu l-primjum tal-assigurazzjoni tal-kreditu u d-drittijiet tal-garanzija. Madankollu, il-ħlasijiet tal-impenn u tal-ġestjoni mhumiex inklużi fir-rata tal-imgħax.

9.   L-aġġustamenti fir-rata tal-imgħax

Ir-rati minimi tal-imgħax li ġew stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim Settorjali għandhom jiġu riveduti kull ġimgħatejn. Jekk il-medja tar-rendiment tal-bonds tal-gvern għall-munita rilevanti b’maturità kostanti hija differenti b’għaxar punti bażi jew aktar fit-tmiem ta’ kwalunkwe perjodu ta’ ġimgħatejn, rati minimi tal-imgħax bħal dawn se jiġu aġġustati permezz tal-istess differenza fil-punti bażi li ġiet innotata aktar ‘il fuq u r-rata li ġiet ikkalkulata mill-ġdid se titqarreb lejn l-eqreb ħames punti bażi.

10.   Il-perjodu ta’ validità għall-krediti tal-esportazzjoni/għall-offerti tar-rati tal-imgħax

Il-perjodu ta’ kemm idumu l-offerti għar-rata minima tal-imgħax li ġie ffissat skont l-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim Settorjali m’għandux jeċċedi t-tliet xhur.

11.   Id-determinazzjoni tal-offerti tar-rata tal-imgħax u għażla tar-rati tal-imgħax

(a)

Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament skont l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim Settorjali b’rata tal-imgħax li tapplika fid-data ta’ meta ssir offerta ta’ rata tal-imgħax għall-inġenju tal-ajru rilevanti, sakemm dik l-offerta tiġi aċċettata fil-perjodu ta’ validità skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Jekk l-offerta tar-rata tal-imgħax ma tiġix aċċettata b’dan il-mod, jistgħu jsiru aktar offerti tar-rata tal-imgħax sa, imma mhux aktar tard mid-data tal-konsenja tal-inġenju tal-ajru rilevanti.

(b)

Offerta ta’ rata tal-imgħax tista’ tiġi aċċettata u tingħażel ir-rata tal-imgħax fi kwalunkwe żmien bejn l-iffirmar tal-kuntratt u d-data tal-konsenja tal-inġenju tal-ajru rilevanti. Ir-rata magħżula minn dak li qed jissellef għandha tkun irrevokabbli.

12.   L-appoġġ għal sempliċi kopertura

Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bħala garanzija jew assigurazzjoni biss, jiġifieri sempliċi kopertura, bla ħsara għal-limitu ta’ 85 fil-mija li ġie speċifikat fl-Artikolu 8 a) ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Kwalunkwe Parteċipant li jipprovdi appoġġ bħal dan għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra bl-ammont, bit-terminu, bil-munita u bix-xejra tal-ħlasijiet lura u tar-rati tal-imgħax.

13.   Il-punt ta’ referenza tal-kompetizzjoni

Fil-każ ta’ kompetizzjoni uffiċjalment appoġġjata, l-inġenji tal-ajru li qegħdin fil-lista tal-inġenji tal-ajru kbar ċivili fl-Appendiċi I għal dan il-Ftehim Settorjali u li jikkompetu ma’ inġenji tal-ajru oħra li jistgħu jibbenefikaw mill-istess termini u kondizzjonijiet tal-kreditu.

14.   Is-sigurtà għar-riskju tal-ħlas lura

Il-Parteċipanti jistgħu jiddeċiedu dwar is-sigurtà li huma jqisu aċċettabli biex ikun żgurat ir-riskju tal-ħlas lura mingħajr referenza lill-Parteċipanti l-oħra. Madankollu, jaqblu li jipprovdu dettalji dwar sigurtà bħal din jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Parteċipanti l-oħra, jew meta jitqies li huwa xieraq.

15.   Il-bidliet fil-mudell

Il-Parteċipanti jaqblu li meta tkun saret jew ġiet konkluża offerta għal rata ffissata tal-imgħax fuq tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru, it-termini inklużi fiha ma jistgħux jiġu ttrasferiti lil tip ieħor li għandu deskrizzjoni ta’ mudell differenti.

16.   Il-kiri

Bla ħsara għat-termini l-oħra tal-parti 1 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ għal kiri finanzjarju fuq l-istess bażi bħall-kuntratt tal-bejgħ.

17.   L-għajnuna

Il-Parteċipanti m’għandhomx jipprovdu appoġġ għall-għajnuna, sakemm din ma tkunx fil-forma ta’ għotja mhux marbuta. Madankollu, il-Parteċipanti għandhom iqisu b’mod favorevoli kwalunkwe talba għal Linja Komuni għall-għajnuna marbuta minħabba finijiet umanitarji.

KAPITOLU III

IL-PROĊEDURI

18.   In-notifika minn qabel, l-allinjament u l-iskambju tal-informazzjoni

Il-proċeduri għan-notifika minn qabel, għall-allinjament u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġew stabbiliti fl-Arranġament għandhom japplikaw għal din il-Parti ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Barra minn hekk, il-Parteċipanti jistgħu jitlobu konsultazzjoni jekk hemm kwalunkwe raġuni biex jemmnu li Parteċipant ieħor qed joffri kreditu uffiċjalment appoġġjat skont termini u kondizzjonijiet li ma jikkonformawx mal-Ftehim Settorjali. Il-konsultazzjoni għandha tinżamm f’għaxart ijiem, imma mill-bqija għandha ssegwi l-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 54 tal-Arranġament.

19.   Ir-reviżjoni

Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali b’mod regolari sabiex jinġiebu eqreb tal-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jew il-prattiki tal-finanzjament tas-soltu jinbidlu b’mod konsiderevoli, tista’ tintalab reviżjoni, ikun meta jkun.

PARTI 2

L-INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA KOLLHA ĦLIEF L-INĠENJI TAL-AJRU L-KBAR

KAPITOLU IV

L-AMBITU

20.   Il-forma u l-ambitu tal-applikazzjoni

Il-parti 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, tistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċjali li japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati għall-bejgħ jew għall-kiri ta’ inġenji tal-ajru ġodda li ma kinux koperti mill-parti 1 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Ma tapplikax għall-ħoverkraft jew għas-simulaturi tat-titjiriet li huma soġġetti għat-termini tal-Arranġament.

21.   L-aħjar sforzi

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jirrappreżentaw l-aktar termini ġenerużi li l-Parteċipanti jistgħu joffru meta jipprovdu appoġġ uffiċjali. Madankollu, il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw it-termini tas-suq tas-soltu għat-tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru u għandhom jagħmlu dak kollu li huwa fis-setgħa tagħhom biex ma jħallux li dawn it-termini jitnaqqru.

22.   Il-kategoriji tal-inġenji tal-ajru

Il-Parteċipanti ftiehmu dwar it-tqassim f’kategoriji tal-inġenji tal-ajru li ġej:

—   Kategorija A: inġenji tal-ajru li jaħdmu bit-turbini, inklużi l-ħelikopters (eż. Inġenji tal-ajru turbo ġet, turbo prop u turbo fan) b’ġeneralment bejn 30 u 70 sit.

—   Kategorija B: inġenji tal-ajru li jaħdmu bit-turbini oħra, inklużi l-ħelikopters.

—   Kategorija Ċ: inġenji tal-ajru oħra, inklużi l-ħelikopters.

Fl-appendiċi i ġiet stabbilita lista illustrattiva tal-inġenji tal-ajru fil-Kategoriji A u B.

KAPITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA

23.   It-terminu massimu ta’ ħlas lura

It-terminu massimu ta’ ħlas lura jvarja skont it-tqassim f’kategoriji tal-inġenji tal-ajru li għandu jkun iddeterminat skont il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 22 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(a)

Għall-inġenji tal-ajru tal-Kategorija A it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ għaxar snin.

(b)

Għall-inġenji tal-ajru tal-Kategorija B it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ seba’ snin.

(c)

Għall-inġenji tal-ajru tal-Kategorija Ċ it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ ħames snin.

24.   Il-ħlas lura tal-kapital

(a)

Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni normalment għandha titħallas lura f’rati ndaqs u regolari bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u bl-ewwel rata li għandha ssir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Fil-każ tal-kiri, jista’ jiġi applikat profil ta’ ħlas lura bħal dan jew għall-ammont tal-kapital biss jew għall-kapital u għall-imgħax ikkombinati flimkien.

(b)

Parteċipant li biħsiebu jappoġġja ħlas lura tal-kapital skont termini differenti minn dawk li ġew stabbliti fil-paragrafu a) għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

L-ebda ħlas lura waħdu jew serje ta’ ħlasijiet lura f’perjodu ta’ sitt xhur m’għandu jeċċedi l-25 fil-mija tas-somma kapitali li tista’ tiħallas lura matul it-terminu tal-ħlas lura.

(2)

Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel.

25.   Il-ħlas tal-imgħax

(a)

l-Imgħax normalment m’għandux ikun ikkapitalizzat matul il-perjodu ta’ ħlas lura.

(b)

l-Imgħax għandu jkun jista’ jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u bl-ewwel ħlas li għandu jsir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

Parteċipant li biħsiebu jappoġġja ħlas tal-imgħax skont termini differenti minn dawk li ġew stabbiliti fil-paragrafi a) u b) għandu jagħti notifika minn qabel.

(d)

l-imgħax jeskludi:

(1)

kwalunkwe ħlas bħala primjum jew ħlas ieħor biex ikunu assigurati jew iggarantiti l-krediti tal-fornitur jew il-krediti finanzjarji. Fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi provdut permezz ta’ krediti/finanzjament diretti jew finanzjament mill-ġdid, il-primjum jew jista’ jiġi miżjud mal-valur nominali tar-rata tal-imgħax jew jista’ jkun ħlas separat; iż-żewġ komponenti għandhom ikunu speċifikati b’mod separat lill-Parteċipanti;

(2)

kwalunkwe ħlas ieħor bħal ħlasijiet jew kummissjonijiet bankarji li jirrelataw mal-kreditu tal-esportazzjoni għajr għall-ħlasijiet bankarji annwali jew semi-annwali li jistgħu jitħallsu matul il-perjodu kollu ta’ ħlas lura; u

(3)

t-taxxi f’ras il-għajn li ġew imposti mill-pajjiż li jimporta.

26.   Ir-rati minimi tal-imgħax

Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għandhom japplikaw rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipanti għandhom japplikaw ir-RRIK rilevanti kif ġie stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Arranġament.

27.   Il-primjum tal-assigurazzjoni u d-drittijiet tal-garanzija

Il-Parteċipanti m’għandhomx jirrinunzjaw b’mod parzjali jew għalkollox, għall-primjum tal-assigurazzjoni jew għad-drittijiet tal-garanzija.

28.   L-għajnuna

Il-Parteċipanti m’għandhomx jipprovdu appoġġ għall-għajnuna, sakemm din ma tkunx fil-forma ta’ għotja mhux marbuta. Madankollu, il-Parteċipanti għandhom iqisu b’mod favorevoli kwalunke talba għal Linja Komuni għall-għajnuna marbuta minħabba finijiet umanitarji.

KAPITOLU VI

IL-PROĊEDURI

29.   In-notifika minn qabel, l-allinjament u l-iskambju tal-informazzjoni

Fil-każ ta’ kompetizzjoni uffiċjalment appoġġjata għal bejgħ jew kiri, l-inġenji tal-ajru li jikkompetu ma’ dawk minn kategorija oħra jew ma’ dawk li ġew koperti minn Partijiet oħra ta’ dan il-Ftehim Settorjali, għal dak il-bejgħ jew il-kiri speċifiku, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess termini u kondizzjonijiet bħal dawk l-inġenji tal-ajru l-oħrajn. Il-proċeduri għan-notifika minn qabel, għall-allinjament u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġew stabbiliti fl-Arranġament għandhom japplikaw għal din il-Parti tal-Ftehim Settorjali. Barra minn hekk, il-Parteċipanti jistgħu jitolbu konsultazzjoni jekk hemm kwalunkwe raġunin biex jemmnu li Parteċipant ieħor qed joffri kreditu uffiċjalment appoġġjat skont termini li ma jikkonformawx mal-Ftehim Settorjali. Il-konsultazzjoni għandha tinżam f’għaxart ijiem, imma mill-bqija għandha ssegwi l-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 54 tal-Arranġament.

30.   Ir-reviżjoni

Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali b’mod regolari sabiex jinġiebu eqreb tal-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jew il-prattiki tal-finanzjament tas-soltu jinbidlu b’mod konsiderevoli, tista’ tintalab reviżjoni, ikun meta jkun.

PARTI 3

L-INĠENJI TAL-AJRU UŻATI, IL-MAGNI TA’ RISERVA, IL-PARTIJIET LI JISTGĦU JINBIDLU, IL-KUNTRATTI TA’ MANUTENZJONI U TA’ SERVIZZ

KAPITOLU VII

L-AMBITU

31.   Il-forma u l-ambitu tal-applikazzjoni

Parti 3 tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, tistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċjali li japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-bejgħ jew mal-kiri ta’ inġenji tal-ajru użati; u tal-magni ta’ riserva, tal-partijiet li jistgħu jinbidlu, tal-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz flimkien kemm ma’ inġenji tal-ajru ġodda kif ukoll dawk użati. Ma tapplikax għall-ħoverkraft jew għas-simulaturi tat-titjiriet, li huma soġġetti għat-termini tal-Arranġament. Japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-partijiet 1 u 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali ħlief kif ġej.

32.   L-inġenji tal-ajru użati

Il-Parteċipanti m’għandhomx jappoġġjaw termini ta’ kreditu li huma aktar favorevoli minn dawk li ġew stabbiliti fil-Ftehim Settorjali għall-inġenji tal-ajru l-ġodda. Ir-regoli li ġejjin japplikaw b’mod speċifiku għall-inġenji tal-ajru użati.

a)

Żmien l-ajruplan (snin)

It-termini massimi normali ta’ ħlas lura

 

Inġenju tal-ajru kbir

Kategorija a

Kategorija b

Kategorija c

1

10

8

6

5

2

9

7

6

5

3

8

6

5

4

4

7

6

5

4

5 – 10

6

6

5

4

Iktar minn 10

5

5

4

3

Dawn it-termini għandhom jiġu riveduti jekk it-terminu massimu ta’ ħlas lura għall-inġenji tal-ajru l-ġodda tbiddel.

(b)

il-Parteċipanti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

(c)

il-Parteċipanti li jipprovdu l-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għandhom japplikaw rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipanti għandhom japplikaw ir-RRIK rilevanti kif ġie stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Arranġament.

33.   Il-magni ta’ riserva u l-partijiet li jistgħu jinbidlu

(a)

Il-finanzjament ta’ dawn l-oġġetti meta kkontemplat bħala parti mill-ordni oriġinali tal-inġenju tal-ajru jista’ jkun skont l-istess termini bħal għall-inġenju tal-ajru. Madankollu, f’każi bħal dawn, il-Parteċipanti għandhom iqisu wkoll id-daqs tal-flotta ta’ kull tip ta’ inġenju tal-ajru, inklużi l-inġenji tal-ajru li qed jiġu akkwistati, l-inġeni tal-ajru li diġà huma s-suġġett ta’ ordni ta’ ditta jew li diġà huma fil-pussess ta’ xi ħadd, fuq il-bażi li ġejja:

Għall-ewwel ħames inġenji tal-ajru tat-tip fil-flotta: 15 fil-mija tal-prezz tal-inġenju tal-ajru, jiġifieri l-prezz tal-istruttura u tal-magni installati; u

Għas-sitt inġenju tal-ajru u għall-inġenji tal-ajru sussegwenti ta’ dak it-tip fil-flotta: 10 fil-mija tal-prezz tal-inġenju tal-ajru, jiġifieri l-prezz tal-istruttura u tal-magni installati.

(b)

Meta dawn l-oġġetti ma jiġux ordnati mal-inġenju tal-ajru, it-terminu massimu ta’ ħlas lura għandu jkun ta’ ħames snin għall-magni ta’ riserva l-ġodda u ta’ sentejn għall-partijiet l-oħra li jistgħu jinbidlu.

(c)

Minkejja s-subparagrafu b) t’aktar ‘il fuq għall-magni ta’ riserva l-ġodda għall-inġenji tal-ajru l-kbar, il-Parteċipanti jistgħu jeċċedu t-terminu massimu ta’ ħlas lura ta’ ħames snin b’perjodu sa tliet snin

fejn it-transazzjoni għandha valur tal-kuntratt minimu ta’ aktar minn USD 20 miljun, jew

tinkludi minimu ta’ erba’ magni ta’ riserva ġodda.

Il-valur tal-kuntratt għandu jiġi rivedut kull sentejn u għandu jiġi aġġustat għaż-żjieda fil-prezzijiet skont dan.

(d)

Il-Parteċipanti jirriservaw id-dritt li jbiddlu l-prattika tagħhom u jallinjaw il-prattiki tal-Parteċipanti li jikkompetu f’relazzjoni maż-żmien magħżul tal-ewwel ħlas lura tal-kapital fejn għandhom x’jaqsmu l-magni ta’ riserva u l-partijiet li jistgħu jinbidlu.

34.   Il-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz

Il-Parteċianti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali għall-finanzjament b’terminu ta’ ħlas lura sa sentejn għall-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz.

KAPITOLU VIII

IL-PROĊEDURI

35.   In-notifika minn qabel, l-allinjament u l-iskambju tal-informazzjoni

Il-proċeduri għan-notifika minn qabel, għall-allinjament u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġew stabbiliti fl-Arranġament għandu japplikaw għal din il-Parti tal-Ftehim Settorjali. Barra minn hekk, il-Parteċipanti jistgħu jitolbu konsultazzjoni jekk hemm kwalunkwe raġuni biex jemmnu li Parteċipant ieħor qed joffri kreditu uffiċjalment appoġġjat skont termini li ma jikkonformawx mal-Ftehim Settorjali. Il-konsultazzjoni għandha tinżamm f’għaxart ijiem, imma mill-bqija għandha ssegwi l-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 54 tal-Arranġament.

36.   Ir-reviżjoni

Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali b’mod regolari sabiex jinġiebu eqreb tal-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jew il-prattiki għall-finanzjament tas-soltu jinbidlu b’mod konsiderevoli, tista’ tintalab reviżjoni jkun meta jkun.

L-Appendiċi I

IL-LISTA ILLUSTRATTIVA

L-inġenji tal-ajru l-oħra kollha li huma simili li jistgħu jiġu introdotti fil-futur għandhom ikunu koperti minn dan il-Ftehim Settorjali u għandhom jiġu miżjuda mal-lista xierqa fiż-żmien xieraq. Dawn il-listi mhumiex eżawrjenti u jservu biss biex jindikaw it-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jiġi inkluż fil-kategoriji differenti fejn jistgħu jinqalgħu dubji.

L-INĠENJI TAL-AJRU L-KBAR ĊIVILI

Manifattur

Deskrizzjoni

Airbus

A 300

Airbus

A 310

Airbus

A 318

Airbus

A 319

Airbus

A 320

Airbus

A 321

Airbus

A 330

Airbus

A 340

Boeing

B 737

Boeing

B 747

Boeing

B 757

Boeing

B 767

Boeing

B 777

Boeing

B 707, 727

British aerospace

Rj70

British aerospace

Rj85

British aerospace

Rj100

British aerospace

Rj115

British aerospace

Bae146

Fairchild dornier

728 jet

Fairchild dornier

928 jet

Fokker

F 70

Fokker

F 100

Lockheed

L-100

Mcdonnell douglas

Is-serje md-80

Mcdonnell douglas

Is-serje md-90

Mcdonnell douglas

Md-11

Mcdonnell douglas

Dc-10

Mcdonnell douglas

Dc-9

Lockheed

L-1011

Ramaero

1.11-495

L-INĠENJI TAL-AJRU TAL-KATEGORIJA A

L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bit-turbini – inklużi l-ħelikopters (eż. L-inġenji tal-ajru turbo ġet, turbo-prop u turbo-fan), b’ġeneralment bejn 30 u 70 sit. F’każ li qed jiġi żviluppat inġenju tal-ajru li jaħdem bit-turbini kbir u ġdid b’aktar minn 70 sit, għandhom jinżammu konsultazzjonijiet immedjati jekk issir talba biex isir dan ħalli jkun hemm ftehim dwar il-klassifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru bħal dan f’dan il-kategorija jew fil-Parti 1 ta’ dan il-Ftehim minħabba s-sitwazzjoni kompetittiva.

Manifattur

Deskrizzjoni

Aeritalia

G 222

Aeritalia/aerospatiale

ATR 42

Aeritalia/aerospatiale

ATR 72

Aerospatiale/mbb

C160 Transall

De havilland

Dash 8

De havilland

Dash 8 - 100

De havilland

Dash 8 - 200

De havilland

Dash 8 - 300

Boeing vertol

234 Chinook

Broman (U.S.)

BR 2000

British Aerospace

BAe ATP

British Aerospace

BAe 748

British Aerospace

BAe Jetstream 41

British Aerospace

BAe Jetstream 61

Canadair

CL 215T

Canadair

CL 415

Canadair

RJ

Casa

CN235

Dornier

DO 328

Eh industries

EH-101

Embraer

EMB 120 Brasilia

Embraer

EMB 145

Fairchild dornier

528 Jet

Fairchild dornier

328 Jet

Fokker

F 50

Fokker

F 27

Fokker

F 28

Gulfstream america

Gulfstream i-4

Let

610

Saab

SF 340

Saab

2000

Short

SD 3-30

Short

SD 3-60

Short

Sherpa

L-INĠENJI TAL-AJRU TAL-KATEGORIJA B

Inġenji tal-ajru li jaħdmu bit-turbini oħra, inklużi l-ħelikopters.

Manifattur

Deskrizzjoni

Aerospatiale

AS 332

Agusta

A 109, A 119

Beech

1900

Beech

Super King Air 300

Beech

Starship 1

Bell Helicopter

206b

Bell Helicopter

206 l

Bell Helicopter

212

Bell Helicopter

230

Bell Helicopter

412

Bell Helicopter

430

Bell Helicopter

214

Bombardier/Canadair

Global Express

British Aerospace

BAe Jetstream 31

British Aerospace

BAe 125

British Aerospace

BAe 1000

British Aerospace

BAe Jetstream Super 31

Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co.

Hawker 1000

Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co.

Hawker 800

Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co.

King Air 350

Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co.

Is-serje Beechjet 400

Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co.

Starship 2000a

Bell

B 407

Canadair

Challenger 601-3a

Canadair

Challenger 601-3r

Canadair

Challenger 604

Casa

C 212-200

Casa

C 212-300

Cessna

Citation

Cessna

Is-serje 441 Conquest III u Caravan 208

Claudius Dornier

Cd2

Dassault Breguet

Falcon

Dornier

Do 228-200

Embraer

EMB 110 p. 2

Embraer/FAMA

CBA 123

Eurocopter

AS 350, AS 355, EC 120, AS 365, EC 135

Eurocopter

B0105ls

Fairchild

Merlin/300

Fairchild

Metro 25

Fairchild

Metro III V

Fairchild

Metro III

Fairchild

Metro III A

Fairchild

Merlin IVC-41

Gulfstream America

Gulfstream II, III, IV u V

IAI

Astra SP u SPX

IAI

Arava 101 B

Learjet

Is-serje 31 A, 35 A, 45 u 60

MBB

BK 117 C

MBB

BO 105 CBS

McDonnell Helicopter System

MD 902, MD 520, MD 600

Mitsubishi

Mu2 Marquise

Piaggio

P 180

Pilatus Britten-Norman

BN2T Islander

Piper

400 LS

Piper

T 1040

Piper

PA-42-100 (Cheyenne 400)

Piper

PA-42-720 (Cheyenne III A)

Piper

Cheyenne II

Reims

Cessna-Caravan II

SIAI-Marchetti

SF 600 Canguro

Short

Tucano

Westland

W30

L-ANNESS IV

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI, IL-PROĠETTI TAL-ENERĠIJI RINOVABBLI U TAL-ILMA, FIS-SEĦĦ GĦAL PERJODU TA’ PROVA SAT-30 TA’ ĠUNJU 2007

KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   L-ambitu tal-applikazzjoni

Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li jistgħu japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-kuntratti għall-proġetti tal-enerġiji rinnovabbli u tal-ilma; l-ambitu tas-setturi eliġibbli ġie stabbilit fl-Appendiċi 1.

KAPITOLU II

IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

2.   It-termini massimi ta’ ħlas lura

It-terminu massimu ta’ ħlas lura, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż kif ġiet stabbilita fl-Artikolu 11 tal-arranġament, huwa ta’ 15-il sena.

3.   Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax

(a)

Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandu jitħallas lura f’rati ndaqs.

(b)

Il-kapital għandha jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewewl rata tal-kapital u tal-imgħax għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

Għall-krediti tal-esportazzjoni li ġew ipprovduti b’appoġġ għat-transazzjonijiet ta’ kiri, jistgħu jiġu applikati ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a).

4.   Ir-rati minimi tal-imgħax iffissat taħt appoġġ uffiċjali għall-finanzjament

Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament permezz ta’ finanzjament dirett, finanzjament mill-ġdid u appoġġ għar-rata tal-imgħax għandu japplika dawn ir-rati minimi tal-imgħax li ġejjin:

(a)

Għal terminu ta’ ħlas lura sa u li jinkludi t-12-il sena, il-Parteċipant għandu japplika r-Rata ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (RRIK), skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament.

(b)

Għal terminu ta’ ħlas lura li jeċċedi t-12-il sena u sa u li jinkludi l-14-il sena, għandu japplika ħlas barrani ta’ 20 punt bażi ‘il fuq mir-RRIK għall-muniti kollha.

(c)

Għal terminu ta’ ħlas lura li jeċċedi l-14-il sena, għandha tapplika r-Rata ta’ Referenza Speċjali tal-Imgħax Kummerċjali (RRSIK) rilevanti skont l-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim Settorjali għall-muniti kollha.

5.   Il-kostruzzjoni tar-RRSIK

Ir-RRSIK għandhom ikunu ffissati f’marġni ffissat ta’ 75 punt bażi ‘l fuq mir-rrik għall-munita kkonċernata, ħlief għall-Jen Ġappuniż, il-marġni għandu jkun ta’ 40 punt bażi. Għal dawk il-muniti li għandhom iktar minn RRIK waħda, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20 a) tal-arranġament, għandha tintuża r-RRIK għall-itwal terminu biex jinbnew ir-RRSIK.

KAPITOLU III

IL-PROĊEDURI

6.   In-notifika minn qabel mingħajr diskussjoni

Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn li huwa koperti mill-ambitu ta’ dan il-Ftehim Settorjali skont l-Anness V tal-Arranġament.

KAPITOLU IV

IR-REVIŻJONI

7.   Il-perjodu ta’ prova u l-monitoraġġ

(a)

It-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f’dan il-Ftehim Settorjali għandhom japplikaw għal Perjodu ta’ Prova ta’ sentejn, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2007. Matul il-perjodu ta’ prova ta’ sentejn, il-Parteċipanti għandhom jirrivedu l-operazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali biex iqisu l-esperjenza miksuba.

(b)

Dawn it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjari għandhom jitwaqqfu fi tmiem il-Perjodu ta’ Prova sakemm il-Parteċipanti ma jiftiehmux dwar waħda minn dawn li ġejjin:

li jkomplu l-Perjodu ta’ Prova, bi kwalunkwe titjib/modifika meħtieġ; jew

li jikkonsolidaw it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji fl-Arranġament, bi kwalunkwe titjib/modifika meħtieġ.

(c)

Is-Segretarjat għandu jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji.

L-Appendiċi 1

IS-SETTURI ELIĠIBBLI

Is-setturi tal-enerġiji rinnovabbli u tal-ilma li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għat-termini u għall-kondizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f'dan il-Ftehim Settorjali sakemm l-impatti tagħhom jiġu indirizzati skont ir-Rakkomandazzjoni tal-OECD dwar il-Metodi Komuni għall-Ambjent u għall-Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati tal-2003 (1) (kif ġiet emendata sussegwentement mill-Membri tal-Grupp ta’ Ħidma tal-OECD dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni u dwar il-Garanzija tal-Kreditu (ECG) u miftiehma mill-Kunsill OECD) mill-1 ta’ Lulju 2005:

(a)

L-enerġija tar-riħ

(b)

L-enerġija ġeotermali

(c)

L-enerġija tal-frugħ u l-mili tal-baħar u tax-xmajjar

(d)

L-enerġija tal-mewġ

(e)

L-enerġija fotovoltajka tax-xemx

(f)

L-enerġija termali tax-xemx

(g)

L-enerġija termali tal-oċeani

(h)

Il-bijoenerġija: il-bijomassa sostenibbli kollha, il-gass mill-miżbliet, il-gass mill-impjanti tat-trattament tad-dranaġġ, u l-installazzjonijiet tal-enerġija tal-bijogass. “Bijomassa” għandha tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, tal-iskart u tar-residwi mill-agrikoltura (inklużi s-sustanzi veġetali u mill-annimali), mill-forestrija u mill-industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u muniċipali.

(i)

Il-proġetti relatati mal-provvista tal-ilma għall-użu mill-bniedem u għall-faċilitajiet tat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ:

L-infrastruttura għall-provvista tal-ilma għax-xorb lid-djar, jiġifieri il-purifikazzjoni tal-ilma sabiex jinkiseb l-ilma għax-xorb u n-netwerk ta distribuzzjoni (inkluż il-kontroll tat-telf tal-ilma);

Il-faċilitajiet tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ, jiġifieri l-ġbir u t-trattament tal-ilma tad-dranaġġ u tad-dranaġġ mid-djar u dak industrijali, inklużi l-proċessi għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ tal-ilma u t-trattament tal-ħama li huma assoċjati direttament ma’ dawn l-attivitajiet.

(j)

L-enerġija tal-ilma


(1)  Huwa mifhum li r-Rakkomandazzjoni tal-OECD tapplika bl-istess mod għall-proġett li mhumiex eliġibbli għal dawn it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji.

L-ANNESS V

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI

L-informazzjoni li ġiet elenkata fit-Taqsima I t'aktar 'l isfel għandha tkun provduta għan-notifiki kollha li saru taħt l-Arranġament (inklużi l-Annessi tiegħu). Barra minn hekk, l-informazzjoni li ġiet speċifikata fit-Taqsima II għandha tkun provduta, kif inhu xieraq, b'relazzjoni mat-tip speċifiku tan-notifika li qed issir.

I.   L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI KOLLHA

(a)   L-Informazzjoni Bażika

1.

Il-pajjiż li qed jinnotifika

2.

Id-data tan-notifika

3.

Isem l-awtorità/aġenzija li qed tinnotifika

4.

In-numru ta’ referenza

5.

In-notifika oriġinali jew ir-reviżjoni għan-notifika ta’ qabel (in-numru ta’ reviżjoni kif inhu rilevanti)

6.

In-numru tal-qatgħa (jekk inhu rilevanti)

7.

In-numru ta’ referenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhu rilevanti)

8.

L-Artikolu(Artikoli) tal-Arranġament li taħtu(taħthom) qed issir in-notifika

9.

In-numru ta’ referenza tan-notifika li qed tiġi allinjata (jekk inhu rilevanti)

10.

Id-deskrizzjoni tal-appoġġ li qed jiġi allinjat (jekk inhu rilevanti)

(b)   L-informazzjoni dwar ix-Xerrej/Dak li Qed Jissellef/il-Garanti

11.

Il-pajjiż xerrej/li qed jissellef

12.

Isem ix-xerrej/dak li qed jissellef

13.

Post ix-xerrej/dak li qed jissellef

14.

L-istatus tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef

15.

Il-Pajjiż Garanti (jekk inhu rilevanti)

16.

Isem il-Garanti (jekk inhu rilevanti)

17.

Post il-Garanti (jekk inhu rilevanti)

18.

L-Istatus tal-Garanti (jekk inhu rilevanti)

(c)   L-informazzjoni dwar l-Oġġetti u/jew is-Servizzi li Qed Jiġu Esportati u dwar il-Proġett

19.

Id-deskrizzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi li qed jiġu esportati

20.

Id-deskrizzjoni tal-proġett (jekk inhi rilevanti)

21.

Il-post tal-proġett (jekk inhu rilevanti)

22.

Id-data tal-egħluq tal-offerta (jekk inhi rilevanti)

23.

Id-data tal-iskadenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhi rilevanti)

24.

Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġjat(i), jew il-valur effettiv (għal-linji tal-kreditu u għat-transazzjonijiet tal-finanzi tal-proġetti kollha jew għal kwalunkwe transazzjoni individwali fuq bażi volontarja) jew skont l-iskala li ġejja f'miljuni ta’ SDRs:

Il-Kategorija

Minn

Sa

I:

0

1

II:

1

2

III:

2

3

IV:

3

5

V:

5

7

VI:

7

10

VII:

10

20

VIII:

20

40

IX:

40

80

X:

80

120

XI:

120

160

XII:

160

200

XIII:

200

240

XIV:

240

280

XV:

280

 (*)

25.

Il-munita tal-kuntratt(i)

(d)   It-Termini u l-Kondizzjonijiet Finanzjarji ta’ Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu tal-Esportazzjoni

26.

Il-valur tal-kreditu; il-valur effettiv għan-notifiki li jinvolvu l-linji tal-kreditu u t-transazzjonijiet tal-finanzi tal-proġett jew għal kwalunkwe transazzjoni individwali fuq bażi volontarja, jew skont l-iskala tal-SDR

27.

Il-munita tal-kreditu

28.

Il-ħlas parzjali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġjati)

29.

L-Ispejjeż Lokali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġjati)

30.

Il-punt tal-bidu tal-kreditu u r-referenza għas-subparagrafu applikabbli tal-Artikolu 10

31.

It-tul tal-perjod ta’ ħlas lura

32.

Il-bażi tar-rata tal-imgħax

33.

Ir-rata jew il-marġni tal-imgħax

II.   L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA, KIF INHU XIERAQ, GĦAN-NOTIFIKI LI SARU F'RELAZZJONI MAD-DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

(a)   L-Artikolu 14 d) 5 tal-Arranġament

1.

Il-profil tal-ħlas lura

2.

Il-frekwenza tal-ħlas lura

3.

It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital

4.

L-ammont ta’ imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

5.

It-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu ta’ ħlas lura

6.

L-ispjegazzjoni tar-raġuni għaliex ma ġiex provdut appoġġ skont il-paragrafi a) sa c) tal-Artikolu 14

(b)   L-Artikoli 24 u 28 tal-Arranġament

1.

Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż xerrej/li qed jissellef jew tal-istituzzjoni multilaterali/reġjonali

2.

It-tul tal-perjodu ta’ żburżament

3.

Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju tal-pajjiż

4.

Il-kwalità tal-kopertura (jiġifieri taħt l-istandard, standard, 'il fuq mill-istandard)

5.

L-MPR ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż xerrej/li qed jissellef fin-nuqqas ta’ kwalunkwe garanzija ta’ pajjiż terz, tal-involviment ta’ istituzzjoni multilaterali/reġjonali u/jew tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju

6.

L-MPR applikabbli

7.

Ir-rata effettiva tal-primjum mitluba (espressa fil-format tal-MPR bħala perċentwali tal-kapital)

(c)   L-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 24 e) tal-Arranġament

1.

Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż garanti

2.

Il-konferma li l-garanzija tkopri l-ħames riskji tal-pajjiż kollha li ġew elenkati fl-Artikolu 25 a) għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu

3.

L-indikazzjoni dwar jekk l-ammont totali li qiegħed f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax) hux koperti mill-garanzija

4.

Il-konferma li l-garanti huwa idoneu għall-kreditu f'relazzjoni mad-daqs tad-dejn iggarantit

5.

Il-konferma li l-garanzija hija legalment valida u tista' tiġi infurzata fil-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz

6.

L-indikazzjoni dwar jekk teżistix kwalunkwe relazzjoni finanzjarja bejn il-garanti u x-xerrej/dak li qed jissellef

7.

Fil-każ li hemm relazzjoni bejn il-garanti u x-xerrej/dak li qed jissellef:

It-tip ta’ relazzjoni (eż. Il-kumpanija parent-il-kumpanija sussidjarja, il-kumpanija sussidjarja-il-kumpanija parent, is-sjieda komuni)

Il-konferma li l-garanti huwa legalment u finanzjarjament indipendenti u jista' jissodisfa l-obbligu tal-ħlas tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef

Il-konferma li l-garanti m'għandux ikun affetwatat mill-avvenimenti, mir-regolamenti jew mill-intervent sovran fil-pajjiż tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef

(d)   L-Artikolu 28 tal-Arranġament

1.

It-teknika tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju li ntużat

2.

L-MEF applikat

3.

L-ispjegazzjoni sħiħa ta’ liema riskji tal-kreditu ta’ pajjiż jew ġew esternalizzati/mneħħija jew limitati/esklużi fit-transazzjoni individwali, kif ukoll spjegazzjoni ta’ kemm esternalizzazzjoni/tneħħija jew limitazzjoni/esklużjoni bħal din tar-riskji tal-kreditu ta’ pajjiż jiġġustifikaw l-MEF applikat.

(e)   L-Artikoli 46 u 47 tal-Arranġament

1.

Il-forma tal-għajnuna marbuta (jiġifieri l-għajnuna għall-iżvilupp jew kreditu premist jew finanzi assoċjati)

2.

Il-livell ta’ konċessjonalità totali tal-finanzjament tal-għajnuna marbuta u tal-għajnuna parzjalment mhux marbuta li ġie kkalkulat skont l-Artikolu 37

3.

Id-DDR li ntużat għall-kalkulazzjoni tal-konċessjonalità

4.

It-trattament tal-ħlasijiet bi flus kontanti fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità

5.

Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-linji ta’ kreditu

(f)   L-Artikolu 10 tal-Anness II

1.

Il-profil tal-ħlas lura

2.

Il-frekwenza tal-ħlas lura

3.

It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital

4.

L-appoġġ għall-ispiża lokali: it-termini tal-ħlas u n-natura tal-appoġġ

5.

Il-porzjon tal-proġett li għandu jkun iffinanzjat (b'informazzjoni separata dwar it-tagħbijiet tal-fjuwil fejn ikun xieraq)

6.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (inklużi r-referenzi għall-każi relatati)

(g)   L-Artikolu 6 tal-Anness IV

1.

Id-deskrizzjoni mtejba tal-proġett, inkluż is-settur speċifiku kif ġie elenkat fl-Appendiċi tal-ftehim Settorjali dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni, il-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli u tal-Ilma (l-Anness IV).

2.

Spjegazzjoni sħiħa għaliex huma meħtieġa t-termini finanzjarji.

3.

Fejn għandha x'taqsam ir-rata tal-imgħax, l-informazzjoni dwar il-livell tal-ħlas barrani 'l fuq mir-RRIK fejn japplika l-Artikolu 4 b) jew c) tal-ftehim Settorjali dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni, il-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli u tal-Ilma (l-Anness IV).

(h)   L-Artikolu 5 tal-Anness X

1.

L-ispjegazzjoni dwar għaliex it-termini tal-finanzi tal-proġett qed jiġu provduti

2.

Il-valur tal-kuntratt f'relazzjoni mal-kuntratt ċwievet f'idejk, porzjon tas-subkuntratti, eċċ.

3.

Id-deskrizzjoni mtejba tal-proġett

4.

It-tip ta’ kopertura provdut qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

5.

Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

6.

Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

7.

It-tip ta’ kopertura provdut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

8.

Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

9.

Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

10.

It-tul tal-perjodu ta’ kostruzzjoni (jekk inhu applikabbli)

11.

It-tul tal-perjodu ta’ żburżament

12.

It-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tal-ħlas lura

13.

Il-profil tal-ħlas lura

14.

Il-frekwenza tal-ħlas lura

15.

It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital

16.

Il-perċentwali tal-kapital li tħallas lura sal-punt nofsani tal-kreditu

17.

L-ammont ta’ imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

18.

Ħlasijiet oħra li ġew riċevuti mill-ECA, eż. Il-ħlasijiet ta’ impenn (mhux bilfors, ħlief fil-każ ta’ transazzjonijiet ma’ xerrejja fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli)

19.

Ir-rata tal-primjum (mhux bilfors, ħlief fil-każ ta’ proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli)

20.

Il-konferma (u jekk tkun meħtieġa l-ispjegazzjoni) li t-transazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

Il-finanzjament ta’ unità ekonomika partikolari fejn is-sellief huwa sodisfatt li jqis il-ħruġ u d-dħul tal-flus u l-qligħ ta’ dik l-unità ekonomika bħala s-sors tal-fondi minfejn se jitħallas lura self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollaterali għas-self.

Il-finanzjament ta’ transazzjonijiet tal-esportazzjoni b'kumpanija tal-proġetti indipendenti (legalment u ekonomikament), eż. kumpanija b'fini speċjali, fejn għandhom x'jaqsmu l-proġetti tal-investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom.

Qsim tar-riskju xieraq fost l-imsieħba tal-proġett, eż. azzjonisti privati jew pubbliċi idonei għall-kreditu, esportaturi, kredituri, dawk li jiddeċiedu li jidħlu għas-self, inklużi ishma adegwati.

Biżżejjed dħul u ħruġ tal-flus tal-proġett matul il-perjodu kollu tal-ħlas lura biex ikunu koperti l-ispejjeż operattivi u s-servizz tad-dejn għall-fondi barranija.

It-tnaqqis prijoritarju mid-dħul tal-proġett tal-ispejjeż operattivi u tas-servizz tad-dejn.

Xerrej/dak li qed jissellef mhux sovran bl-ebda garanzija ta’ ħlas lura sovran.

Is-sigurtajiet bbażati fuq l-assi għall-qligħ/assi tal-proġett, eż. assenjazzjonijiet, pleġġijiet, kontijiet tal-qligħ.

Rikors limitat jew l-ebda rikors għall-isponsers tal-azzjonisti/isponsers tas-settur privat tal-proġett wara li jkun ikkompletat.

(i)   L-Artikolu 5 tal-anness X għall-proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli

1.

L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn għall-proġett, inklużi s-selliefa uffiċjali u dawk privati

2.

L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn mis-selliefa privati

3.

Il-perċentwali tas-sindikazzjoni tad-dejn li ġiet ipprovduta mill-Parteċipanti

4.

Il-konferma li:

Fejn għandha x'taqsam il-parteċipazzjoni f'sindikazzjoni ta’ self ma’ isituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx minn appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni, il-Parteċipant huwa msieħeb minoritarju bi status ta’ pari passu matul it-tul ta’ żmien kollu tas-self.

Ir-rata tal-primjum li ġiet irrapportata taħt il-punt 18 t'aktar 'il fuq ma tagħmilx inqas stabbli il-finanzjament tas-suq privat u hija proporzjonata għar-rati korrispondenti li qed jintalbu mill-istituzzjonjiet finanzjarji privati l-oħra li qed jipparteċipaw fis-sindikazzjoni.


(*)  Indika n-numru tal-multipli tal-40 miljun SDR li jeċċedu l-280 miljun SDR, eż. 410 miljun SDR għandhom ikunu nnotifikati bħala l-Kategorija XV + 4.

L-ANNESS VI

IL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

Il-formula biex tkun ikkalkulata l-MPR applikabbli għal kreditu tal-esportazzjoni hija:

MPR = ((a * HOR) + b) * (PC/0.95) * QPF * PCF * (1-MEF) * BRF

Fejn:

a u b huma l-koeffiċjenti assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli

HOR huwa l-orrizont tar-riskju

PC hija tal-perċentwali tal-kopertura

QPF hija l-kwalità tal-fattur tal-prodott

PCF hija l-perċentwali tal-fattur ta’ kopertura

MEF huwa l-fattur tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju tal-pajjiż

BRF huwa l-fattur tal-kopertura tar-riskju tax-xerrej

Il-valuri għal-koeffiċjenti a u b jinkisbu mit-tabella li ġejja:

 

Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

0

1

2

3

4

5

6

7

a

M/a

0,100

0,225

0,392

0,585

0,780

0,950

1,120

b

M/a

0,350

0,350

0,400

0,500

0,800

1,200

1,800

L-Orizzont tar-Riskju (HOR) jiġi kkalkulat kif ġej:

 

Għall-profili ta’ ħlas lura standard (jiġifieri ħlasijiet lura tal-kapital indaqs u semi-annwali):

HOR = (it-tul tal-perjodu ta’ żburżament * 0.5) + it-tul tal-perjodu ta’ ħlas lura

 

Għall-profili ta’ ħlas lura li mhumiex standard, il-perjodu ta’ ħlas lura ekwivalenti (espress f'termini ta’ rati ndaqs u semi-annwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:

HOR = (it-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu ta’ ħlas lura - 0.25)/0.5

L-użu ta’ snin jew xhur fil-formula m'għandu l-ebda impatt fuq il-kalkulazzjoni sakemm tintuża l-istess unità għall-perjodu ta’ żburżament u ta’ ħlas lura.

Il-Perċentwali tal-Kopertura (PC) tiġi espressa bħala valur deċimali (jiġifieri 95 fil-mija jiġi espress bħala 0.95)

Il-Kwalità tal-Fattur tal-Prodott (QPF) jinkiseb mit-tabella li ġejja:

 

Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

Il-Kwalità tal-Prodott

0

1

2

3

4

5

6

7

Inqas mill-istandard

M/a

0,9965

0,9935

0,9850

0,9825

0,9825

0,9800

0,9800

Standard

M/a

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

'il fuq mill-istandard

M/a

1,0035

1,0065

1,0150

1,0175

1,0175

1,0200

1,0200

Il-Perċentwali tal-Kopertura (PCF) tiġi ddeterminata kif ġej:

 

Għal PC <= 0.95, PCF = 1

 

Għal PC > 0.95, PCF = 1 + ((PC - 0.95)/0.05) * il-perċentwali tal-koeffiċjent ta’ kopertura

 

Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

0

1

2

3

4

5

6

7

Il-perċentwali tal-koeffiċjent ta’ kopertura

M/a

0,00000

0,00337

0,00489

0,01639

0,03657

0,05878

0,08598

Il-Fattur tal-Mitigazzjoni/tal-Esklużjoni tar-Riskju tal-Pajjiż (MEF) jiġi ddeterminat kif ġej:

 

Għall-krediti tal-esportazzjoni bl-ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż, MEF = 0

 

Għall-krediti tal-esportazzjoni bil-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż, l-MEF jiġi ddeterminat skont il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Anness VIII.

Il-Fattur tal-Kopertura tar-Riskju tax-Xerrej (BRF) jiġi ddeterminat kif ġej:

 

Meta l-kopertura għar-riskju tax-xerrej tiġi eskluża kompletament, BRF = 0.90

 

Meta l-kopertura għar-riskju tax-xerrej ma tiġix eskluża, BRF = 1

L-ANNESS VII

IL-KRITERJI U L-KONDIZZJONIJIET LI JIREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ LI TIRRIFLETTI L-GARANTI TA' PAJJIŻ TERZ JEW ISTITUZZJONI MULTILATERALI JEW REĠJONALI

IL-FINI

Dan l-Anness jipprovdi l-kriterji u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li tirrifletti garanti ta’ pajjiż terz jew istituzzjoni multilaterali jew reġjonali skont is-sitwazzjonijiet li ġew desrkitti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24 e) tal-Arranġament.

L-APPLIKAZZJONI

Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż li Tirrifletti l-Garanti ta’ Pajjiż Terz

Każ 1:   Il-Garanzija għall-Ammont Totali f'Riskju

Meta tiġi provduta sigurtà fil-forma ta’ garanzija minn entità li tinsab barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef għall-ammont totali f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-pajjiż fejn jinsab il-garanti meta l-kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti:

Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu.

Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kondizzjonijiet u disponibbli meta tintalab.

Il-garanzija hija legalment valida u tista' tkun infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti.

Il-garanzija hija għall-ħames riskji tal-kreditu tal-pajjiż fuq il-pajjiż xerrej/li qed jissellef.

Il-garanti huwa idoneu għall-kreditu f'relazzjoni mad-daqs tad-dejn iggarantit.

Il-garanti huwa soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn jinsab.

Jekk il-garanti huwa kumpanija sussidjarja/parent tal-entità ggarantita, fuq bażi ta’ każ b'każ, il-Parteċipanti għandhom jiddeterminaw jekk: (1) meta titqies ir-relazzjoni bejn il-kumpanija sussidjarja/parent u l-grad ta’ impenn legali min-naħa tal-kumpanija parent, il-kumpanija sussidjarja/parent hiex legalment u finanzjarjament indipendenti u tistax tissodisfa l-obbligi tal-ħlas tagħha; (2) il-kumpanija sussidjarja/parent tistax tiġi affetwata minn avvenimenti/regolamenti lokali jew minn intervent sovran; u (3) l-Uffiċċju Prinċipali għandux fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas iqis lilu nnifsu bħala responsabbli.

Każ 2:   Garanzija Limitata fl-ammont

Meta tiġi provduta sigurtà fil-forma ta’ garanzija minn entità li tinsab barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef għal ammont limitat f'riskju (jiġifieri il-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-pajjiż fejn jinsab il-garanti għall-porzjon tal-kreditu li huwa soġġett għall-garanzija. Barra mill-kriterji li ġew elenkati fil-Każ 1, tista' tiġi applikata l-klassifikazzjoni tal-pajjiż tal-garanti biss meta jew l-ammont iggarantit (l-ammont kapitali flimkien mal-imgħax relatat) huwa jew: (1) ikbar minn jew daqs l-10 fil-mija tal-kapital flimkien mal-imgħax relatat; jew (2) ħames miljun SDRs bħala kapital flimkien mal-imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs.

Għall-porzjon mhux iggarantit, il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli hija dik tal-pajjiż xerrej.

Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż li Tirrifletti Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali

Każ 1:   Garanzija għall-Ammont Totali f'Riskju

Meta tiġi provduta sigurtà fil-forma ta’ garanzija minn istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata għall-ammont totali f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-istituzzjoni multilaterali jew reġjonali meta jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu.

Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kondizzjonijiet u disponibbli meta tintalab.

Il-garanzija hija għall-ħames riskji ta’ kreditu tal-pajjiż fuq il-pajjiż xerrej/li qed jissellef.

Il-garanti huwa legalment impenjat għall-ammont totali tal-kreditu.

Il-ħlasijiet lura jsiru direttament lill-kreditur.

Każ 2:   Garanzija Limitata fl-Ammont

Meta tiġi provduta sigurtà fil-forma ta’ garanzija minn istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata għal ammont limitat f'riskju (jiġifieri il-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-istituzzjoni multilaterali jew reġjonali għall-porzjon tal-kreditu li huwa soġġett għall-garanzija. Minbarra l-kriterji li ġew elenkati fil-Każ 1, il-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali tista' tiġi applikata biss meta jew l-ammont iggarantit (l-ammont kapitali flimkien mal-imgħax relatat) huwa jew: (1) ikbar minn jew daqs l-10 fil-mija tal-kapital flimkien mal-imgħax relatat; jew (2) ħames miljuni SDRs bħala kapital flimkien mal-imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs.

Għall-porzjon mhux iggarantit, il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli hija dik tal-pajjiż xerrej.

Kaz 3:   L-Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali bħala Dik li Qed Tissellef

Meta istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata hija dik li qed tissellef, il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-istituzzjoni multilaterali jew reġjonali.

Il-Klassifikazzjoni tal-Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali

L-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-klassifikazzjoni jekk l-istituzzjoni hija eżenti b'mod ġenerali mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn tinsab. Istituzzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu kklassifikati fil-Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż 0 sa 7 fuq bażi ta’ każ b'każ skont valutazzjoni tar-riskju ta’ kull waħda fuq il-merti tagħha u billi jitqies jekk:

L-istituzzjoni għandiex indipendenza statutarja u finanzjarja;

L-assi kollha tal-istituzzjoni humiex immuni min-nazzjonalizzazzjoni jew mill-konfiska;

L-istituzzjoni għandiex libertà sħiħa għat-trasferiment u għall-konverżjoni tal-fondi;

L-istituzzjoni hiex soġġetta għal intervent governattiv fil-pajjiż fejn tinsab;

L-istituzzjoni għandiex immunità fiskali; u

Hemmx obbligu li l-pajjiżi Membri kollha tagħha jipprovdu kapital addizzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-istituzzjoni.

Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rekord storiku tal-ħlasijiet f'sitwazzjoniiet ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ riskji ta’ kreditu tal-pajjiż jew fil-pajjiż fejn tinsab jew fil-pajjiż xerrej/li qed jissellef; u kwalunkwe fattur ieħor li jista' jitqies xieraq fil-proċess ta’ valutazzjoni.

Il-lista tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali kklassifikati mhix magħluqa u Parteċipant jista' jinnomina istituzzjoni biex tkun riveduta skont il-konsiderazzjonijiet li ġew elenkati aktar ‘il fuq. Il-Parteċipanti għandhom jagħmlu pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali.

L-ANNESS VIII

IL-KRITERJI U L-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAL-MITIGAZZJONI/TAL-ESKLUŻJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ FIL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

IL-FINI

Dan l-Anness jipprovdi d-dettalji dwar l-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ pajjiż li ġew elenkati fl-Artikolu 28 b) tal-Arranġament; dan jinkludi l-kriterji, il-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li japplikaw għall-użu tagħhom kif ukoll l-MEFs applikabbli.

L-APPLIKAZZJONI ĠENERALI

Għat-tekniki kollha tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ pajjiż li ġew elenkati fl-Artikolu 28 b) tal-Arranġament:

L-MEFs elenkati huma l-massimu li għandu jkun previst fl-aħjar ċirkostanzi u għandhom ikunu ġġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ.

Il-Parteċipanti għandhom jiżguraw irwieħhom jekk l-arranġamenti tas-sigurtà jistgħux jiġu infurzati b’mod validu fl-ambjent legali/ġudizzjarju tagħhom.

L-MPR li tirriżulta mill-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ pajjiż m’għandiex tnaqqas l-istabbiltà tal-ipprezzar tas-suq privat f’ċirkostanzi simili.

Fil-każ fejn transazzjoni tiġi ffinanzjata b’mod parallel minn sorsi oħra, kwalunkwe sigurtà li tinżamm f’relazzjoni mal-kreditu uffiċjali tal-esportazzjoni tiġi trattata, għall-inqas, pari passu mal-istess sigurtà miżmuma mis-sorsi l-oħra.

L-APPLIKAZZJONI SPEĊIFIKA

1.   Struttura lil Hinn Mix-Xtut tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont Ta’ Depożitu f’idejn Terz Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Escrow Account)

Id-definizzjoni:

Dokument miktub, bħal ftehim iffirmat jew rilaxx jew arranġament tal-fiduċjarji, issiġġilat u kkonsenjat lil parti terza, jiġifieri persuna li mhix parti għall-istrument, biex jinżamm minn parti terza bħal din sakemm jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet u mbagħad jiġi kkonsenjat minnha lill-parti l-oħra biex jidħol fis-seħħ. Jekk il-kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti bla ħsara għall-konsiderazzjoni tal-fatturi addizzjonali elenkati, din it-teknika tista’ tnaqqas jew tneħħi r-riskji ta’ trasferiment, prinċipalment fil-kategoriji tal-pajjiżi b’riskju ogħla.

Il-kriterji:

Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz huwa relatat ma’ proġett ta’ qligħ minn munita barranija u l-flussi fil-kont ta’ depożitu f’idejn terz jiġu ġġenerati mill-proġett innifsu u/jew minn ammonti riċevibbli tal-esportazzjoni lil hinn mix-xtut.

Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz jinżamm lil hinn mix-xtut, jiġifieri jinsab barra mill-pajjiż xerrej/li qed jissellef fejn hemm riskji ta’ trasferiment jew riskji oħra tal-pajjiż tassew limitati (jiġifieri pajjiż ikklassifikat fil-Kategorija 0).

Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz jinsab f’bank tal-ewwel klassi li mhux ikkontrollat b’mod dirett jew b’mod indirett mill-interessi tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef.

Il-fondi tal-kont jiġu garantiti permezz ta’ kuntratti għal medda twila ta’ żmien jew kuntratti xierqa oħra.

Il-kombinazzjoni tas-sorsi tad-dħul (jiġifieri, iġġenerati mill-proġett innifsu u/jew mis-sorsi l-oħra) tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef li jiċċirkolaw mill-kont huma f’munita aċċettata minn kulħadd u huwa mistenni b’mod raġonevoli li jkunu kollettivament biżżejjed għas-servizz tad-dejn għal kemm se jdum il-kreditu, u ġejja minn klijent barrani wieħed li huwa idoneu għal-kreditu jew aktar li jinsab f’pajjiżi b’riskju aħjar mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef (jiġifieri, normalment il-pajjiżi li jiġu kklassifikati fil-Kategorija 0).

Ix-xerrej/dak li qed jissellef jagħti istruzzjonijiet, b’mod irrevokabbli, lill-klijenti barranin biex iħallsu direttament fil-kont (jiġifieri, il-ħlasijiet ma jintbagħtux permezz ta’ kont li huwa kkontrollat mix-xerrej/minn dak li qed jissellef jew mill-pajjiż tiegħu).

Il-fondi li jridu jinżammu fil-kont huma tajbin għal mill-inqas sitt xhur ta’ servizz tad-dejn. Fejn qed jiġu applikati termini ta’ ħlas lura flessibbli taħt struttura ta’ finanzi ta’ proġett, għandu jinżamm fil-kont ammont ekwivalenti għal sitt xhur effettivi ta’ servizz tad-dejn taħt termini flessibbli bħal dawn; dan l-ammont jista’ jvarja matul iż-żmien jiddependi mill-profil tas-servizz tad-dejn.

Ix-xerrej/dak li qed jissellef għandu aċċess ristrett għall-kont (jiġifieri, biss wara l-ħlas tas-servizz tad-dejn taħt il-kreditu).

Id-dħul iddepożitat fil-kont jiġi assenjat lis-sellief bħala benefiċjarju dirett, għat-tul ta’ żmien kollu tal-kreditu.

Il-ftuħ tal-kont ingħata l-awtorizzazzjonjiet legali meħtieġa kollha mill-awtoritajiet lokali u minn kwalunkwe awtorità oħra xierqa.

Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz u l-arranġamenti kuntrattwali ma jistax ikollhom kondizzjonijiet marbuta magħhom u/jew ikunu revokabbli u/jew limitati f’kemm idumu.

Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

It-teknika tapplika bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta”:

Il-pajjiż, ix-xerrej/dak li qed jissellef (jiġifieri, jew pubbliku jew privat), is-settur, il-vulnerabbiltà f’relazzjoni mal-komoditajiet jew mas-servizzi involuti, inkluża d-disponibbiltà tagħhom għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu, il-klijenti;

L-istrutturi legali, eż. Jekk il-mekkaniżmu hux biżżejjed immuni kontra l-influwenza tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew tal-pajjiż tiegħu;

Il-grad safejn it-teknika tibqa’ soġġetta għall-interferenza, għat-tiġdid jew għall-irtirar tal-gvern;

Jekk il-kont hux imħares biżżejjed mir-riskji relatati mal-proġett;

L-ammont li se jiċċirkola fil-kont u l-mekkaniżmu biex titkompla l-provvista xierqa;

Is-sitwazzjoni fir-rigward tal-Klabb ta’ Pariġi (eż. Eżenzjoni possibbli);

L-impatt possibbli tar-riskji tal-pajjiż għajr għar-riskju tat-trasferiment;

Il-ħarsien mir-riskji tal-pajjiż fejn jinsab il-kont;

Il-kuntratti mal-klijenti, inklużi n-natura tagħhom u kemm idumu; u

L-ammont globali tal-qligħ barrani mistenni f’relazzjoni mal-ammont totali tal-kreditu.

L-MEF applikabbli

L-MEF massimu applikabbli huwa ta’ 0.2 sakemm:

 

Il-Każ Speċifiku 1: L-MEF massimu applikabbli huwa 0.4 jekk il-kriterji addizzjonali li ġejjin jiġu sodisfatti:

Il-kreditu għandu l-ewwel interess prijoritarju fil-kont ta’ depożitu f’idejn terz u fil-kuntratti għal medda twila ta’ żmien.

Ix-xerrej/dak li qed jissellef huwa entità privata li hija aktar minn 80 fil-mija ta’ sjieda privata.

Jew il-Proporzjon tal-Kopertura tat-Tul taż-Żmien tas-Self (LLCR) ipproġettat għandu medja ta’ mill-inqas 2.5:1 jew l-LLCR ipproġettat għandu medja ta’ mill-inqas 2.0:1 u l-Proporzjon tal-Kopertura Annwali tas-Servizz tad-Dejn (ADSCR) mhix inqas minn 1.0 il-ħin kollu wara l-punt tal-bidu tal-kreditu (1).

Fid-depożitu f’idejn terz hemm mill-inqas 12-il xahar ta’ servizz tad-dejn ta’ qabel l-għoti tal-fondi, li għandu jimtela mill-ġdid wara kull darba li jsir użu mill-ammont ta’ qabel ma ngħataw il-fondi.

 

Il-Każ Speċifiku 2: L-MEF massimu applikabbli huwa 0.30 jekk il-kriterji addizzjonali li ġejjin jiġu sodisfatti:

Jew l-LLCR għandu medja ta’ mill-inqas 1.75:1, jew fid-depożitu f’idejn terz hemm mill-inqas disa’ xhur ta’ servizz tad-dejn ta’ qabel ma ngħataw il-fondi, li għandu jimtela mill-ġdid wara kull darba li jsir użu mill-ammont ta’ qabel ma ngħataw il-fondi.

2.   Sigurtà Soda Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Hard Security)

Id-definizzjoni:

Sigurtà fil-forma ta’ pleġġijiet jew ċessjonijiet ta’ sigurtajiet miżmuma lil hinn mix-xtut tal-ewwel jew tat-tieni prijorità minn azzjonista tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew mix-xerrej/dak li qed jissellef innifsu, jew flus kontanti ddepożitati f’kont lil hinn mix-xtut.

Il-kriterji:

Is-sigurtajiet jiġu ddefiniti bħala stokks u bonds elenkati pubblikament li jinħarġu minn entitajiet li jinsabu f’pajjiż b’riskju aħjar li jinsab barra l-pajjiż xerrej/li qed jissellef u ġew innegozjati f’kambji f’pajjiżi kklassifikati fil-Kategorija 0.

Il-flus kontanti jiġu ddefiniti bħala depożiti f’muniti aċċettati minn kulħadd ta’ pajjiżi kklassifikati fil-Kategorija 0 jew bħala teżoreriji f’muniti aċċettati minn kulħadd maħruġa minn pajjiżi kklassifikati fil-Kategorija 0.

Is-sigurtà hija mingħajr kondizzjonijiet u hija irrevokabbli għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu.

Il-pajjiż fejn tinsab is-sigurtà jirrappreżenta riskju aħjar mill-pajjiż xerrej/li qed jissellef u normalment għandu jkun pajjiż ikklassifikat fil-Kategorija 0.

Is-sigurtà ma tistax tintlaħaq mix-xerrej/minn dak li qed jissellef u tinsab lil hinn mill-ġuriżdizzjoni tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef.

Il-valur fis-suq ipproġġettat li ġie vvalutat b’mod prudenti tas-sigurtajiet jikkorrispondi matul il-perjodu kollu tal-ħlas lura għall-ammont ta’ dejn li għad irid jitħallas li huwa kopert mis-sigurtà.

Fi kwalunkwe każ, id-depożitu ta’ flus kontanti jew il-valur prudenti tas-sigurtajiet (li għandu jkopri kemm il-Kapital kif ukoll l-Imgħax) għandu jkun għal (1) mhux inqas minn 10 fil-mija tal-ammont Kapitali flimkien mal-Imgħax relatat, jew (2) ħames miljun SDRs bħala Kapital flimkien mal-Imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs.

Is-sigurtà tista’ tkun realizzata b’mod legali u mingħajr kondizzjonijiet fi kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (jiġfieri tar-riskji ta’ kreditu tal-pajjiż fil-pajjiż xerrej/li qed jissellef).

Il-qligħ mis-sigurtajiet jew mid-depożitu tal-flus kontanti jista’ jiġi konvertit bil-libertà kollha fil-munita tal-kreditu jew fi kwalunkwe munita oħra aċċettata minn kulħadd.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, is-sigurtajiet jiġu ttrasferiti direttament lill-kreditur, jew id-depożitu tal-flus kontanti jitħallas direttament lill-kreditur għall-ammont xieraq.

Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

It-teknika normalment tapplika għall-pajjiżi, għax-xerrejja/għal dawk li qed jissellfu u għas-setturi kollha, bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta”:

L-implikazzjonijiet tas-sjieda (jew pubblika jew privata) tas-sigurtajiet jew tad-depożitu ta’ flus kontanti, eż. Fir-rigward tal-probabbiltà tar-realizzazzjoni ta’ din is-sigurtà fil-każ ta’ debituri pubbliċi.

Il-valur prospettiv tas-sigurtajiet u l-probabbiltà tar-realizzazzjoni f’relazzjoni mal-entità, mas-settur u mal-pajjiż minfejn joriġinaw.

L-ambjent legali.

L-MEF applikabbli

L-MEF speċifiku li għandu jiġi applikat għandu:

Jirrifletti l-grad ta’ esternalizzazzjoni potenzjali bla ħsara, inter alia, għall-valur kontinwu tal-assi, kif ukoll għall-inċertezzi possibbli fir-rigward tar-realizzazzjoni tas-sigurtà;

Ikun iddeterminat każ b’każ biex jirrifletti, inter alia, fuq bażi, il-valur tas-sigurtà provduta f’relazzjoni mal-valur kapitali tal-kreditu u l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż applikabbli fejn tinsab is-sigurtà.

Il-valur tas-sigurtà tal-flus kontanti għandu jitqies b’mhux iktar mit-80 fil-mija u l-valur tal-istokks jew tal-bonds għandu jitqies b’mhux iktar mill-35 fil-mija tal-valutazzjoni prudenti tiegħu.

3.   Sigurtà Bbażata fuq l-Assi Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Asset-Based Security)

Id-definizzjoni:

Sigurtà fil-forma ta’ ipoteki tal-ewwel prijorità fuq assi reali (jiġifieri immobbli) li jinżammu lil hinn mix-xtut.

Il-kriterji:

Is-sigurtà hija mingħajr kondizzjonijiet u irrevokabbli għal perjodu kollu kemm idum il-kreditu.

L-assi reali għandhom valur fis-suq ipproġettat li ġie vvalutat b’mod prudenti u jirrappreżentaw għas-sid qatgħa ta’ ishma sostanzjali. Dan il-valur ipproġettat jikkorrispondi mal-perjodu kollu tal-ħlas lura għall-ammont ta’ dejn li għad irid jitħallas fuq ix-xerrej/dak li qed jissellef.

Is-sigurtà tista’ tiġi realizzata b’mod legali u mingħajr kondizzjonijiet fi kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (eż. Tar-riskji ta’ kreditu tal-pajjiż fil-pajjiż xerrej/li qed jissellef).

Il-qligħ jista’ jiġi konvertit fil-munita tal-kreditu jew f’munita oħra aċċettata minn kulħadd.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, il-qligħ xieraq jitħallas jew jiġi assenjat direttament lill-kreditur.

Il-pajjiż fejn is-sigurtà tista’ tiġi infurzata jirrappreżenta kategorija ta’ riskju aħjar mill-pajjiż xerrej/li qed jissellef, jiġifieri normalment jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-aħjar riskju.

Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

It-teknika normalment tapplika għall-pajjiżi, għax-xerrejja/għal dawk li qed jissellfu u għas-setturi kollha, bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta”:

L-implikazzjonijiet tas-sjieda tal-assi reali (jew pubbliċi jew privati), eż. Fir-rigward tal-probabbiltà tar-realizzazzjoni ta’ din is-sigurtà fil-każ ta’ sidien pubbliċi.

In-natura tal-assi reali (eż. is-settur) li jista’ jkollha impatt fuq il-kontinwità fil-valur tagħhom u fuq il-probabbiltà li jiġu realizzati.

L-ambjent legali.

L-MEF applikabbli

L-MEF speċifiku li għandu jiġi applikat għandu:

Jirrifletti l-grad ta’ esternalizzazzjoni potenzjali soġġetta, inter alia, għall-valur kontinwu tal-assi, kif ukoll għall-inċertezzi possibbli fir-rigward tar-realizzazzjoni tas-sigurtà; u

Ikun iddeterminat każ b’każ biex jirrifletti, inter alia, fuq bażi, il-valur tas-sigurtà provduta f’relazzjoni mal-valur kapitali tal-kreditu u mal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli tal-pajjiż fejn tinsab is-sigurtà.

Id-differenza bejn l-MPR li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ din it-teknika u l-MPR li għandha tapplika mitigazzjoni assenti m’għandiex tkun akbar minn 15 fil-mija tad-differenza bejn l-MPR li għandha tapplika mitigazzjoni tar-riskju assenti u l-MPR li għandha tirriżulta mill-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż fejn jinsabu l-assi.

Fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, l-implikazzjonijiet għall-ipprezzar japplikaw fuq bażi kif ġie deskritta fil-qosor hawn isfel:

Is-sigurtà (li għandha tkopri kemm il-Kapital kif ukoll l-Imgħax) hija limitata fl-ammont fuq bażi uniformi għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu u għal (1) mhux inqas minn 10 fil-mija tal-ammont Kapitali flimkien mal-Imgħax relatat, jew (2) ħames miljuni SDRs bħala Kapital flimkien mal-Imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs; f’dan il-każ l-implikazzjoni għall-ipprezzar tapplika fuq bażi pro-rata għall-Kapital/għall-ammont Kapitali tal-kreditu iggarantit.

Is-sigurtà (li għandha tkopri kemm il-Kapital kif ukoll l-Imgħax) hija limitata fl-ammont fuq bażi mhux uniformi għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu u għal (1) mhux inqas minn 10 fil-mija tal-ammont Kapitali flimkien mal-Imgħax relatat, jew (2) ħames miljuni SDRs bħala Kapital flimkien mal-Imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs. F’dan il-każ, l-implikazzjoni għall-ipprezzar tapplika fuq bażi pro-rata li ġejja mill-użu tal-kunċett tat-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi).

4.   Finanzjament Garantit bl-Assi u Bbażat fuq l-Assi Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Asset-Secured and Asset-Based Financing)

Id-definizzjoni:

Sigurtà fil-forma ta’ kiri jew ipoteka tal-ewwel prijorità fuq assi mobbli lil hinn mix-xtut li mhix

(1)

Użata biex ir-riskji tal-kreditu tal-pajjiż isiru aċċettabli (eż. Għall-pajjiżi f’kategoriji ta’ riskju għoli), jew

(2)

Prinċipalment relatata max-xerrej/ma’ dak li qed jissellef jew mar-riskji tal-kerrej.

Il-kriterji:

L-assi huma tipikament relatati b’mod dirett mat-transazzjoni.

L-assi huma identifikabbli u mobbli jew trasferibbli u jistgħu jittieħdu mill-ġdid/jinqabdu b’mod legali mill-kreditur, mill-aġent tiegħu jew mill-persuna maħtura minnu barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew ta’ min qed jikri.

Is-sigurtà hija irrevokabbli u mingħajr kondizzjonijiet għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu.

L-assi għandhom valur fis-suq ipproġġettat li kien ivvalutat b’mod prudenti li jikkorrispondi matul il-perjodu kollu tal-ħlas lura għall-ammont tad-dejn li għad irid jitħallas.

Is-sigurtà hija rreġistrata lil hinn mix-xtut f’ġuriżdizzjoni aċċettabli.

L-assi jistgħu jinbiegħu bil-libertà kollha u joffru opportunitajiet biex jintużaw barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew ta’ min qed jikri.

Il-qligħ jista’ jiġi konvertit fil-munita tal-kreditu jew fi kwalunkwe munita oħra li hija aċċettata minn kulħadd.

Fil-każ tar-realizzazzjoni tas-sigurtà, il-qligħ għandu jitħallas direttament lill-kreditur.

Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

Fl-ewwel każ, it-teknika tapplika għal eż. inġenji tal-ajru, bastimenti u pjattaformi taż-żejt, primarjament maħsuba biex jintużaw barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew ta’ min qed jikri, Madankollu tista’ tiġi applikata għall-pajjiżi, għax-xerrejja/għal dawk li qed jissellfu u għas-setturi kollha, bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta”:

In-natura tal-assi li jista’ jkollhom impatt fuq il-mobilità kompleta tagħhom, fuq il-possibbiltà li jerġgħu jittieħdu barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew ta’ min qed jikri u fuq il-valur kummerċjali fis-suq ipproġettat tagħhom.

L-ispejjeż tal-qbid, tat-trasport, tal-arranġament mill-ġdid u tal-bejgħ mill-ġdid tal-assi, kif ukoll l-ispejjeż tal-imgħax li jakkumulaw sakemm isir il-bejgħ mill-ġdid.

Il-possibbiltà li jinqabdu l-assi fil-pajjiżi bl-aħjar riskju li joffru ambjent legali xieraq.

L-MEF applikabbli

L-MEF speċifiku li għandu jiġi applikat għandu:

Jirrifletti l-grad ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż potenzjali jiddependi, inter alia, mill-valur kontinwu tal-assi kif ukoll mill-inċertezzi possibbli fir-rigward tal-rekuperabilità internazzjonali tagħhom;

Ikun iddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ; u

Ma jeċċedix 0.10, jew 0.20 fil-każ tal-inġenji tal-ajru

Fil-każ fejn is-sigurtà (li għandha tkopri kemm il-Kapital kif ukoll l-Imgħax) hija limitata fl-ammont fuq bażi uniformi għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu u għal: (1) mhux inqas minn 10 fil-mija tal-ammont Kapitali flimkien mal-Imgħax relatat, jew (2) ħames miljuni SDRs bħala Kapital flimkien mal-Imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs, fejn l-MEF għandu jkun ikkalkulat fuq bażi li tirrifletti l-ammont tas-sigurtà meta mqabbel mal-Kapital/l-ammont Kapitali tal-kreditu ggarantit.

5.   Il-Kofinanzjament mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI)

Id-definizzjoni:

Il-kreditu tal-esportazzjoni (jiġifieri l-assigurazzjoni/il-garanzija/is-self) jiġi kofinanzjat b’IFI li ġie kklassifikat mill-Parteċipanti għall-finijiet tal-primjum.

Il-kriterji:

L-IFI għandu status ta’ kreditur ippreferut.

L-IFI vvaluta l-proġett, l-aspetti tekniċi, ekonomiċi u finanzjarji tiegħu u l-ambjent tar-riskju tal-pajjiż.

Jitqies li l-IFI jsegwi t-twettiq u l-ħlas lura tal-proġett.

Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

It-teknika tapplika għall-pajjiżi/għax-xerrejja/għal dawk li jissellfu u għas-setturi kollha fejn l-IFI jista’ jintervjeni skont l-istatus u s-suġġett tal-politika tiegħu bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta” jekk, fejn għandu x’jaqsam il-proġett:

Il-Parteċipant u l-IFI żviluppawx skambji mill-qrib matul il-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ stabbiliment tal-proġett u tal-finanzjament tiegħu;

Il-Parteċipant kisbix mingħand l-IFI l-benefiċċju ta’ klawżoli pari passu u ta’ responsabbiltà reċiproka għall-ammont kollu tal-kreditu u għall-perjodu kollu kemm idum;

Il-klawżoli u l-kooperazzjoni bejn il-Parteċipant u l-IFI humiex se japplikaw ukoll fil-każ li l-iskeda tal-maturità taż-żewġ krediti mhix parallela; u

L-istess arranġamenti tal-IFI japplikawx għal kwalunkwe offerta li tikkompeti mingħand Parteċipant.

L-MEF applikabbli

L-MEF massimu applikabbli m’għandux ikun ikbar minn 0.05.

6.   Il-Finanzjament bil-Munita Lokali (Local Currency Financing)

Id-definizzjoni:

Il-kuntratt u l-finanzjament innegozjati f’muniti lokali li jistgħu jiġu konvertiti u li huma disponibbli, għajr għal muniti li huma aċċettati minn kulħadd u li kienu ffinanzjati lokalment li jneħħi jew itaffi r-riskju ta’ trasferiment. Fil-prinċipju, l-obbligu primarju tad-dejn f’munita lokali m’għandux ikun affetwat mis-seħħ tal-ewwel żewġ riskji tal-kreditu tal-pajjiż.

Il-kriterji:

Il-ħlas tad-dejn u tal-klejms tal-ECA jew il-ħlas lis-Sellief Dirett jiġu espressi/isiru l-ħin kollu bil-munita lokali.

Normalment, l-ECA mhix esposta għar-riskju ta’ trasferiment.

Normalment, mhu se jkun hemm l-ebda rekwiżit għal depożiti ta’ munita lokali biex ikunu konvertiti f’munita li hija aċċettata minn kulħadd.

Il-ħlas lura ta’ dak li qed jissellef bil-munita tiegħu u fil-pajjiż tiegħu huwa ħlas validu ta’ obbligu ta’ dejn.

Jekk id-dħul ta’ dak li qed jissellef huwa fil-munita lokali, dak li qed jissellef huwa mħares minn movimenti avversi tar-rata tal-kambju.

Ir-regolamenti dwar it-trasferiment fil-pajjiż ta’ dak li qed jissellef m’għandhomx jaffetwaw l-obbligi ta’ ħlas lura ta’ dak li qed jissellef, li għandhom jibqgħu fil-munita lokali.

Wara avveniment ta’ nuqqas ta’ ħlas li wassal għal ħlas ta’ klejms fil-munita lokali, il-valur ta’ dik il-klejm jiġi tradott, kif ġie stabbilit b’mod espliċitu fil-ftehim tas-self, f’ammont ekwivalenti f’munita li hija aċċettata minn kulħadd. Il-ġbir lura tal-ħlas tal-klejms għandu jkun f’munita lokali bħala kontrovalur tal-valur f’munita li hija aċċettata minn kulħadd fiż-żmien tal-ħlas tal-klejms.

Ir-responsabbiltà għall-konverżjoni tal-ħlasijiet lura b’munita lokali mix-xerrej/minn dak li qed jissellef se tkun tal-parti assigurata li għandha ġġorr ukoll ir-riskju tal-kambju tad-devalwazzjoni jew tal-apprezzament tal-irċevuti tal-munita lokali. (Filwaqt li Sellief Dirett jista’ jkun espost b’mod dirett għall-varjazzjonijiet tal-munita, mhux relatat mar-riskji tal-pajjiż jew mar-riskji tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef).

Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

It-teknika tapplika fuq bażi selettiva fejn għandhom x’jaqsmu muniti li jistgħu jiġu konvertiti u li huma trasferibbli, fejn l-ekonomija tal-bażi hija soda. L-ECA Parteċipanti għandha tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha li tħallas il-klejms li ġew espressi fil-munita tagħha fil-każ li l-munita lokali ssir jew “mhux trasferibbli” jew “ma tkunx tista’ tiġi konvertita” wara li l-ECA tieħu d-dejn. (Madankollu Sellief Dirett għandu jġorr din l-espożizzjoni.)

It-traduzzjoni ta’ ammont li ma tħallasx (mhux il-valur sħiħ tas-self) f’ammont ekwivalenti ta’ munita li hija aċċettata minn kulħadd xorta għandha tħalli lil dak li qed jisself b’obbligu kontinwu tal-munita lokali, għalkemm ta’ valur “miftuħ”, f’relazzjoni mal-valur ekwivalenti f’munita li hija aċċettata minn kulħadd tal-ammont li ma tħallasx. Għandu jkun meħtieġ li l-ħlas eventwali bil-munita lokali minn dak li qed jissellef tad-dejn li ma tħallasx ikun ekwivalenti għall-valur f’munita li hija aċċettata minn kulħadd tal-ħlas tal-klejms fiż-żmien tal-ħlas tal-klejms.

L-MEF applikabbli

L-MEF speċifiku li għandu jkun applikat għandu jiġi ddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ, Madankollu, jekk l-ewwel tliet riskji ta’ kreditu tal-pajjiż jiġu speċifikatament esklużi, l-MEF massimu huwa 0.50. Jekk ir-riskju huwa biss imtaffi, jiġifieri ma ġiex eskluż b’mod espliċitu, l-MEF massimu huwa 0.35.

7.   Assigurazzjoni jew Garanzija Kondizzjonali ta’ Pajjiż Terz

8.   Debitur li Jirrappreżenta Riskju Aħjar mis-Sovran

L-użu tat-tekniki 7 u 8 ta’ dan l-Anness huwa soġġett għal aktar diskussjonijiet fost il-Parteċipanti.


(1)  Il-kalkulazzjonijiet tal-LLCR u tal-ADSCR għandhom isiru skont il-konvenzjonijiet li normalment jiġu applikati mis-selliefa prudenti internazzjonali biex ikun stabbilit każ bankarju miftiehem (xenarju ċentrali) fi jew qrib l-egħluq finanzjarju, wara li tkun ikkompletata d-diliġenza dovuta sħiħa (teknika u ekonomika).

L-ANNESS IX

IL-LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP

IL-LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP TAL-PROĠETT FFINANZJATI MILL-GĦAJNUNA

F’dawn l-aħħar snin, id-DAC żviluppa numru ta’ kriterji biex ikun żgurat li l-proġetti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ffinanzjati b’mod sħiħ jew b’mod parzjali mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) jikkontribwixxu għall-iżvilupp. Essenzjalment jinsabu fid-dokumenti li ġejjin:

Il-Prinċipji għall-Valutazzjoni tal-Proġett tad-DAC, 1988;

Prinċipji ta’ Gwida għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta tad-DAC, 1987; u

Prattiki Tajba tax-Xiri għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, 1986.

IL-KONSISTENZA TAL-PROĠETT MAL-PRIJORITAJIET TAL-INVESTIMENT ĠENERALI TAL-PAJJIŻ RIĊEVENTI (L-GĦAŻLA TAL-PROĠETT)

Il-proġett huwa parti mill-programmi ta’ investiment u ta’ nefqa pubblika li diġà ġew approvati mill-awtoritajiet finanzjarji u tal-ippjanar ċentrali tal-pajjiż riċeventi?

(Speċifika d-dokument tal-politika li jsemmi l-proġett, eż. Programm ta’ investiment pubbliku tal-pajjiż riċevent.)

Il-proġett qed ikun kofinanzjat ma’ istituzzjoni internazzjonali tal-finanzi għall-iżvilupp?

Teżisti evidenza li l-proġett tqies u kien irrifjutat minn istituzzjoni internazzjonali tal-finanzi għall-iżvilupp jew minn Membru ieħor tad-DAC minħaba prijorità baxxa tal-iżvilupp?

Fil-każ ta’ proġett tas-settur privat, kien approvat mill-gvern tal-pajjiż riċeventi?

Il-proġett huwa kopert minn ftehim intergovernattiv li jipprovdi firxa usa’ ta’ attivitajiet ta’ għajnuna mid-donatur fil-pajjiż riċeventi?

IL-PREPARAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-PROĠETT

Il-proġett kien ippreparat, imfassal u vvalutat skont sett ta’ standards u kiterji li ġeneralment huma konsistenti mal-Prinċipji għall-Valutazzjoni tal-Proġett tad-DAC (PPA)? Il-prinċipji rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-proġett taħt:

(a)

L-aspetti ekonomiċi (il-paragrafi 30 sa 38 tal-PPA).

(b)

L-aspetti tekniċi (il-paragrafu 22 tal-PPA).

(c)

L-aspetti finanzjarji (il-paragrafi 23 sa 29 tal-PPA).

Fil-każ ta’ proġett li jipproduċi dħul, partikolarment jekk qed jipproduċi għal suq kompetittiv, l-element konċessjonali tal-finanzjament tal-għajnuna ġie mgħoddi lill-utent finali tal-fondi? (paragrafu 25 tal-PPA).

(a)

Il-valutazzjoni istituzzjonali (il-paragrafi 40 sa 44 tal-PPA).

(b)

L-analiżi soċjali u tad-distribuzzjoni (il-paragrafi 47 sa 57 tal-PPA).

(c)

Il-valutazzjoni ambjentali (il-paragrafi 55 sa 57 tal-PPA).

IL-PROĊEDURI TA’ XIRI

Liema mod ta’ xiri se jintuża fost dawn li ġejjin? (Għad-definizzjonijiet, ara l-Prinċipji elenkati fil-Prattiki Tajba tax-Xiri għall-ODA).

(a)

Irkant kompetittiv internazzjonali (il-Prinċipju tax-Xiri III u l-Anness 2 għalih: Il-kondizzjonijiet minimi għal irkant kompetittiv internazzjonali effettiv).

(b)

Irkant kompetittiv nazzjonali (il-Prinċipju tax-Xiri IV).

(c)

Kompetizzjoni informali jew negozjati diretti (il-Prinċipji tax-Xiri V A jew B).

Huwa previst li jkunu kkontrollati l-prezz u l-kwalità tal-provvisti (paragrafu 63 tal-PPA)?

L-ANNESS X

IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANSAZZJONIJIET TA' PROĠETT TAL-FINANZI

KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   L-ambitu tal-applikazzjoni

(a)

Dan l-Anness jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li l-Parteċipanti jistgħu jappoġġjaw għat-transazzjonijiet tal-finanzi ta’ proġett li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1.

(b)

Fejn f'dan l-Anness ma teżisti l-ebda dispożizzjoni korrispondenti, għandhom japplikaw it-termini tal-Arranġament.

KAPITOLU II

IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI

2.   It-termini massimi tal-ħlas lura

It-terminu massimu tal-ħlas lura huwa 14-il sena, ħlief meta l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi aktar minn 35 fil-mija tas-sindikazzjoni għal proġett f'pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli, it-terminu massimu tal-ħlas lura huwa ta’ għaxar snin.

3.   Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax

Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni tista' titħallas lura f'rati mhux ndaqs, u l-kapital u l-imgħax jistgħu jitħallasu bi frekwenza ta’ inqas minn rati semi-annwali, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

L-ebda ħlas lura waħdu tal-kapital jew serje ta’ ħlasijiet kapitali f'perjodu ta’ sitt xhur m'għandu jeċċedi l-25 fil-mija tas-somma kapitali tal-kreditu.

(b)

L-ewwel ħlas lura tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn tnejn fil-mija tas-somma kapitali tal-kreditu għadha tkun ġiet imħallsa lura 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c)

L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(d)

It-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tal-ħlas lura m'għandux jeċċedi is-seba' snin u tliet xhur, ħlief meta l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi iktar minn 35 fil-mija tas-sindikazzjoni għal proġett f'pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli, it-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tal-ħlas lura m'għandux jeċċedi l-ħames snin u tliet xhur.

(e)

Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 5 ta’ dan l-Anness.

4.   Ir-rati minimi ffissati tal-imgħax

Fejn il-Parteċipanti qed jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal self b'rati ffissati:

(a)

Għal termini ta’ ħlas lura sa u li jinkludu t-12-il sena, il-Parteċipanti għandhom japplikaw ir-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (RRIK) rilevanti li nbnew skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament.

(b)

Għal termini ta’ ħlas lura li jeċċedu t-12-il sena, għandu japplika ħlas barrani ta’ 20 punt bażi fuq ir-RRIK għall-muniti kollha.

KAPITOLU III

IL-PROĊEDURI

5.   In-notifika minn qabel għat-transazzjonijiet tal-finanzi ta' proġett

Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti kollha bil-ħsieb li jipprovdi appoġġ skont it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn. In-notifika għandha tkun provduta skont l-Anness V tal-Arranġament. Jekk kwalunkwe Parteċipant jitlob spejgazzjoni fejn għandhom x'jaqsmu t-termini u l-kondizzjonijiet li qed jiġu appoġġjati matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li qed jinnotifika għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn.

L-Appendiċi 1

IL-KRITERJI TA' ELIĠIBILITÀ GĦAT-TRANSAZZJONIJIET TAL-FINANZI TA' PROĠETT

I.   Il-kriterji bażiċi

It-transazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

(a)

Il-finanzjament ta’ unità ekonomika partikolari fejn is-sellief huwa sodisfatt li jqis id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-qligħ ta’ dik l-unità ekonomika bħala s-sors tal-fondi minfejn se jitħallas lura self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollaterali għas-self.

(b)

Il-finanzjament tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni ma’ kumpanija ta’ proġett indipendenti (legalment u ekonomikament), eż. Kumpanija b’fini speċjali, fejn għandhom x’jaqsmu l-proġetti ta’ investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess.

(ċ)

Qsim tar-riskju xieraq fost l-imsieħba tal-proġett, eż. Azzjonisti privati jew pubbliċi idonei għall-kreditu, esportaturi, kredituri, dawk li jiddeċiedu li jidħlu għal self, inklużi ishma adegwati.

(d)

Biżżejjed dħul u ħruġ tal-flus tal-proġett matul il-perjodu kollu ta’ ħlas lura biex ikunu koperti l-ispejjeż operattvi u s-servizz tad-dejn għall-fondi barranija.

(e)

It-tnaqqis prijoritajru mid-dħul tal-proġett tal-ispejjeż operattivi u tas-servizz tad-dejn.

(f)

Xerrej/dak li qed jissellef mhux sovran bl-ebda garanzija ta’ ħlas lura sovrana (ma tinkludix il-garanziji tar-rendiment, eż. Arranġamenti ta’ teħid ta’ dejn minn terzi persuni).

(g)

Is-sigurtajiet bbażati fuq l-assi għall-qligħ/l-assi tal-proġett, eż. Ċessjonijiet, pleġġijiet, kontijiet ta’ qligħ;

(h)

Dritt ta’ rivalsa limitat jew l-ebda dritt ta’ rivalsa għall-isponsers tal-azzjonisti/isponsers tas-settur privat tal-proġett wara li ġie kkompletat.

II.   Il-kriterji addizzjonali għat-transazzjonijiet tal-finanzi tal-proġett fil-pajjiżi tal-oecd bi qligħ għoli

It-transazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

(a)

Parteċipazzjoni f’sindikazzjoni ta’ self ma’ istituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx mill-Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu tal-Esportazzjoni, fejn:

(1)

Il-Parteċipant huwa msieħeb minoritarju bi status pari passu matul il-perjodu kollu tas-self u;

(2)

L-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi inqas minn 50 fil-mija tas-sindikazzjoni.

(b)

Ir-rati tal-primjum għal kwalunkwe appoġġ uffiċjali li ma jnaqqasx l-istabbiltà tal-finanzjament disponibbli tas-suq privat u li huma proporzjonati għar-rati korrispondenti li qed jintalbu mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati l-oħra li qed jipparteċipaw fis-sindikazzjoni.

L-ANNESS XI

IL-LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet tal-Arranġament:

(a)

Impenn: kwalunkwe dikjarazzjoni, f’liema forma tkun, fejn tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċeventi, lix-xerrej, lil dak li qed jissellef, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja r-rieda tajba jew l-intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali.

(b)

Linja Komuni: ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal transazzjoni partikolari jew f’ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kondizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. Ir-regoli ta’ Linja Komuni miftiehma jieħdu post ir-regoli tal-Arranġament biss għat-transazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi li ġew speċifikati fil-Linja Komuni.

(c)

Il-Livell ta’ Konċessjonalità tal-Għajnuna Marbuta: fil-każ ta’ għotjiet, il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 100 fil-mija. Fil-każ tas-self, il-livell ta’ konċessjonalità huwa d-differenza bejn il-valur nominali tas-self u l-valur preżenti bi skont tal-ħlasijiet futuri tas-servizz tad-dejn li għandhom isiru minn dak li qed jissellef. Din id-differenza tiġi espressa bħala perċentwali tal-valur nominali tas-self.

(d)

Il-Valur tal-Kuntratt tal-Esportazzjoni: l-ammont totali li għandu jitħallas minn jew f’isem ix-xerrej għall-oġġetti u/jew għas-servizzi esportati, jiġifieri esklużi l-ispejjeż lokali kif inhuma ddefiniti aktar ‘il quddiem. Fil-każ ta’ kiri, jeskludi l-porzjon tal-ħlas tal-kiri li huwa ekwivalenti għall-imgħax.

(e)

Impenn Finali: għal transazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni(jew fil-forma ta’ transazzjoni waħda jew bħala linja ta’ kreditu), jeżisti impenn finali meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kondizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompleti, jew permezz ta’ ftehim reċiproku jew permezz ta’ att unilaterali.

(f)

Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax: arranġament bejn gvern u banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jħalli l-provvista ta’ finanzi għall-esportazzjoni b’rata ffissata bi jew ‘il fuq mir-RRIK.

(g)

Linja ta’ Kreditu: qafas, f’liema forma jkun, għall-krediti tal-esportazzjoni li jkopri serje ta’ transazzjonijiet li jistgħu jew ma jistgħux ikunu marbuta ma’ proġett speċfiku.

(h)

Spejjeż Lokali: in-nefqa għal oġġetti u servizzi fil-pajjiż tax-xerrej li huma meħtieġa jew għat-twettiq tal-kuntratt tal-esportatur jew biex ikun ikkompletat il-proġett li minnu jifforma parti l-kuntratt tal-esportatur. Dawn jeskludu l-kummissjoni li titħallas lill-aġent tal-esportatur fil-pajjiż xerrej.

(i)

Sempliċi Kopertura: appoġġ uffiċjali provdut minn jew f’isem gvern bħala garanzija jew assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali għall-finanzjament.

(j)

It-terminu tal-ħlas lura: il-perjodu li jibda fil-punt tal-bidu tal-kreditu, kif jiġi ddefinit f’dan l-Anness, u li jintemm fid-data tal-kuntratt tal-ħlas lura finali tal-kapital.

(k)

Il-Punt tal-Bidu tal-Kreditu:

(1)

Partijiet jew komponenti (oġġetti intermedji) inklużi s-servizzi relatati: fil-każ ta’ partijiet jew komponenti, il-punt tal-bidu tal-kreditu mhux iktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew id-data intermedja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti (inklużi s-servizzi, jekk applikabbli) mix-xerrej jew, għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizzi mill-klijent.

(2)

Oġġetti kważi-kapitali, inklużi s-servizzi relatati – magni jew tagħmir, ġeneralment ta’ valur tal-unità relattivament baxx, maħsuba biex ikunu użati fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali: fil-każ ta’ oġġetti kważi-kapitali, il-punt tal-bidu tal-kreditu mhux aktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew mid-data intermedja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti mix-xerrej jew, jekk l-esportatur għandu responsabbiltajiet biex jikkummissjona, mela l-aktar punt tal-bidu tard huwa fl-ikkummissjonar, jew għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

(3)

Oġġetti kapitali u servizzi tal-proġett – magni jew tagħmir ta’ valur għoli maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali:

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ tal-oġġetti kapitali li jikkonsistu f’oġġetti individwali li jistgħu jintużaw minnhom infushom, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data effettiva meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti jew id-data intermedja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti.

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ tagħmir kapitali għall-impjant jew għall-fabbriki komplet(i) fejn il-fornitur m’għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta x-xerrej għandu jieħu l-pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (esklużi l-partijiet li jistgħu jinbidlu) li ġew provduti skont il-kuntratt.

Jekk l-esportatur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa fl-ikkummisjonar.

Għas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijenti jew l-aċċettazzjoni ta’ servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

(4)

Impjanti jew fabbriki kompleti – unitajiet produttivi kompleti ta’ valur għoli li jeħtieġu l-użu tal-oġġetti kapitali:

Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ tagħmir kapitali għal impjant jew fabbriki komplet(i) fejn il-fornitur m’għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (esklużi l-partijiet li jistgħu jinbidlu) li ġew provduti skont il-kuntratt.

Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kostruzzjoni fejn il-kuntrattur m’għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta l-kostruzzjoni ġiet ikkompletata.

Fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt fejn il-fornitur jew il-kuntrattur għandu responsabbiltà kuntrattwali għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta kkompletat l-installazjoni jew il-kostruzzjoni u t-testijiet preliminari sabiex ikun żgurat li lest biex jitħaddem. Dan japplika kemm jekk jingħata lix-xerrej f’dak iż-żmien skont it-termini tal-kuntratt u irrispettivament minn kwalunkwe impenn kontinwu li l-fornitur jew il-kuntrattur jista’ jkollu, eż. Biex ikun iggarantit il-funzjonament effettiv jew jitħarreġ il-personal lokali.

Fejn il-kuntratt jinvolvi t-twettiq separat ta’ partijiet individwali ta’ proġett, id-data tal-punt tal-bidu l-aktar tard hija d-data tal-punt tal-bidu għal kull parti separata, jew id-data intermedja ta’ dawk il-punti tal-bidu, jew, fejn il-fornitur għandu kuntratt, mhux għall-proġett sħiħ imma għal parti essenzjali minnu, il-punt tal-bidu jista’ jkun dak li huwa xieraq għall-proġett kollu.

Għas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista tas-servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

(l)

Għajnuna Marbuta: għajnuna li tabilħaqq (fil-liġi jew fil-fatt) hija marbuta max-xiri ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-pajjiż donatur u/jew numru ristrett ta’ pajjiżi; tinkludi self, għotjiet jew pakketti ta’ finanzjament assoċjat b’livell ta’ konċessjonalità akbar minn żero fil-mija.

Din id-definizzjoni tapplika kemm jekk l-“irbit” huwa permezz ta’ ftehim formali jew permezz ta’ kwalunkwe ftehim informali bejn il-pajjiż riċeventi u dak donatur, jew jekk pakkett jinkludi komponenti mill-forom li ġew stabbiliti fl-Artikolu 31 tal-Arranġament li mhumiex disponibbli b’mod liberu u b’mod sħiħ għax-xiri finanzjarju mill-pajjiż riċeventi, sostanzjalment il-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-oħra kollha u mill-Parteċipanti, jew jekk jinvolvi prattiki li d-DAC jew il-Parteċipanti jqis ekwivalenti għal irbit bħal dan.

(m)

Għajnuna Mhux Marbuta: għajnuna li tinkludi self jew għotjiet li l-qligħ minnhom huma disponibbli b’mod sħiħ u liberu għax-xiri finanzjarju minn kwalunke pajjiż.

(n)

It-Tul ta’ Żmien Medju differenzjat tal-Perjodu tal-Ħlas Lura: iż-żmien li hemm bżonn biex ikun irtirat nofs il-kapital ta’ kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ħlas lura tal-kapital b’piż differenzjat skont il-porzjon tal-kapital li jitħallas lura f’kull data ta’ pagament.